Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jiġi implimentat il-programm ta’ twaħħil ta' CCTV cameras f’San Pawl il-Baħar, kif kien tħabbar mill-Ministru meta ppreżenta l-proġett ta’ San Ġiljan? Jista’ jgħid ukoll kemm, minn dak propost għal San Ġiljan, fil-fatt ġie implimentat minn meta tħabbar numru ta’ xhur ilu, u meta hu mistenni li jkun komplut?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li f’San Ġiljan u Paceville is-sistema qed taħdem. F’Buġibba beda x-xogħol ta’ installazzjoni. Hemm parti mill-installazzjoni li mbagħad trid issir la jitlesta l-proġett ta’ tisbiħ u titjib infrastrutturali li qed isir fil-pjazza ta’ Buġibba.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ permessi/awtorizzazzjonijiet qed jinħarġu mill-Ministeru jew minn xi entità li taqa’ taħtu, biex ikunu jistgħu jiġu kkontrollati l-qtajja’ ta’ ħamiem selvaġġ li hawn f’diversi lokalitajiet ta’ Malta? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ kontroll qed jiġi approvat mill-istess awtoritajiet ikkonċernati?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jistgħu jiġu awtorizzati derogi mid-dispożizzjonijiet ta’ L.S.549.42 fuq bażi tar-raġunijiet elenkati f’regolament 9 (1) tal-istess leġiżlazzjoni. Tali awtorizzazzjoni tista’ tingħata għal speċi partikolari u strettament taħt il-kundizzjonijiet u l-kontrolli stipulati fil-liċenzja maħruġa għall-istess skop mit-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi.
San Pawl il-Baħar, San Ġiljan, Tas-Sliema u l-Gżira – Applikazzjonijiet għal bini turistiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-bini ta’ lukandi, guest houses, aparthotels, u bini ieħor marbut mat-turiżmu preżentement f’San Pawl il-Baħar, San Ġiljan, Tas-Sliema u l-Gżira, maqsuma lokalità b’lokalità? Jista’ jgħid ukoll kemm hu maħsub li ser jiġu pprovduti kmamar permezz ta’ dawn l-applikazzjonijiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazjoni mitluba. Dawn jirreferu għall-applikazzjonijiet fejn fid-deskrizzjoni tal-proposta provduta mill-perit tal-każ hemm il-kliem:
Hotel;
Aparthotel; jew
Guest House.
San Pawl il-Baħar – Talbiet għal change of use ta’ garaxxijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ talbiet għal change of use li huma pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar? Jista’ jgħid ukoll taħt liema kategoriji differenti jinqasmu dawn it-talbiet ta’ change of use fl-istess inħawi?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa nhar it-18 ta’ Novembru 2025 kien hemm 26 applikazzjoni għal bdil fl-użu pendenti - quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar - fil-kunsill lokali ta’ San Pawl il-Baħar. Ma teżistix sistema ta’ kategorizzazjoni għal dawn it-tip ta’ talbiet.
Ix-Xemxija u San Pawl il-Baħar – Twaqqigħ u żvilupp ta’ bini
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm applikazzjonijiet għat-twaqqigħ ta’ proprjetà, u żvilupp mill-ġdid fl-inħawi tax-Xemxija u San Pawl il-Baħar? Kemm hu mitlub li jinbnew appartamenti, jew bini ieħor, f’dawn l-applikazzjonijiet? Jista’ jgħid ukoll x’inhu x-shortfall ta’ garages li jirriżultaw f’dawn l-iżviluppi, meta n-numru ta’ appartamenti jitqabbel man-numru ta’ garages/garage spaces proposti għall-istess inħawi?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa nhar it-18 ta’ Novembru 2025 kien hemm 38 applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar fil-kunsill lokali ta’ San Pawl il-Baħar (li jinkludi x-Xemxija, Buġibba u l-Qawra), li jinkludu t-twaqqiħ ta’ propjetà. L-informazzjoni mitluba, dwar numru ta’ appartamenti jew żvilupp ieħor, u bidla fil-proviżjoni ta’ parkeġġ ma tinżammx fis-sistema elettronika tal-Awtorità f’mod li tkun tista’ tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenefikaw minn sussidji fuq il-kera matul is-sena 2024 u sal-aħħar ta’ Settembru 2025, separatament għal kull sena, u kemm ġie mħallas komplessivament? Jista’ wkoll jaqsam din l-informazzjoni lokalità b’lokalità?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’investimenti saru fil-Pitkalija f’Malta matul l-aħħar ħdax-il sena, maqsuma sena b’sena, fiex kien jikkonsisti x-xogħol li sar u kemm sewa? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm ħaddiema kull sena u x’tip ta’ xogħol kienu qed jagħmlu u qed jagħmlu issa?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanta li għal dawn l-aħħar snin minn meta ġiet imwaqqfa l-Malta Food Agency, saru diversi titjib fosthom tiswijiet f’infrastruttura u l-facilitajiet eżistenti. Minħabba domanda għolja ta’ prodotti, inxtraw iktar kaxxi uffiċjali tal-Pitkalija. Saru wkoll investimenti mmirati lejn l-aġġornamenti tas-sistemi ta’ sorveljanza, kontrolli tal-aċċess u s-sigurta’ ġenerali tal-post. Ngħarraf ukoll li preżentament hemm jaħdmu 84 il-ħaddiem.
San Pawl il-Baħar - Manutenzjoni ta’ faċilitajiet għal-logħob tat-tfal
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29466 dwar manutenzjoni ta’ faċilitajiet għal-logħob tat-tfal fil-parti ta’ fuq tal-Park tas-Salina kif ukoll fil-parti t’isfel magħrufa aħjar bħala Kennedy Grove, tista’ l-Ministru tgħid meta hu ppjanat li se jibda u jispiċċa dan ix-xogħol?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 32059.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx pjan li jinbidel it-turf fiż-żona tas-Salina, f’San Pawl il-Baħar? Jekk iva, meta hu ppjanat li jsir dan ix-xogħol? Jekk le, tista’ l-Ministru taċċerta li ssir spezzjoni sabiex jiġi żgurat li ma hemmx postijiet fejn it-turf hemm bżonn li jinbidel?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġibiet li tajtha għall-mistoqsijiet parlamentari 26547 u 32059.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31819 dwar il-kwota tal-impjieg ta’ 2% fir-rigward ta’ persuni b’diżabilità, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija kienet konformi mal-kwota tal-impjieg fir-rigward ta’ persuni b’diżabilità sal-aħħar ta’ Ottubru ta’ din is-sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għal mistoqsija Parlamentari 27092 u 31819.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31819 dwar il-kwota tal-impjieg ta’ 2% fir-rigward ta’ persuni b’diżabilità, jista’ l-Ministru jgħid liema miżuri li jikkastigaw lil min ma jkunx konformi ma’ din il-liġi, iddaħħlu fil-Labour Migration Policy?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-Labour Migration policy u nitlob lill-Onorevoli membru tirreferi għal miżura numru 5.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32060 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27998, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien is-sehem finanzjarju li ħallas il-Gvern lill-Kumitat Olimpiku Malti għal-logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar 2023, peress li fit-tweġiba kont mitluba li nagħmel il-mistoqsija lill-Kumitat Olimpiku Malti? Jista’ jgħid ukoll jekk il-fondi li ngħataw kenux biżżejjed biex jiġu koperti l-ispejjeż kollha li kienu meħtieġa? Jekk le, liema fondi għad iridu jgħaddu għand dan il-Kumitat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31872 u jgħid liema huma dawk l-iskejjel f’livell primarju li għandhom multi-sensory room? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawk l-iskejjel f’livell primarju li ma għandhomx multi-sensory room?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31871 u jgħid liema huma dawk l-iskejjel f’livell sekondarju li għandhom multi-sensory room? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawk l-iskejjel f’livell sekondarju li ma għandhomx multi-sensory room?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Malta u Għawdex – Vetturi elettriċi u vetturi Hybrid reġistrati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ vetturi elettriċi li huma reġistrati f’Malta u Għawdex? Kemm hu n-numru ta’ vetturi hybrid li huma reġistrati f’Malta u Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kif inhuma maqsuma dawn l-istess vetturi, lokalità b’lokalità?
Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta - Servizz mogħti lill-persuni ta’ San Pawl il-Baħar
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29464, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni minn San Pawl il-Baħar li nqdew miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta matul din is-sena, maqsuma xahar b’xahar? Fid-dawl li llum San Pawl il-Baħar sar l-ikbar lokalità ta’ Malta, b’madwar 10% tal-popolazzjoni ta’ Malta, jista’ jgħid ukoll x’inhuma l-ħsibijiet tal-Gvern biex ir-residenti ta’ dawn l-inħawi jkunu jistgħu jiġu indirizzati?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma li l-Onor. Interpellant li bejn Jannar u Ottubru, kien hemm 21,873 żjara fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta minn pazjenti li uffiċjalment huma residenti f’San Pawl il-Baħar. Mhux eskluż li kien hemm pazjenti li marru aktar minn darba.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29463, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi dwar il-ftuħ tal-berġa tal-Gvern fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar? Jista’ jgħid ukoll kemm-il darba nħarġet is-sejħa għal din il-berġa, u x’kienu r-risposti għall-istess sejħiet?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li meta jkun hemm żviluppi dawn jitħabbru fil-ħin propizju.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27998, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien is-sehem finanzjarju li ħallas il-Gvern lill-Kumitat Olimpiku Malti għal-logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar 2023, peress li fit-tweġiba kont mitluba li nagħmel il-mistoqsija lill-Kumitat Olimpiku Malti? Jista’ jgħid ukoll jekk il-fondi li ngħataw kenux biżżejjed biex jiġu koperti l-ispejjeż kollha li kienu meħtieġa? Jekk le, liema fondi għad iridu jgħaddu għand dan il-Kumitat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.