Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Wardija - Dun Manwel Attard Resource Centre - Studenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30963 u jgħid kemm hemm studenti preżentement fl-Iskola Dun Manwel Attard Resource Centre, fil-Wardija?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 30596.

Akwedott tax-Xemxija - Restawr

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28785, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex l-akwedott tax-Xemxija fi Triq Għajn Tuffieħa, San Pawl il-Baħar jiġi restawrat?

Response (BONNICI, OWEN)

F’dan l-istadju, id-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni m’għandux x’jżid mat-tweġiba tal-PQ 28785.

Rapporti dwar ħsejjes eċċessivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti għand il-pulizija dwar ħsejjes eċċessivi matul is-sena 2025, maqsuma lokalità b’lokalità?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li sal-aħħar ta’ Settembru tas-sena 2025, fis-sistema elettronika tal-Pulizija ġew irreġistrati r-rapporti indikati fit-tabella hawn taħt, li huma maqsuma skont il-lokalità. ATTARD 2 BALZAN 3 BIRGU 1 BIRKIRKARA 5 BIRZEBBUGIA 7 BORMLA 5 DINGLI 1 FGURA 1 FLORIANA 7 GH’SIELEM - GHAWDEX 7 GHARB - GHAWDEX 2 GHARGHUR 3 GHASRI - GHAWDEX 1 GHAXAQ 2 GUDJA 1 GZIRA 4 HAMRUN 4 KALKARA 1 KERCEM - GHAWDEX 1 LIJA 1 LUQA 1 MARSA 3 MARSASKALA 2 MARSAXLOKK 1 MELLIEHA 11 MGARR 2 MOSTA 5 MSIDA 5 MTARFA 2 MUNXAR - GHAWDEX 4 NADUR - GHAWDEX 3 NAXXAR 12 PAOLA 10 PEMBROKE 2 PIETA' 5 QALA - GHAWDEX 1 QORMI 7 RABAT 6 RABAT - GHAWDEX 8 SAN GILJAN 45 SAN GWANN 8 SAN PAWL IL-BAHAR 42 SANNAT - GHAWDEX 5 SANTA VENERA 1 SIGGIEWI 2 SLIEMA 15 SWIEQI 20 TARXIEN 4 VALLETTA 36 XAGHRA - GHAWDEX 5 XEWKIJA - GHAWDEX 1 ZEBBUG 8 ZEBBUG - GHAWDEX 7 ZEJTUN 8 ZURRIEQ 2

Rapporti dwar ħsejjes eċċessivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti għand il-pulizija dwar ħsejjes eċċessivi matul is-sena 2024, maqsuma lokalità b’lokalità?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi d-data għas-sena 2024 huma kif jidhru fit-tabella hawn taħt. Distrett Rapporti Distrett Nru 1 – Valletta - Floriana 244 Distrett Nru 2 – Ħamrun – St Venera – Pieta - Marsa 24 Distrett Nru 3 – Paola – Fgura Sta Lucia – Tarxien - Luqa 4 Distrett Nru 4 – Bormla – Birgu- Isla - Kalkara –Żabbar – M’Scala - Xgħajra 5 Distrett Nru 5 – Żejtun – B’Buġia – M’Xlokk – Mqabba – Kirkop - Safi 19 Distrett Nru 6 – Qormi –Zebbuġ – Siġġiewi – Żurrieq - Qrendi 15 Distrett Nru 7 – Sliema – Gzira Ta’ Xbiex - Msida 28 Distrett Nru 8 – San Ġiljan – Pembroke – Swieqi – San Ġwann 23 Distrett Nru 9 – Birkirkara – Balzan – Lija – Attard –Iklin – Naxxar - Għarghur 18 Distrett Nru 10 – Mosta – Mġarr – Rabat – Dingli – Mdina - Mtarfa 16 Distrett Nru 11 – Qawra – San Pawl - Mellieħa 32 Distrett Nru 12 - Għawdex 45

In-Naxxar – Persuni li jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu n-Naxxar u li kienu jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar tliet snin, maqsuma xahar b’xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li n-numru ta’ persuni li jgħixu f in-Naxxar u li kienu jirreġistraw għax-xogħol fuq l-Ewwel u t-Tieni Parti tar-reġistru f’dawn l-aħħar tlett snin (2023-2025), maqsuma xahar b’xahar jinsabu fit-tabella t’hawn taħt. Fil-każ tas-sena 2025 l-aħħar ċifri ppubblikati huma t’Awwissu 2025. Persuni jirreġistraw għax-xogħol fin-Naxxar 2023 2024 2025 Jannar 17 23 28 Frar 19 24 28 Marzu 24 28 19 April 18 22 17 Mejju 16 21 18 Ġunju 18 28 21 Lulju 22 30 20 Awwissu 21 31 18 Settembru 21 35 Ottubru 22 30 Novembru 19 27 Diċembru 25 28

L-Imġarr, Malta – Persuni li jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu l-Imġarr, Malta, u li kienu jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar tliet snin, maqsuma xahar b’xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li n-numru ta’ persuni li jgħixu fl -Imġarr, Malta u li kienu jirreġistraw għax-xogħol fuq l-Ewwel u t-Tieni Parti tar-reġistru f’dawn l-aħħar tlett snin (2023-2025), maqsuma xahar b’xahar jinsabu fit-tabella t’hawn taħt. Fil-każ tas-sena 2025 l-aħħar ċifri ppubblikati huma t’Awwissu 2025. Persuni jirreġistraw għax-xogħol fl-Imġarr, Malta 2023 2024 2025 Jannar 11 8 8 Frar 12 8 8 Marzu 11 8 7 April 9 10 7 Mejju 8 8 7 Ġunju 8 6 9 Lulju 9 8 7 Awwissu 7 8 6 Settembru 7 7 Ottubru 7 4 Novembru 8 6 Diċembru 8 7

Il-Mellieħa – Persuni li jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu l-Mellieħa u li kienu jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar tliet snin, maqsuma xahar b’xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li n-numru ta’ persuni li jgħixu fil - Mellieħa u li kienu jirreġistraw għax-xogħol fuq l-Ewwel u t-Tieni Parti tar-reġistru f’dawn l-aħħar tlett snin (2023-2025), maqsuma xahar b’xahar jinsabu fit-tabella t’hawn taħt. Fil-każ tas-sena 2025 l-aħħar ċifri ppubblikati huma t’Awwissu 2025. Persuni jirreġistraw għax-xogħol fil-Mellieħa 2023 2024 2025 Jannar 18 24 13 Frar 17 21 17 Marzu 14 18 20 April 13 18 27 Mejju 11 19 19 Ġunju 12 19 15 Lulju 10 24 15 Awwissu 16 25 16 Settembru 19 26 Ottubru 16 18 Novembru 17 18 Diċembru 20 18

San Pawl il-Baħar – Persuni li jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li jgħixu San Pawl il-Baħar u li kienu jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar tliet snin, maqsuma xahar b’xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li n-numru ta’ persuni li jgħixu f’S an Pawl il-Baħar u li kienu jirreġistraw għax-xogħol fuq l-Ewwel u t-Tieni Parti tar-reġistru f’dawn l-aħħar tlett snin (2023-2025), maqsuma xahar b’xahar jidhru fit-tabella t’hawn taħt.  Fil-każ tas-sena 2025 l-aħħar ċifri ppubblikati huma t’Awwissu 2025. Persuni jirreġistraw għax-xogħol f’San Pawl il-Baħar 2023 2024 2025 Jannar 70 84 93 Frar 71 97 89 Marzu 54 109 83 April 64 112 83 Mejju 60 118 73 Ġunju 56 99 60 Lulju 60 96 71 Awwissu 63 92 79 Settembru 62 89 Ottubru 60 79 Novembru 70 82 Diċembru 69 89

Persuni li jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar tliet snin, maqsuma xahar b’xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li t-tabella t’hawn taħt turi n-numru ta’ persuni li kienu jirreġistraw għax-xogħol fuq l-Ewwel u t-Tieni Parti tar-reġistru fl-aħħar tliet snin, maqsuma xahar b’xahar. Fil-każ tas-sena 2025 l-aħħar ċifri ppubblikati huma t’Awwissu 2025. Persuni jirreġistraw għax-xogħol Xahar 2023 2024 2025 Jannar 1,072 1,057 1,117 Frar 1,041 1,096 1,075 Marzu 1,013 1,144 1,057 April 966 1,202 1,038 Mejju 916 1,223 1,050 Ġunju 875 1,169 995 Lulju 893 1,121 1,012 Awwissu 974 1,138 1,027 Settembru 1,004 1,109 Ottubru 959 1,089 Novembru 950 1,067 Diċembru 955 1,115

Għassa tan-Naxxar - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xogħlijiet ippjanati għall-Għassa tan-Naxxar? Jekk iva, liema xogħlijiet huma ppjanati u kemm hu stmat li se jiġu jiswew dawn ix-xogħlijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-Għassa tan-Naxxar ġiet rinnovata u nawgurata fis-sena 2019, bħala parti mill-istrateġija tal-modernizzazzjoni tal-Korp tal-Pulizija. Fost ħafna xogħolijiet li kienu saru fil-binja biex titjieb l-istruttura u taqdi aħjar il-bżonnijiet ta’ l-uffiċċjali fl-istess għassa kif ukoll lill-pubbliku li jagħmel użu tagħha, kien hemm bdil ta’ madum, irħam fit-taraġ, dwal ġodda, kamra tal-banju ġdida, xogħol ta’ kisi, tikħil, żebgħa, aluminju, elettriku u plumbing, kif ukoll għamara ġdida. Barra minn dan l-għassa kienet  ġiet mgħammra b'rampa li tagħti aċċess lill-persuni bi bżonnijiet speċjali. Ġiet allokata wkoll kamra għal vittmi tar-reati u persuni oħra bl-iskop li dawn jkunu jistgħu jitkellmu b'mod kunfidenzjali. Minn dakinhar manutenzjoni kompliet issir kull meta jkun hemm il-bżonn.

Għassa taċ-Ċirkewwa - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xogħlijiet ippjanati għall-Għassa taċ-Ċirkewwa? Jekk iva, liema xogħlijiet huma ppjanati u kemm hu stmat li se jiġu jiswew dawn ix-xogħlijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi manutenzjoni tal-għassa taċ-Ċirkewwa saret is-sena li għaddiet, fejn sar xogħol ta’ kisi, tikħil u żebgħa minn ġewwa u minn barra kif ukoll xogħol ta' plumbing. Ix-xogħol sar mit-taqsima tas-snajja’ tal-korp, u l-materjal użat kien mill-istokk tal-istess korp.

Għassa tal-Mellieħa - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xogħlijiet ippjanati għall-Għassa tal-Mellieħa? Jekk iva, liema xogħlijiet huma ppjanati u kemm hu stmat li se jiġu jiswew dawn ix-xogħlijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi dwar l-Għassa tal-Mellieħa hemm pjanat xogħol estensiv. Ix-xogħol ta’ rinnovament beda tant li diġà inbidel is-saqaf tas-sular ta’ isfel tal-binja, fejn issa sar saqaf tal-konkos. Hu previst illi l-proċess jitkompla fi Frar li ġej u dan ser jinkludi xogħol ta’ kisi, elettriku, plumbing, żebgħa, injam, aluminju, aperturi, installazzjoni ta’ arja kundizzjonata, xogħol tekniku ta’ IT u  għamara ġdida, fost xogħol ta’ tiġdid relatat ieħor.

Għassa tal-Qawra - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xogħlijiet ippjanati għall-Għassa tal-Qawra? Jekk iva, liema xogħlijiet huma ppjanati u kemm hu stmat li se jiġu jiswew dawn ix-xogħlijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi diġà saru diversi  xogħlijiet fl-Għassa tal-Qawra, u speċjalment fis-sular t’isfel ta’l-istess binja, tant li l-uffiċċju tal-Pulizija tal-Komunita fil-lokal, tlesta u beda jopera wara dan ir-rinnovar. Ix-xogħolijiet kienu diversi u  jinkludu dawk relatati ma elettriku, plumbing, tiżbiegħ, kisi ta’ ħitan u rinnovar ta’ pavimenti, toilets u aperturi ġodda, fost xogħol ieħor.

Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva - Re-audit - Rapport - Evalwazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28439, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-evalwazzjoni tar-rapport tar-re-audit dwar l-edukazzjoni inklużiva li ntalab lill-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva li skont it-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25666 kellu jitlesta ‘fix-xhur li ġejjin’, tlestiex? Jekk tlesta, jista’ jqiegħed kopja tal-istess rapport fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport sħiħ ikkumpilat mill-Agenzija Ewropea?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f'xi seduta oħra.

Il-Wardija - Dun Manwel Attard Resource Centre - Studenti ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm intake ta’ studenti ġodda għal din is-sena skolastika 2025-2026 fl-Iskola Dun Manwel Attard Resource Centre, fil-Wardija? Jekk iva, kemm-il student ser ikun qiegħed jidħol għall-ewwel darba, fil-bidu ta’ din is-sena skolastika?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Il-Wardija - Dun Manwel Attard Resource Centre - Sudenti ġodda

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30596 dwar studenti ġodda fl-Iskola Dun Manwel Attard Resource Centre, fil-Wardija, jista’ l-Ministru jgħid f’liema sena ta’ skola qegħdin maqsuma il-114-il student separatament għal kull sena u ċjoè l-ewwel sena, it-tieni sena, it-tielet sena, eċċ? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-istudenti ser jattendu għall-ewwel darba f’din l-iskola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Il-Wardija - Dun Manwel Attard Resource Centre - Studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu ppjanat li jkun hemm studenti fl-Iskola Dun Manwel Attard Resource Centre, fil-Wardija għas-snin skolastiċi 2026-2027, 2027-2028, 2028-2029, 2029-2030 u 2030-2031, separatament għal kull sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Rapporti dwar atti ta’ indiċenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti lill-Pulizija dwar atti ta’ indiċenza matul is-sena 2024 u s-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li fis-sistema tal-Pulizija ġew irreġistrati erbgħa u għoxrin (24) rapport matul is-sena 2024, u tletin (30) rapport matul is-sena 2025 sal-24 ta’ Settembru, relatati ma’ każi ta’ persuni li esponew lilhom infushom indiċentement f’dawn il-gżejjer.