Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Pawl il- Baħar — Lukandi/stabbilimenti turistiċi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hu mistenni li jkun in-numru ta’ sodod għat-turisti fil-lukandi u stabbilimenti ta’ residenza temporanja oħra (inkluż BnBs) matul din is-sena, fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar? Jista’ jgħid ukoll ta’ liema klassi huma dawn ir-residenzi skont l-istatistika miġbura mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), għal-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), għandha numru ta’ liċenzji attivi f’numru ta’ kategoriji u għandha wkoll numru ta’ applikazzjonijiet għal-liċenzji li qed jiġu pproċessati. Għaldaqstant huwa diffiċli li wieħed jagħti stampa eżatta ta’ kemm ser ikun hemm numru ta’ sodod matul din is-sena però wieħed jista jieħu indikazzjoni mit-tabella ta’ hawn taħt: PQ 27175 - San Pawl il-Baħar Liċenzji AttiviPropjetajietKmamarSodod Lukandi38576512152 Guest Houses10141316 Hostels 0 Holiday Furnished Premises85416903268 Host Families93143254 Applikazzjonijiet Lukandi0 Guest Houses0 Hostels 0 Holiday Furnished Premises90173204 Host Families6810

In-Naxxar — Awtorità tal-Ippjanar - Applikazzjonijiet għall-permess tal-bini pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ applikazzjonijiet għall-permess tal-bini fin-Naxxar li bħalissa huma pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar u li diġà ngħataw referenza (PA number, eċċ.)? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm applikazzjonijiet oħra li sa issa għadhom ma ngħatawx il-PA number fl-istess lokalità?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta tal-Ippjanar għandha quddiemha mitejn, wieħed u tletin (231) applikazzjoni attiva għall-żvilupp fin-Naxxar li huma pendenti; u wieħed u ħamsin (51) applikazzjoni għal żvilupp fin-Naxxar li għadhom mhux ikkunsidrati kompluti.

Raba’ saqwi u raba’ bagħli

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn raba’ rreġistrat bħala saqwi u kemm hawn raba’ rreġistrat bħala bagħli mal-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali preżentement, u jaqsam din l-informazzjoni lokalità b’lokalità?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex din il-mistoqsija tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat.

Pinnoli Cenobamate

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pilloli Cenobamate humiex fis-suq f'pajjiżna? Jekk le, jista' jgħid jekk hemmx ħsieb li dawn il-pilloli jibdew ikunu disponibbli u jekk iva, meta?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Il-mediċina ‘cenobamate’ hija reġistrata permezz ta’ proċedura ċentrali mill-Aġenzjia Ewropea dwar il-Mediċini. Allura tista' tiġi akkwistata minn kull pajjiż Ewropew.

Servizz ta’ assistent personali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna bbenefikat mis-servizz ta’ assistent personali matul is-sena 2024? Tista' tgħid ukoll kemm intefqu fondi għal dan is-servizz matul is-sena 2024?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bejn Jannar u Diċembru 2024, kien hemm 463 persuna b’diżabilità li għamlet użu mis-servizz tal-assistent personali. Total ta’ fondi użati kien ta’ €3,478,648.

L-Università ta' Malta — Studenti li għandhom il-kundizzjoni tal-ASD

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22828 dwar studenti li għandhom il-kundizzjoni tal-autism spectrum disorders (ASD), jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar kemm hemm studenti fl-Università ta' Malta b’din il-kundizzjoni, hekk kif fl-istess tweġiba ntqal li l-Università ta’ Malta tista’ tippubblika l-figuri wara l-aħħar tas-sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

L-Università ta' Malta — Studenti bil-kundizzjoni tal-ADHD

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22384 dwar studenti li għandhom il-kundizzjoni tal-ADHD, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni dwar kemm hemm studenti fl-Università ta' Malta b’din il-kundizzjoni, hekk kif fl-istess tweġiba ntqal li l-Università ta’ Malta tista’ tippubblika l-figuri wara l-aħħar tas-sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ċimiterju tal-Addolorata – Aċċessibiltà

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-parti l-ġdida taċ-Ċimiterju tal-Addolorata tkun aċċessibbli għal kulħadd, inkluż għall-persuni li jużaw is-siġġu tar-roti? Jista’ l-Ministru jinforma x’miżuri ser jittieħdu biex l-aċċessibiltà tkun garantita hawnhekk?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat illi hemm parti sostanzjali taċ-ċimiterju li hi diġà aċċessibli għall-persuni li jużaw is-siġġu tar-roti. Il-kumplament, għandu jkun aċċessibli aktar ’il quddiem mal-kors tax-xogħlijiet li għad baqa’ xi jsir.

Siġar tal-Frott

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ministeru tiegħu għadux jipprovdi siġar tal-frott lill-bdiewa u lid-dilettanti tal-frott? Jekk iva, meta kienet l-aħħar sejħa biex dawk interressati, jixtru jew jingħataw dawn is-siġar? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn is-siġar inbiegħu / tqassmu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din is-sena il-bejgħ tas-siġar mill-Mixtla ta’ San Vinċenz kien miftuħ għall-bdiewa u l-pubbliku in ġenerali bejn it-8 u l-21 ta’ Frar. F’dan il-perjodu inbiegħu madwar 900 siġra tal-frott li kienu jinkludu żebbuġ tal-Bidni, rummien, tut, ċawsli u tin. Il-bdiewa kollha li huma rreġistrati mal-ARPA rċevew messaġġ fuq il-mowbajl tagħhom. Il-bejgħ ta’ dawn is-siġar kien ukoll reklamat fuq il-paġni ta’ Facebook Agrikoltura u AgriHub, u twaħħlu posters fuq in-notice boards, filwaqt li l-ħaddiema kollha tal-Ministeru rċievew email.

San Pawl il-Baħar — Awtorità tal-Ippjanar - Applikazzjonijiet għall-permess tal-bini pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ applikazzjonijiet għall-permess tal-bini f’San Pawl il-Baħar li bħalissa huma pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar u li diġà ngħataw referenza (PA number, eċċ.)? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm applikazzjonijiet oħra li sa issa għadhom ma ngħatawx il-PA number fl-istess lokalità?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta tal-Ippjanar għandha quddiemha mitejn, erbgħa u tmenin (284) applikazzjoni attiva għal żvilupp f’San Pawl il-Baħar li huma pendenti; u disgħa u tmenin (89) applikazzjoni għal żvilupp f’San Pawl il-Baħar li għadhom mhux ikkunsidrati kompluti.

L-Imġarr — Awtorità tal-Ippjanar - Applikazzjonijiet għall-permess tal-bini pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ applikazzjonijiet għall-permess tal-bini fl-Imġarr li bħalissa huma pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar u li diġà ngħataw referenza (PA number, eċċ.)? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm applikazzjonijiet oħra li sa issa għadhom ma ngħatawx il-PA number fl-istess lokalità?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta tal-Ippjanar għandha quddiemha ħamsa u tmenin (85) applikazzjoni attiva għal żvilupp fl-Imġarr li huma pendenti; u dsatax (19)-il applikazzjoni għal żvilupp fl-Imġarr li għadhom mhux ikkunsidrati kompluti.

Il-MellieħaAwtorità tal-Ippjanar — Applikazzjonijiet għall-permess tal-bini pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ applikazzjonijiet għall-permess tal-bini fil-Mellieħa li bħalissa huma pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar u li diġà ngħataw referenza (PA number, eċċ.)? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm applikazzjonijiet oħra li sa issa għadhom ma ngħatawx il-PA number fl-istess lokalità?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Awtorità ta’ Malta tal-Ippjanar għandha quddiema mija, wieħed u sebgħin (171) applikazzjoni attiva għal żvilupp fil-Mellieħa li huma pendenti; u erbgħin (40) applikazzjoni għal żvilupp fil-Mellieħa li għadhom mhux ikkunsidrati kompluti.

JobsPlus – Persuni b’diżabilità rreġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna kienet irreġistrata li kellha diżabilità fl-aħħar ta’ Diċembru 2024 skont id-data li għandha JobsPlus u jaqsam din l-informazzjoni skont is-sess (irġiel, nisa, eċċ)?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li fl-aħħar t’Ottubru 2024 (l-aħħar ċifri ppublikati) kien hemm 5,436 persuna b’diżabilità li kienet qed taħdem fuq bażi full-time jew part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħha. Minn dawn 1,974 kienu nisa u 3,462 kienu rġiel. Dan meta kkumparat ma’ 1,699 sal-aħħar ta’ Diċembru 2012. Ninsab infurmat ukoll li n-numru ta’ persuni b'diżabilità li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru tal-qgħad, fl-aħħar ta’ Diċembru 2024 kien ta` 220 persuna. Minn dawn, 54 kienu nisa u 166 kienu rġiel. Dan meta kkumparat ma’ 514, sal-aħħar ta’ Diċembru 2012.

Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva — Re-audit - Rapport

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25448, 25665, 25876 u 26511 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25105 dwar rapport tar-re-audit li ntalab lill-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, dwar edukazzjoni inklużiva, jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jiġi ppubblikat dan ir-rapport?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

L-Imġarr – Devoluzzjoni lill-Kunsill Lokali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistosija parlamentari 26549 u jgħid liema artijiet jew proprjetajiet tal-Gvern ġew devoluti lill-Kunsill Lokali Imġarr, Malta? Jista’ jgħid ukoll x'inhu l-użu ta' kull waħda minn dawn l-artijiet jew proprjetajiet?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor, Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni relatata mad-devoluzzjonijiet lill-Kunsill Lokali Imġarr.

Il-Mellieħa – Devoluzzjoni lill-Kunsill Lokali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamemntari 26550 u jgħid liema artijiet jew proprjetajiet tal-Gvern ġew devoluti lill-Kunsill Lokali Mellieħa, Malta? Jista’ jgħid ukoll x'inhu l-użu ta' kull waħda minn dawn l-artijiet jew proprjetajiet?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni relatata mad-devoluzzjonijiet lill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa.

San Pawl il-Baħar – Devoluzzjoni lill-Kunsill Lokali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26551 u jgħid liema artijiet jew proprjetajiet tal-Gvern ġew devoluti lill-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar, Malta? Jista’ jgħid ukoll x'inhu l-użu ta' kull waħda minn dawn l-artijiet jew proprjetajiet?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni relatata mad-devoluzzjonijiet lill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar.

In-Naxxar – Devoluzzjoni lill-Kunsill Lokali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26552 u jgħid liema artijiet jew proprjetajiet tal-Gvern ġew devoluti lill-Kunsill Lokali Naxxar, Malta? Jista’ jgħid ukoll x'inhu l-użu ta' kull waħda minn dawn l-artijiet jew proprjetajiet?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni relatata mad-devoluzzjonijiet lill-Kunsill tan-Naxxar.