San Pawl il-Baħar — Trasport pubbliku - Tibdil fir-rotot
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’bidliet daħlu fis-seħħ fl-aħħar sena fir-rigward tat-trasport pubbliku fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar? Jista’ jgħid ukoll liema rotot ġodda ġew introdotti u liema rotot kellhom il-frekwenza tagħhom mibdula, kemm fil-każijiet fejn żdiedet, kif ukoll fejn tnaqqset il-frekwenza tas-servizz?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul din l-aħħar sena daħlu fis-seħħ żewġ tibdiliet relatati mal-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar, kif jidher permezz tal-punti segwenti:
1.
Rotta mibdula – X299
Ir-rotta X300, li kienet topera żewġ vjaġġi filgħodu u oħrajn wara nofsinhar, ġiet “rebranded” u llum qed topera taħt in-numru
X299
.
2.
Rotta ġdida – X300
Rotta ġdida bl-isem
X300
bdiet topera bejn Ċirkewwa u l-Belt Valletta b’frekwenza ta’ kull nofs siegħa f’ħinijiet ta’ peak. Din ir-rotta tgħaddi mill-Għadira, il-Mellieħa, San Pawl il-Baħar (waqfa Kennedy), Salina, Baħar iċ-Ċagħaq, Pembroke, l-Università u l-Isptar Mater Dei.
Permezz ta’ dan is-servizz, ir-residenti ta’ San Pawl il-Baħar issa qed igawdu minn vjaġġi aktar diretti u frekwenti kemm lejn il-Belt Valletta kif ukoll lejn l-Università u l-Isptar Mater Dei, partikolarment mill-waqfa Kennedy.
Ir-rotta X1 ġiet irtirata minħabba l-fatt li r-rotot il-ġodda qed jaqdu l-areas kollha li kienu jiġu koperti bl-X1.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-anzjani madwar Malta u Għawdex u fejn jinsabu dawn iċ-ċentri? F’kull każ, jista’ jgħid ukoll kemm hu n-numru ta’ anzjani li jattendu f’dawn iċ-ċentri?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li f’Malta l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità għandha 35 Ċentru għall-Anzjanità Attiva. Dawn ser jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Iċ-Ċentri għall-Anzjanità Attiva ta’ Ħ’Attard, Paola, Swieqi, Għargħur, Kalkara, Ħaż-Żebbuġ u Ħal-Tarxien huma mmexxija mill-Kunsill Lokali rispettiv u l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità tipprovdi għalliema għal sessjonijiet li jsiru f’dawn iċ-ċentri.
Għar-rigward iċ-ċentri għall-Anzjanità Attiva f’Għawdex, nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn Ċentri ta’ Matul il-Lejl għall-anzjani madwar Malta u Għawdex u fejn jinsabu dawn iċ-ċentri? F’kull każ, jista’ jgħid ukoll kemm hu n-numru ta’ anzjani li jattendu f’dawn iċ-ċentri?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità għandha Ċentri ta’ Matul il-Lejl f’Ħal-Safi, Żejtun, Mellieħa u Mtarfa ġewwa Malta, u ċentru ieħor f’Għajnsielem Għawdex, kif ukoll għandha ftehim ma’ diversi djar residenzjali tal-anzjani li joffru sodod biex jintużaw għas-servizz taċ-Ċentri ta’ Matul il-Lejl. In-numru ta’ anzjani li bħalissa qed jagħmlu użu mis-servizz taċ-Ċentri ta’ Matul il-Lejl huwa kif ġej:
Ħal Safi
3
Żejtun
1
Għajnsielem
1
Dar San Ġużepp
2
Casa Francesco
1
Dar Pinto
2
Central Home
1
St. Thomas Community Living
1
Casa Serena
1
Tista’ l-Ministru tara li jittieħdu l-passi neċessarji biex tassigura li l-bozoz fit-toroq pubbliċi li jiġu rrappurtati bħala maqtugħa, fil-fatt jiġu mibdula fl-iqsar żmien possibbli? Tista’ tagħti tagħrif dwar jekk il-bozoz li jinbidlu humiex qed jagħtu biżżejjed dawl għall-inħawi li fihom ikunu mwaħħlin?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġibiet li tajtha għall-mistoqsijiet parlamentari 23202 u 23682, inżid li l-bozoz fit-toroq pubbliċi li huma tal-Enemalta u jiġu rappurtati bħala maqtugħa jinbidlu kemm jista’ jkun malajr. Il-bozoz li jinbidlu jagħtu biżżejjed dawl.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid meta hu mistenni li jitpoġġew ir-reċipjenti meħtieġa għall-iskart, fuq il-bajjiet madwar Malta u Għawdex?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
WSC — Servizz ta’ trasport pubbliku alternattiv waqt xogħlijiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid fejn kien meħtieġ li jiġi pprovdut servizz ta’ trasport pubbliku alternattiv, bejn Settembru 2024 u s-7 ta’ Mejju 2025, minħabba xogħlijiet li kienu jew għadhom qed isiru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC)? Tista’ tgħid ukoll għal kemm żmien kien ipprovdut dan is-servizz, f’kull każ?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tali servizz ta’ trasport alternattiv bħalissa qed jiġi provdut f’Birżebbuġa minħabba xogħlijiet li għaddejjin mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tul Triq il-Bajja s-Sabiħa.
Servizz simili kien provdut ukoll għal 26 ġurnata f’San Pawl il-Baħar waqt l-andament tax-xogħlijiet fi Triq San Pawl u għal 10 ijiem fil-każ ta’ Triq Buġibba.
F’kull każ, l-arranġamenti biex jiġi provdut trasport alternattiv isiru f’kordinazzjoni mal-awtoritajiet konċernati kif ukoll mal-Kunsilli Lokali rispettivi.
Enemalta — Servizz ta’ trasport pubbliku alternattiv waqt xogħlijiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid fejn kien meħtieġ li jiġi pprovdut servizz ta’ trasport pubbliku alternattiv, bejn Settembru 2024 u s-7 ta’ Mejju 2025, minħabba xogħlijiet li kienu jew għadhom qed isiru mill-Enemalta? Tista’ tgħid ukoll għal kemm żmien kien ipprovdut dan is-servizz, f’kull każ?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-perjodu indikat, kien hemm tliet okkażjonijiet fejn ġie provdut tali servizz ta’ trasport alternattiv minħabba xogħlijiet tal-Enemalta. Dan sar f’Ħal Qormi bejn Settembru 2024 u Jannar 2025, f’San Pawl il-Baħar bejn Frar u April ta’ din is-sena, u minn dan ix-xahar fiż-żona tal-Balluta, San Ġiljan liema servizz għadu għaddej sakemm jitlestew ix-xogħlijiet. F’kull każ, l-arranġamenti biex jiġi provdut trasport alternattiv isiru f’kordinazzjoni mal-awtoritajiet konċernati kif ukoll mal-Kunsilli Lokali rispettivi.
Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva — Re-audit - Rapport - Evalwazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27893 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25666, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-evalwazzjoni tar-rapport tar-re-audit dwar l-edukazzjoni inklussiva li ntalab lill-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva li kellu jitlesta ‘fix-xhur li ġejjin’ kif imwieġeb fl-istess tweġiba, tlestiex? Jekk tlesta, jista’ jqiegħed kopja tal-istess rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għall-mistoqsija parlamentari 28049.
Jista’ l-Ministru jgħid x’bidliet daħlu fis-seħħ fl-aħħar sena fir-rigward tat-trasport pubbliku fil-lokalità tal-Mellieħa? Jista’ jgħid ukoll liema rotot ġodda ġew introdotti u liema rotot kellhom il-frekwenza tagħhom mibdula, kemm fil-każijiet fejn żdiedet, kif ukoll fejn tnaqqset il-frekwenza tas-servizz?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul din l-aħħar sena ġew introdotti tliet tibdiliet fir-rotot tat-trasport pubbliku li jaffettwaw il-lokalità tal-Mellieħa, kif jidher permezz tal-punti segwenti:
1.
Tibdil fir-Rotta 101
– Ir-Rotta 101 ġiet estiża minn Dawret il-Mellieħa/Triq Louis Wettinger sa Triq Edward Camilleri fil-lokalità tal-Mellieħa. Permezz ta’ dan it-tibdil, is-servizz tat-trasport pubbliku issa jgħaqqad diversi punti fil-Mellieħa mad-Djar tal-Anzjani, l-iskola u l-Kunsill Lokali.
2.
Rotta rebranded – X299
– Ir-rotta X300, li kienet topera żewġ vjaġġi filgħodu u oħrajn wara nofsinhar, ġiet “rebranded” u issa qed topera taħt in-numru
X299
.
3.
Rotta ġdida – X300
– Rotta ġdida bl-isem
X300
bdiet topera bejn Ċirkewwa u l-Belt Valletta b’frekwenza ta’ kull nofs siegħa f’ħinijiet ta’ peak. Din ir-rotta tgħaddi mill-Għadira, il-Mellieħa, San Pawl il-Baħar (waqfa Kennedy), Salina, Baħar iċ-Ċagħaq, Pembroke, l-Università u l-Isptar Mater Dei. Dan is-servizz qiegħed joffri konnessjoni aktar diretta u frekwenti għar-residenti tal-Mellieħa kemm lejn il-Belt Valletta kif ukoll lejn l-Università u Mater Dei.
Ir-rotta X1 giet irtirata minħabba l-fatt li r-rotot il-ġodda qed jaqdu l-areas kollha li kienu jiġu koperti bl-X1.
Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva — Re-audit - Rapport
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27943 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27424, dwar rapport ta’ re-audit li ntalab mill-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u l-Edukazzjoni Inklużiva mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, dwar l-edukazzjoni inklużiva, jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li titlesta l-evalwazzjoni ta’ dan ir-rapport?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Empowerment Scheme — Persuni li qegħdin jibbenefikaw
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il persuna preżentement qiegħda tibbenefika mill-Empowerment Scheme u x’inhi l-età ta’ dawn il-persuni?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Iskema tal-Empowerment taħdem b’sistema ta’ applikazzjoni għal għajnuna finanzjarja fuq ix-xiri ta’ apparat assistiv jew servizzi ta’ trasport għal persuni b’diżabilità. Mill-1 ta’ Jannar 2025 sat-30 ta’ April 2025, kien hemm total ta’ 303 applikazzjoni approvata. Dawn huma mqassmin kif muri fit-tabella ta’ hawn taħt:
0-18-il sena
19-30 sena
31-45 sena
46-65 sena
66+ sena
Total ta’ applikazzjonijiet approvati
12
11
15
48
217
303
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27891 u jgħid kemm kienu n-nefqiet finali għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar 2023 li kienu stmati li jiswew 37.34 miljun Ewro? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet in-nefqa finali għal kull waħda mill-faċilitajiet li fuqhom saru n-nefqiet għall-istess logħob?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li m’għandix iżjed xi nżid ma dak li diġa weġibt għall-mistoqsija parlamentari 759. Mistoqsijiet addizzjonali jistgħu isiru lill-Kumitat Olimpiku Malti.
Charging pillars fis-Seba’, l-Għaxar u t-Tnax-il Distrett Elettorali
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27667 u 27843 u tagħti tagħrif dwar in-numru ta’ charging pillars li hemm f’kull waħda mil-lokalitajiet tas-Seba’, l-Għaxar u t-Tnax-il Distrett Elettorali, separatament għal kull lokalità? Tista’ tgħid ukoll:
i. kemm hu mistenni li jiżdiedu ċ-charging pillars għal kull waħda minn dawn il-lokalitajiet;
ii. meta hu mistenni li jiżdiedu dawn iċ-charging pillars;
iii. meta hu mistenni li jibdew jaħdmu;
iv. f’kull każ, kemm minn dawn iċ-charging pillars huma fast charging, u kemm huma normali (medium) charging; u
v. liema rata ta’ ħlas ser tkun qed titħallas minn min ikun qed juża dawn iċ-charging points?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li b’kollox hawn 408 charging points għall-użu pubbliku mxerrdin madwar Malta u Għawdex, filwaqt li għaddej proġett ieħor biex jiżdiedu 1,200 charging point ieħor madwar il-gżejjer. Dawn jnkludu 324 charging point (162 charging pillar) li se jsiru fil-lokalitajiet tat-tliet Distretti Elettorali indikati u li l-informazzjoni mitluba dwarhom tinsab fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Qabel ma jitwaħħlu c-charging pillars irid isir xogħol infrastrutturali u ta’ preparamenti elettriċi li diġà qed isir fil-każ ta’ numru ta’ siti f’uħud mil-lokalitajiet. It-tender għat-twaħħil tal-ewwel 180 charging pillar qiegħed fi stadju ta’ evalwazzjoni, u fix-xhur li ġejjien se jinħarġu tenders oħrajn biex sal-aħħar tas-sena jiġu kuntrattati s-600 charging pillar ġdid kollha. Kull charging pillar ikollu żewġ charging points.
Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva — Re-audit - Rapport - Evalwazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27893 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 25666, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-evalwazzjoni tar-rapport tar-re-audit dwar l-edukazzjoni inklussiva li ntalab lill-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva li kellu jitlesta ‘fix-xhur li ġejjin’ kif imwieġeb fl-istess tweġiba, tlestiex? Jekk tlesta, jista’ jqiegħed kopja tal-istess rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27894 u jgħid jekk il-Ministeru hux qed jikkunsidra li titkabbar l-Iskola Primarja tal-Qawra u dan minħabba l-fatt li mill-informazzjoni mogħtija jidher li l-iskola preżenti tal-Qawra, laħqet is-saturation point tagħha, u b’hekk isir dejjem iktar diffiċli li l-istess skola tilqa’ fiha iktar tfal? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ estensjoni hu mistenni li jseħħ fl-istess skola biex tilqa’ għal din l-isfida?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid meta hu mistenni li jiġu mmarkati s-swimming zones differenti li għandna madwar Malta u Għawdex, kif ukoll meta hu mistenni li s-slielem li jagħtu aċċess għall-baħar jitpoġġew f’posthom, b’mod partikulari fl-inħawi fejn hu magħruf li jkun hemm anzjani li jiffrekwentaw l-inħawi għall-għawm?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25429, fil-parti fejn jingħad li fl-2022 kien inħoloq tour virtwali tas-sit tal-Katakombi tas-Salini, jista’ l-Ministru jgħid x’wassal biex daqstant żmien wara, l-istess tour virtwali baqa’ ma ttellax fuq il-website? Jista’ jgħid meta hu mistenni li dan it-tour jittella’ fuq l-istess website?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat minn Heritage Malta li t-tour virtwali tas-sit tal-Katakombi tas-Salini bħalissa jinsab fl-istadju ta’ editjar, flimkien ma’ tours virtwali oħra ta’ siti differenti. Dawn ser jiffurmaw parti minn pjattaforma diġitali ġdida - virtual museum platform, li l-Aġenzija għandha fil-pjan li tniedi aktar tard din is-sena.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27669, tista’ l-Ministru tgħid kemm huma dawk is-siti li għad ma għandhomx smart meters?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li hemm 9,298 post li għad m’għandhomx smart meters, bir-raġuni ewlenija tkun dik li diġà tajt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27669.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27666 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u jgħid liema organizzazzjonijiet, assoċjazzjonijiet jew għaqdiet soċjali bbenefikaw minn fondi li oriġinaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti minn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, separatament għal kull sena? F’kull każ, x’kien l-iskop ta’ dawn l-għotjiet? F'kull każ, kemm kien il-benefiċċju li ngħata?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għar-rapporti annwali rigward l-Fond għal-Kawżi Soċjali li jitpoġġew kull sena fuq il-Mejda tal-Kamra.
Restawr ta’ knejjes u kappelli — Fond għall-Kawżi Ġusti
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27665 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u jgħid liema knejjes u kappelli ġew/qed jiġu rrestawrati minn fondi li oriġinaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti? F’kull każ, jista’ jgħid ukoll liema kienu/huma dawn il-knejjes u kappelli?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għar-rapporti annwali rigward l-Fond għal-Kawżi Soċjali li jitpoġġew kull sena fuq il-Mejda tal-Kamra.