Legislature:
Category:
Reset
Active:

In-Naxxar - Rapporti dwar atti ta’ indiċenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti lill-Pulizija dwar atti ta’ indiċenza fil-lokalità tan-Naxxar matul is-sena 2024 u s-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fis-sistema tal-Pulizija ġew reġistrati żewġ rapporti dwar każi ta’ persuni li esponew lilhom innifishom indiċendement matul is-sena 2024 u s-sena 2025 sal-aħħar t’Awwissu, ġewwa n-Naxxar

L-Imġarr, Malta - Rapporti dwar atti ta’ indiċenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti lill-Pulizija dwar atti ta’ indiċenza fil-lokalità tal-Imġarr, Malta matul is-sena 2024 u s-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li fis-sistema tal-Pulizija ma ġew irreġistrati l-ebda rapporti dwar każi ta’ persuni li esponew lilhom infushom indiċentement matul is-sena 2024 u s-sena 2025, sal-aħħar ta’ Awwissu, ġewwa l-Imġarr

Il-Mellieħa - Rapporti dwar atti ta’ indiċenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti lill-Pulizija dwar atti ta’ indiċenza fil-lokalità tal-Mellieħa matul is-sena 2024 u s-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li fis-sistema tal-Pulizija ma ġew irreġistrati l-ebda rapporti dwar każi ta’ persuni li esponew lilhom infushom indiċentement matul is-sena 2024 u s-sena 2025, sal-aħħar ta’ Awwissu, ġewwa l-Mellieħa.

San Pawl il-Baħar - Rapporti dwar atti ta’ indiċenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti lill-Pulizija dwar atti ta’ indiċenza fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar matul is-sena 2024 u s-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fis-sistema tal-Pulizija hemm reġistrati ħames rapporti dwar każi ta’ persuni li esponew lilhom innifishom indiċendement matul is-sena 2024 u s-sena 2025 sal-aħħar t’Awwissu, ġewwa San Pawl il-Baħar.

Swimming zones

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30554, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-talbiet relatati mas-swimmers’ zones li ġew approvati u liema għadhom pendenti?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tlett talbiet approvati kienu tal-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk, tal-Kunsill Lokali tal-Għasri u talba tal-Harbour Master.  Żewġ talbiet li saru mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar u talba oħra minn entita’ privata li għadhom pendenti.

Rapporti ta’ att ta’ vandaliżmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti lill-Pulizija dwar atti ta’ vandaliżmu matul is-sena 2024 u s-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li r-rapporti dwar atti ta’ vandaliżmu rreġistrati fis-sistema tal-Pulizija kienu, 1053 fis-sena 2024 u 710 sal-24 ta’ Settembru, 2025.

In-Naxxar - Rapporti ta’ att ta’ vandaliżmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti lill-Pulizija dwar atti ta’ vandaliżmu fil-lokalità tan-Naxxar matul is-sena 2024 u s-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi in-numru ta’ rapporti li saru lill-Pulizija dwar atti ta’ vandaliżmu fil-lokalità tan-Naxxar matul is-sena 2024 u s-sena 2025 sal-24 ta’ Settembru, maqsuma sena b’sena, kienu kif jidher fit-tabelli hawn taħt. Rapporti ta’ att ta’ vandaliżmu - Sena 2024 Jannar Frar Marzu April Mejju Ġunju Lulju Awwissu Settembru Ottubru Novembru Diċembru Total 3 1 3 2 1 3 1 2 1 2 2 2 Rapporti ta’ att ta’ vandaliżmu - Sena 2025 Jannar Frar Marzu April Mejju Ġunju Lulju Awwissu Settembru Total 2 2 3 1 1 5 2 2 0

L-Imġarr, Malta - Rapporti ta’ att ta’ vandaliżmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti lill-Pulizija dwar atti ta’ vandaliżmu fil-lokalità tal-Imġarr, Malta matul is-sena 2024 u s-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

No response available.

Il-Mellieħa - Rapporti ta’ att ta’ vandaliżmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti lill-Pulizija dwar atti ta’ vandaliżmu fil-lokalità tal-Mellieħa matul is-sena 2024 u s-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi in-numru ta’ rapporti li saru lill-Pulizija dwar atti ta’ vandaliżmu fil-lokalità tal-Mellieħa matul is-sena 2024 u s-sena 2025 sal-24 ta’ Settembru, maqsuma sena b’sena, kienu kif jidher fit-tabelli hawn taħt. Rapporti ta’ att ta’ vandaliżmu - Sena 2024 Jannar Frar Marzu April Mejju Ġunju Lulju Awwissu Settembru Ottubru Novembru Diċembru Total 3 1 5 2 2 2 0 4 2 1 3 1 Rapporti ta’ att ta’ vandaliżmu - Sena 2025 Jannar Frar Marzu April Mejju Ġunju Lulju Awwissu Settembru Total 2 0 2 4 2 3 2 3 2

San Pawl il-Baħar - Rapporti ta’ att ta’ vandaliżmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti lill-Pulizija dwar atti ta’ vandaliżmu fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar matul is-sena 2024 u s-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi in-numru ta’ rapporti li saru lill-Pulizija dwar atti ta’ vandaliżmu fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar matul is-sena 2024 u s-sena 2025 sal-24 ta’ Settembru, maqsuma sena b’sena, kienu kif jidher fit-tabelli hawn taħt. Rapporti ta’ att ta’ vandaliżmu - Sena 2024 Jannar Frar Marzu April Mejju Ġunju Lulju Awwissu Settembru Ottubru Novembru Diċembru Total 11 13 9 4 13 13 13 14 18 12 5 8 Rapporti ta’ att ta’ vandaliżmu - Sena 2025 Jannar Frar Marzu April Mejju Ġunju Lulju Awwissu Settembru Total 4 4 12 2 13 6 7 16 6

Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni - Knejjes/kappelli - Xogħol ta’ restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema knejjes jew kappelli hemm pjan li jsir xogħol ta’ restawr fuqhom mid-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba kif mgħoddija lili.

Rapporti dwar ħsejjes eċċessivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport daħal lill-pulizija dwar ħsejjes eċċessivi matul is-sena 2024, maqsuma xahar b'xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi in-numru ta’ rapporti li saru lill-Pulizija dwar ħsejjes eċċessivi matul is-sena 2024 kienu kif jidher fit-tabella hawn taħt. Rapporti ta’ storbju /ħsejjes eċċessivi  - Sena 2024 Jannar Frar Marzu April Mejju Ġunju Lulju Awwissu Settembru Ottubru Novembru Dicembru Total 30 32 40 39 51 45 37 54 47 43 35 20

Rapporti dwar ħsejjes eċċessivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport daħal lill-pulizija dwar ħsejjes eċċessivi matul is-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti li ġew irreġistrati fis-sistema elettronika tal-pulizija dwar ħsejjes eċċessivi matul is-sena 2025 sat-23 ta’ Settembru 2025, maqsuma xahar b'xahar, u fil-kategoriji differenti, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt. Jannar Frar Marzu April Mejju Ġunju Lulju Awwissu Settembru Disturb ta’ paċi u ordni pubblika 31 20 21 50 44 49 49 50 39

In-Naxxar - Ilmenti dwar storbju eċċessiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport dwar storbju eċċessiv (noise pollution) irċeviet il-Pulizija mingħand ir-residenti tan-Naxxar matul is-sena 2024 u s-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni tressqu l-Qorti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fil-perjodu ta’ bejn Jannar 2024 u l-24 ta’ Settembru 2025, kien hemm tlieta u għoxrin (23) każ ta' storbju eċċessiv waqt argumenti jew mezzi oħra reġistrati għan-Naxxar u ħames (5) persuni li tressqu l-Qorti fuq reati relatati.

L-Imġarr, Malta - Ilmenti dwar storbju eċċessiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport dwar storbju eċċessiv (noise pollution) irċeviet il-Pulizija mingħand ir-residenti tal-Imġarr, Malta matul is-sena 2024 u s-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni tressqu l-Qorti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

No response available.

Il-Mellieħa - Ilmenti dwar storbju eċċessiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport dwar storbju eċċessiv (noise pollution) irċeviet il-Pulizija mingħand ir-residenti tal-Mellieħa matul is-sena 2024 u s-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni tressqu l-Qorti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fil-perjodu ta’ bejn Jannar 2024 u l-24 ta’ Settembru 2025, kien hemm ħmistax (15)-il każ ta’ storbju eċċessiv waqt argumenti jew mezzi oħra, reġistrati fis-sistema tal-pulizija għal Mellieħa u kien hemm tlett  każi fejn persuni li tressqu l-Qorti fuq reati relatati. Barra minn dawn ir-rapport kien hemm żewġ (2) każi fejn persuni ġew servuti ċitazzjonijiet permezz  tas-sistema tat-tickets diġitali talli ikkaġunaw storbju.

San Pawl il-Baħar - Ilmenti dwar storbju eċċessiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport dwar storbju eċċessiv (noise pollution) irċeviet il-Pulizija mingħand ir-residenti ta’ San Pawl il-Baħar matul is-sena 2024 u s-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni tressqu l-Qorti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

No response available.

In-Naxxar – Popolazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-popolazzjoni tan-Naxxar? Kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin? Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni skont is-sess tal-persuna?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt: Lokalità Maltin Barranin Total Irġiel Nisa Irġiel Nisa Naxxar 7,152 7,400 1,967 1,607 18,126 Dawn il-figuri jirreferu għall-aħħar figuri ppubblikati mill-NSO fl-aħħar tas-sena 2024.

L-Imġarr, Malta – Popolazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-popolazzjoni tal-Imġarr, Malta? Kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin? Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni skont is-sess tal-persuna?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt: Lokalità Maltin Barranin Total Irġiel Nisa Irġiel Nisa Mġarr, Malta 2,319 2,226 413 291 5,249 Dawn il-figuri jirreferu għall-aħħar figuri ppubblikati mill-NSO fl-aħħar tas-sena 2024.

Il-Mellieħa – Popolazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-popolazzjoni tal-Mellieħa? Kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma barranin? Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni skont is-sess tal-persuna?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt: Lokalità Maltin Barranin Total Irġiel Nisa Irġiel Nisa Mellieħa 4,695 4,660 2,883 2,050 14,288 Dawn il-figuri jirreferu għall-aħħar figuri ppubblikati mill-NSO fl-aħħar tas-sena 2024.