Baġit 2025 - Ċentru ieħor ta’ Matul il-Jum - Anzjani b’diżabilità
Question
B’referenza għal dak li hemm imsemmi fid-dokument tal-Baġit 2025 dwar Ċentru ieħor ta’ Matul il-Jum biex jilqa’ anzjani b’diżabilità, tista’ l-Ministru tgħid ta’ liema età l-anzjani jistgħu jattendu dan iċ-Ċentru? Tista’ tgħid ukoll fejn infetaħ dan iċ-Ċentru?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-għan wara dan iċ-Ċentru huwa li joffri sapport addattat għall-bżonnijiet varji ta’ anzjani b’diżabilità ta’aktar minn 61 sena li diġà jattendu ċ-Ċentri. Dan iċ-Ċentru ser jinfetaħ fil-lokalità tal-Gżira.
Jista’ l-Ministru jgħid kif qiegħda taħdem l-iskema li ssemmiet fil-Baġit għas-sena 2025 fejn ġenituri li ma jħallsux taxxa jew għax ma jaħdmux, jew għax ikunu fuq benefiċċji soċjali, xorta waħda jingħataw għajnuna fuq spejjeż ta’ terapiji?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Tfal li jbatu minn diżabilità fiżika jew mentali - Allowance
Question
Jista’ l-Ministru jgħid sa liema età (tat-tfal) tingħata l-allowance lill-familji li għandhom tfal li jbatu minn diżabilità fiżika jew mentali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-Allowance għal Tfal b’Diżabilità tibqa’ titħallas flimkien mal-Allowance tat-Tfal sakemm il-wild jilħaq l-età ta’ sittax ‘il sena. Wara jkunu ntitolati għall-Assistenza għal Diżabiltà Severa jew Assistenza Miżjuda għal Diżabiltà Severa skont il-każ.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna preżentement tibbenefika minn Assistenza Miżjuda għal Carers? Jista’ jgħid ukoll kemm-il persuna preżentement tibbenefika minn Assistenza għal Carers?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Benefiċċjari - Settembru 2025
Benefiċċju
Total
Allowance għal Carers
474
Allowance Miżjuda għal Carers
1,030
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna preżentement tibbenefika minn Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa? Jista’ jgħid ukoll kemm-il persuna preżentement tibbenefika minn Assistenza għal Diżabilità Severa u kemm-il persuna preżentement tibbenefika minn Assistenza għal Diżabilità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjonni mitluba tinsab fit-tabella li ssegwi:
Benefiċċjari - Settembru 2025
Benefiċċju
Total
Assistenza għal Diżabilità
569
Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa
924
Assistenza għal Diżabilità Severa
3,892
Baġit 2025 - Allowance Miżjuda għal Carer jew Allowance għal Carer
Question
B’referenza għal dak li ġie mħabbar fil-Baġit 2025, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna qiegħda tibbenefika mill-miżura fejn persuni jkunu qed jieħdu ħsieb waħidhom, żewġ membri tal-familja b’dipendenza għolja jew medja, fejn permezz ta’ din il-miżura, dawn il-persuni qed jieħdu darba u nofs ir-rata tal-benefiċċju li għaliha jkunu intitolati (Allowance Miżjuda għal Carer jew Allowance għal Carer)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt:
Benefiċċjari - Settembru 2025
Benefiċċju
Numru ta’ Benefiċċjarji
Allowance għal Carers
7
Allowance Miżjuda għal Carers
36
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna preżentement għandha parkeġġ riservat (blue parking bay) skont id-data li għandha Transport Malta? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-parkeġġi huma personalizzati (bin-number plate jew bin-numru tar-reġistrazzjoni tal-blue badge) u kemm minn dawn mhumiex personalizzati? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont is-sess (irġiel, nisa, eċċ.) u skont l-età?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa hemm total ta’ 3,860 parkeġġ riservat għall-persuni li għandhom Blue Badge. Minnhom, 1,989 huma parkeġġi komuni, jiġifieri jistgħu jintużaw minn kwalunkwe persuna li għandha l-Blue Badge Card, filwaqt li 1,871 huma parkeġġi personaliżżati.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu l-ammont ta’ persuni li għandhom l-EU Disability Card preżentement u taqsam din l-informazzjoni skont is-sess? Tista’ tgħid ukoll x’inhi l-età ta’ dawn il-persuni?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li sa 23/10/2025 kien hemm 19,801 persuna li għandhom l-EU Disability Card imqassmin hekk kif indikat hawn taħt:
Etajiet
M
F
X
Totali
0–17
1,435
576
1
2,012
18–29
382
236
5
623
30–34
157
119
0
276
35–44
379
297
2
678
45–59
918
959
0
1,877
60–64
632
538
0
1,170
65–74
2,047
1,842
1
3,890
75+
4,043
5,229
3
9,275
Total
9,993
9,796
12
19,801
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu l-ammont ta’ blue badge holders preżentement u taqsam din l-informazzjoni skont is-sess? Tista’ tgħid ukoll x’inhi l-età ta’ dawn il-persuni?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li sa 23/10/2025 kien hemm 13,101 blue badge holder imqassmin hekk kif indikat hawn taħt:
Etajiet
M
F
X
Totali
0–17
789
311
0
1,100
18–29
277
157
1
435
30–34
108
95
0
203
35–44
311
229
1
541
45–59
711
719
0
1,430
60–64
518
417
0
935
65–74
1,636
1,311
0
2,947
75+
2,757
2,752
1
5,510
Total
7,107
5,991
3
13,101
San Pawl il-Baħar - Menqa - Parati biex jitniżżlu d-dgħajjes
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31471 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u jieħu l-passi neċessarji biex il-parati ta’ ħdejn il-Menqa f’San Pawl il-Baħar, jiġu rranġati biex ikunu jistgħu jintużaw aħjar minn dawk il-persuni li jtellgħu d-dgħajjes tas-sajd tagħhom minn dawk in-naħat?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29049, tista’ l-Ministru tgħid jekk Ambjent Malta tikkunsidrax il-possibbiltà li tikkollabora mal-Ambaxxata Amerikana sabiex il-monument ta’ Kennedy Grove jkun jista’ jingħata attenzjoni iktar diretta, inkluż f’kollaborazzjoni mal-istess Ambaxxata Amerikana?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għal skop ta’ titjib ambjentali, Ambjent Malta tkun lesta tikkallobara ma’ kull min ikun hemm bżonn. Sadanittant, nerġa’ nirreferiha għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 29049.
Tista’ l-Ministru tgħid liema xogħol ta’ restawr qed iseħħ preżentement fil-ġibjun tal-Miżieb (dak li jinsab qrib l-Imbordin)? Tista’ tgħid ukoll meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29048, tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol marbut mal-main tal-ilma fl-inħawi tal-Miżieb? Tista’ tgħid ukoll meta hu mistenni li jitlesta l-istess xogħol?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li x-xogħol li jinsab għaddej bħalissa fil-Miżieb huwa parti minn pjan biex tissaħħaħ il-provvista tal-ilma fil-Mellieħa. Dan il-proġett huwa mmirat li jitlesta fis-sajf li ġej.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28980, tista’ l-Ministru tgħid fiex waslet it-tender għax-xiri ta’ boroż organiċi, peress li issa r-residenti ilhom xhur sħaħ ma jirċievu dawn l-istess boroż mingħand il-kunsill lokali rispettivi? Tista’ tgħid ukoll meta hu mistenni li dawn il-boroż jibdew jitqassmu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-ebda offerta ma laħqet ir-rekwiżiti meħtieġa biex jiġi provdut prodott ta’ kwalità tajba, u minħabba f’hekk Wasteserv se tkun tista’ tkompli toffri dan is-servizz biss, meta l-proċess tax-xiri jwassal għal prodott ta’ kwalità.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28850 dwar l-ammont ta’ drenaġġ li jitwassal sal-impjant tad-drenaġġ fl-inħawi taċ-Ċumnija,
fil-Mellieħa, tista’ l-Ministru tgħid x’inhu l-ammont totali ta’ drenaġġ li twassal f’dawn l-inħawi mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena separatament? Tista’ tgħid ukoll kemm minn dan id-drenaġġ ġie msoffi u twassal bħala new water, matul l-istess perjodu u f’liema nħawi ntuża dan l-istess ilma tan-new water, u taqsam din l-informazzjoni lokalità b’lokalità?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma trattat id-drenaġġ kollu li wasal għandha u rnexxielha tipproduċi l-ammont kollu tan-New Water skont il-kapaċità tal-impjant. Dan l-ilma ntuża f’diversi nħawi fit-Tramuntana ta’ Malta. Kif diġà tħabbar pubblikament, il-Korporazzjoni se tkun qiegħda twettaq investiment biex tirdoppja l-kapaċità tal-impjant.
San Pawl il-Baħar – Triq il-Pwales – Main tal-ilma
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30107, dwar il-main tal-ilma fi Triq il-Pwales, f’San Pawl il-Baħar, tista’ l-Ministru tgħid meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq l-istess main, li skont l-istess tweġiba tali proġett jinsab fil-proġetti tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC)? Tista’ tgħid ukoll kemm hu mistenni li jdum għaddej ix-xogħol fuq dan il-proġett?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li x-xogħlijiet li huma ppjanati li jsiru fit-triq indikata huma parti minn proġett estensiv li se jestendi minn ħdejn ir-roundabout ta’ Selmun, fil-Mellieħa, sal-Ġnien Olimpiku fix-Xemxija. Il-proġett kollu huwa maħsub li jieħu madwar sentejn minn meta jibda.
Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva - Re-audit - Rapport - Evalwazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30984 u 31212 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28439, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-evalwazzjoni tar-rapport tar-re-audit dwar l-edukazzjoni inklużiva li ntalab lill-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva li skont it-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25666 kellu jitlesta ‘fix-xhur li ġejjin’, tlestiex? Jekk tlesta, jista’ jqiegħed kopja tal-istess rapport fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport sħiħ ikkumpilat mill-Agenzija Ewropea?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Bħalma tħabbar nhar is-17 ta’ Settembru 2025, il-Ministeru se jkun qed jibda proċess ta’ konsultazzjoni bikrija – Education That Empowers; Inclusion That Transforms - sabiex tiġi imfassla il-politika il-ġdida ta’ edukazzjoni inklussiva, li trid tkun lesta sal-bidu tas-sena 2027.
Dan il-proċess ta’ konsultazzjoni bikrija (pre-consultation) se jkun simili għall-mudell addottat meta ġiet imfassla l-Istrateġija Nazzjonali Għall-Edukazzjoni 2024-2030. F’dan l-eżerċizzju, il-Policy Monitoring & Evaluation Directorate (PMED) diġà għamel analiżi storika ta’ kif evolvit il-politika nazzjonali fuq l-edukazzjoni inklussiva matul is-snin. Fil-konsultazzjoni bikrija se jkunu qed jiġu ppreżentati l-analaiżi ta’ numru ta’ studji li saru f’dan l-aħħar xhur, fosthom ir-rapporti tal-European Agency, l-istudju li saru mil-PMED u riċerka li saret mal-istudenti mill-Research & School Internal Review Directorate.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li kienu jservu bħala pulizija fil-passat, reġgħu rritornaw għax-xogħol bħala pulizija jew fi gradi ogħla, matul l-aħħar ħames snin? Jista’ jgħid ukoll f’liema skali tas-servizz huma?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi matul is-snin 2021, 2022, 2023, 2024 u sal-15 ta’ Ottubru 2025, kien hemm erbgħin (40) ex-uffiċjal tal-korp tal-pulizija li reġgħu daħlu fl-istess rank. Dawn kienu żewġ Spetturi – tlett surġenti maġġuri – ħdax il-surġent u erba’ u għoxrin kuntistabbli, Barra minn dan fl-istess perjodu, kien hemm ukoll mija u tmienja u għoxrin (128) uffiċċjal li kienu telqu mill-korp u daħħlu fir-rank ta’ pulizija ta’ riserva.
San Pawl il-Baħar - Menqa - Parati biex jitniżżlu d-dgħajjes
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-parati ta’ ħdejn il-Menqa f’San Pawl il-Baħar, jiġu rranġati biex ikunu jistgħu jintużaw aħjar minn dawk il-persuni li jtellgħu d-dgħajjes tas-sajd tagħhom minn dawk in-naħat?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill Onorevoli interpellanta biex din il-mistoqsija tiġi riferuta
lill-Ministru ikkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ vjolenza domestika li seħħew fil-lokalità tan-Naxxar fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024 u 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi in-numru ta’ rapporti ta’ vjolenza domestika, rreġistrati mal-Pulizija, li seħħew fil-lokalità tan-Naxxar fis-snin 2021, 2022, 2023, 2024 u sat-30 ta’ Settembru 2025 maqsuma sena b’sena, kienu kif jidher fit-tabella hawn taħt.
In-Naxxar – Rapporti ta’ vjolenza domestika
2021
2022
2023
2024
2025*
39
54
58
57
42
*Sa 30/09/2025