Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Pawl il-Baħar — Residenti reġistrati bħala bdiewa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti f’San Pawl il-Baħar, full-time u part-time, matul is-sena 2024?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti filwaqt li ninfurmah li ma tinżammx informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex full-time jew part-time. Sena Numru ta’ bdiewa reġistrati – San Pawl il-Baħar 2024 sa issa 424

Il-Mellieħa — Residenti reġistrati bħala bdiewa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti l-Mellieħa, full-time u part-time, matul is-sena 2024?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti filwaqt li ninfurmah li ma tinżammx informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex full-time jew part-time. Sena Numru ta’ bdiewa reġistrati – Il-Mellieħa 2024 sa issa 669

In-Naxxar — Residenti reġistrati bħala bdiewa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti n-Naxxar, full-time u part-time, matul is-sena 2024?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti filwaqt li ninfurmah li ma tinżammx informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex full-time jew part-time. Sena Numru ta’ bdiewa reġistrati - In-Naxxar 2024 sa issa 410

L-Imġarr — Residenti reġistrati bħala bdiewa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti l-Imġarr, Malta, full-time u part-time, matul is-sena 2024?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella segwenti filwaqt li ninfurmah li ma tinżammx informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex full-time jew part-time. Sena Numru ta’ bdiewa reġistrati - L-Imġarr 2024 sa issa 526

Il-Qawra — Trasport pubbliku

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28128, peress li jidher li l-bidliet li seħħew ma indirizzawx b’mod effettiv id-diffikultajiet tar-residenti li joqogħdu fl-inħawi tal-Qawra, li għadhom iħossuhom mhux moqdija bis-servizz tat-trasport pubbliku kif qed jiġi pprovdut, jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dan is-servizz jiġi mtejjeb u jkun aktar effikaċi għal dawn ir-residenti?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment għal aktar konsiderazzjoni.

Taxxa ta’ 50 ċenteżmu kuljum għal kull turist għal kull lejl

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif qed jintefqu l-fondi li qed jinġabru mit-taxxa ta’ 50 ċenteżmu kuljum għal kull turist għal kull lejl (sa massimu ta’ €5 għal kull persuna), li qed tinġabar mill-istabbilimenti turistiċi madwar Malta u Għawdex? Jista’ jgħid ukoll min għandu l-kontroll fuq in-nefqa ta’ dawn il-fondi?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

2025 — Suwiċidji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il suwiċidju kien hemm matul is-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont is-sess u jagħti tagħrif dwar l-età ta’ kull persuna?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27907.

Jobsplus – Persuni b’diżabilità li qed jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm żgħażagħ (bejn is-16 u t-30 sena) b’diżabilità rreġistrati ma’ Jobsplus? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn huma impjegati u kemm għadhom qed ifittxu impjieg, u jaqsam din l-informazzjoni skont is-sess?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għall-mistoqsija parlamentari 26693.

Vittmi ta’ att kriminali — Persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati atti kriminali fuq persuni b’diżabilità mis-sena 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u jgħid x’att kriminali kien twettaq? Jista’ jipprovdi wkoll l-età tal-persuni li sfaw vittma ta’ att kriminali?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li s-sistema tal-Pulizija mhix imfassla biex toħloq distinzjoni bejn min għandu diżabbiltà jew le.

Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva — Re-audit - Rapport - Evalwazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27893 u 28049 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25666, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-evalwazzjoni tar-rapport tar-re-audit dwar l-edukazzjoni inklussiva li ntalab lill-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva li kellu jitlesta ‘fix-xhur li ġejjin’ kif imwieġeb fl-istess tweġiba, tlestiex? Jekk tlesta, jista’ jqiegħed kopja tal-istess rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Il-Qawra — Skola Primarja

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27894 u 28050 u jgħid jekk il-Ministeru hux qed jikkunsidra li titkabbar l-Iskola Primarja tal-Qawra u dan minħabba l-fatt li mill-informazzjoni mogħtija jidher li l-iskola preżenti tal-Qawra, laħqet is-saturation point tagħha, u b’hekk isir dejjem iktar diffiċli li l-istess skola tilqa’ fiha iktar tfal? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ estensjoni hu mistenni li jseħħ fl-istess skola biex tilqa’ għal din l-isfida?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li f’dan l-istadju din mhux fil-pjanijiet.

Malta u Għawdex — Swimming Zones

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28110, li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu u li issa ġiet referuta lilu u jgħid meta hu mistenni li jiġu mmarkati s-swimming zones differenti li għandna madwar Malta u Għawdex, kif ukoll meta hu mistenni li s-slielem li jagħtu aċċess għall-baħar jitpoġġew f’posthom, b’mod partikulari fl-inħawi fejn hu magħruf li jkun hemm anzjani li jiffrekwentaw l-inħawi għall-għawm?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bl-eċċezzjoni ta’ Kemmuna, fejn iż-żoni għall-għawm ġew implimentati fis-26 t’April, iż-żoni l-oħra ser jibdew jiġu implimentati mill-20 ta’ Mejju ’l quddiem, b’mod progressiv. Min-naħa tat-TZRA dawn jagħtu servizz lil MTA biex jintramaw il-bajjiet bil-walkways, slielem, bridges, showers, waste bins (blue flag beaches biss) etc.

San Pawl il-Baħar — Triq il-Frejgatina u Triq Porzjunkola - Bozoz

Question

Tista’ l-Ministru tara li l-bozoz kollha madwar Triq il-Frejgatina u Triq Porzjunkola, f'San Pawl il-Baħar, qed jixgħelu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-bozoz kollha fiż-żewġ toroq indikati u li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ Enemalta qegħdin jaħdmu u jixgħelu. Waqt spezzjoni li saret kien innutat li l-lampi maqtugħin fl-istess toroq huma responsabbiltà tal-Kunsill Lokali. Fil-każ ta’ lampa li hemm mitfija fi Triq il-Frejgatina, li ġiet installata mill-Kunsill Lokali, jirriżulta li għadha ma ġietx sottomessa applikazzjoni (STL) għaliha mal-ARMS biex tiġi regolarizzata.

San Pawl il-Baħar — Mains tan-New Water

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta ser ikun possibbli li l-bdiewa kollha li qribhom tpoġġew il-mains tan-New Water fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar, ikunu jistgħu jagħmlu użu minn dan l-ilma? Tista’ tgħid ukoll liema nħawi ma għandhomx aċċess għal dan l-ilma?

Response (DALLI, MIRIAM)

Kif diġà ġie spjegat diversi drabi, l-proġett tan-New Water huwa wieħed estensiv. Ninsab infurmata li, filwaqt li l-maġġoranza tal-bdiewa fl-inħawi indikati diġà qed jagħmlu użu minn dan is-servizz, iż-żoni li ma jistgħux jintlaħqu min-network mhux se jkollhom effett fuq il-bdiewa għax dawn jistgħu jagħmlu użu minn kwalunkwe dispenser alternattiv.

San Pawl il-Baħar — Aċċess għan-network tan-New Water

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kollaborazzjoni hemm bejn il-ministeru tiegħu u l-ministeru responsabbli mis-Servizzi tal-Ilma biex jiġi assigurat li l-bdiewa kollha fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar ikollhom aċċess għan-network tan-New Water li twassal qrib tagħhom? Jista’ jgħid ukoll kemm bdiewa qed jagħmlu użu minn dan l-ilma preżentement fl-istess inħawi, u kemm għadhom ma jistgħux jużaw dan l-ilma?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma l-Onor. Interpellant li bħala Ministeru qed naħdmu flimkien mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fi ħdan il-Ministeru responsabbli mill-enerġija sabiex niżguraw li l-bdiewa li japplikaw għas-servizz tan-New Water jissottomettu pjan tal-l-uċuħ tar-raba'. Dan il-pjan huwa meħtieġ biex ikun żgurat li l-ilma jkun allokat għal skop ta’ tisqija ta’ uċuħ agrikoli. Barra minn hekk, kemm l-uffiċjali kif ukoll aħna l-Ministri niltaqgħu u niddiskutu d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom il-bdiewa, kif ukoll possibbilitajiet ta’ titjib fl-aċċess ta’ ilma għall-bdiewa. Fir-rigward tal-kumplament tal-mistoqsija nitlobha tirreferiha lill-Ministeru konċernat.

Fond għall-Kawżi Ġusti — Benefiċjarji

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27941 dwar benefiċjarji mill-fond għall-kawżi ġusti, jista' l-Prim Ministru jagħti l-informazzjoni għas-sena 2024?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li l-informazzjoni dwar il-Fond għall-Kawżi Soċjali ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif ikun konkluż l-awditjar tar-rapport finanzjarju aktar tard matul din is-sena.

Restawr ta’ knejjes u kappelli — Fond għall-Kawżi Ġusti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27942 dwar restawr ta' knejjes u kappelli mill-fond għall-kawżi ġusti, jista' l-Prim Ministru jagħti l-informazzjoni għas-sena 2024?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni dwar il-Fond għall-Kawżi Soċjali ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif ikun konkluż l-awditjar tar-rapport finanzjarju aktar tard matul din is-sena.

L-Imġarr, Malta — Trasport pubbliku - Tibdil fir-rotot

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’bidliet daħlu fis-seħħ fl-aħħar sena fir-rigward tat-trasport pubbliku fil-lokalità tal-Imġarr, Malta? Jista’ jgħid ukoll liema rotot ġodda ġew introdotti u liema rotot kellhom il-frekwenza tagħhom mibdula, kemm fil-każijiet fejn żdiedet, kif ukoll fejn tnaqqset il-frekwenza tas-servizz?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma sar l-ebda tibdil fir-rotot li jikkonċernaw din il-lokalità.

In-Naxxar — Trasport pubbliku - Tibdil fir-rotot

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’bidliet daħlu fis-seħħ fl-aħħar sena fir-rigward tat-trasport pubbliku fil-lokalità tan-Naxxar? Jista’ jgħid ukoll liema rotot ġodda ġew introdotti u liema rotot kellhom il-frekwenza tagħhom mibdula, kemm fil-każijiet fejn żdiedet, kif ukoll fejn tnaqqset il-frekwenza tas-servizz?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul din l-aħħar sena daħlu fis-seħħ żewġ tibdiliet relatati mal-lokalità tan-Naxxar, kif jidher permezz tal-punti segwenti: 1. Estensjoni tar-Rotta 103 – Din ir-rotta ġiet estiża biex tinkludi Triq Burmarrad, sabiex issa qiegħda taqdi aħjar il-bżonnijiet tat-trasport ta’ ħaddiema u persuni li għandhom bżonn jinqdew mill-istabbilimenti u intrapriżi li jinsabu f’din iż-żona. Il-frekwenza tar-rotta baqgħet l-istess. 2. Introduzzjoni tar-Rotta Ġdida 207 – Din ir-rotta topera bejn il-Marsa Park and Ride u n-Naxxar, sal-viċinanzi tal-Giovanni Curmi Higher Secondary. Tul il-vjaġġ tagħha mill-Marsa Park and Ride, ir-rotta tagħmel waqfa fl-Isptar Mater Dei. Din ir-rotta toffri żewġ vjaġġi filgħodu u oħrajn wara nofsinhar, fil-ġranet tal-iskola biss.