Skejjel Sekondarji tal-Gvern - Assenteiżmu - L-ogħla rata
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-tliet lokalitajiet li fihom kien hemm l-ogħla rata ta’ assenteiżmu fl-iskejjel sekondarji tal-Gvern fis-sena skolastika li għaddiet (2024-2025) u kemm kienet ir-rata għal kull lokalità? Jista’ wkoll jagħti l-istess informazzjoni għas-sena skolastika ta’ qabel (2023-2024)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 30825.
Skejjel Sekondarji tal-Gvern - Assenteiżmu - L-inqas rata
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-tliet lokalitajiet li fihom kien hemm l-inqas rata ta’ assenteiżmu fl-iskejjel sekondarji tal-Gvern fis-sena skolastika li għaddiet (2024-2025) u kemm kienet ir-rata għal kull lokalità? Jista’ wkoll jagħti l-istess informazzjoni għas-sena skolastika ta’ qabel (2023-2024)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 30825.
Skejjel Primarji tal-Gvern - Assenteiżmu - L-ogħla rata
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-tliet lokalitajiet li fihom kien hemm l-ogħla rata ta’ assenteiżmu fl-iskejjel primarji tal-Gvern matul is-sena skolastika li għaddiet (2024-2025) u kemm kienet ir-rata għal kull lokalità? Jista’ wkoll jagħti l-istess informazzjoni għas-sena skolastika ta’ qabel (2023-2024)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 30825.
Skejjel Primarji tal-Gvern - Assenteiżmu - L-inqas rata
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-tliet lokalitajiet li fihom kien hemm l-inqas rata ta’ assenteiżmu fl-iskejjel primarji tal-Gvern matul is-sena skolastika li għaddiet (2024-2025) u kemm kienet ir-rata għal kull lokalità? Jista’ wkoll jagħti l-istess informazzjoni għas-sena skolastika ta’ qabel (2023-2024)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 30825.
Karozzi tal-linja - Persuni bi sfidi ta’ mobilità - Spezzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi spezzjonijiet isiru fuq il-karozzi tal-linja sabiex jiġi aċċertat li l-platform tal-istess karozzi tal-linja (li tintuża minn persuni li għandhom sfidi ta’ mobilità) tkun qiegħda taħdem? Jista’ jgħid ukoll x’inhi l-frekwenza ta’ dawn l-ispezzjonijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Public Transport Unit fi ħdan Transport Malta twettaq medja ta 1,644 spezzjoni fix-xahar. Bħala parti minn dawn l-ispezzjonijiet isiru spezzjonijiet fuq ir-rampi li jkunu qegħdin jaħdmu tajjeb, li il-“Priority Seats” li hemm fuq kull karrozza tal-linja huma f’kondizzjoni tajba u aċċessibbli, kif ukoll fuq l-ispazju provdut għas-siġġu tar-roti li iċ-ċintorin tas-sigurtà jiffunzjona kif suppost kif ukoll li is-sedili f’dan l-ispazju jitilgħu ’il fuq.
Junior College - Foyer - Persuni bi sfidi ta’ mobilità - Aċċessibbiltà
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-foyer tal-Junior College hijiex aċċessibbli għal min għandu sfidi ta’ mobilità?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li persuni bi sfidi ta' mobilità jistgħu jaċċessaw il-'foyer' tal-Kulleġġ mill-parkeġġ numru sitta, permezz ta' rampa li twassalhom għall-bieb wiesgħa biżżejjed biex jakkomoda siġġu tar-roti.
Kif wieħed jaċċessa l-kuritur li jagħti għall-'foyer', fit-tarf tal-istess kuritur hemm pjattaforma-lift vertikali għas-siġġu tar-roti li jista' jiġi operat minn kulħadd. Dan it-tip ta' tagħmir jista' jiġi użat ukoll minn persuni li għandhom problemi ta' mobilità varji u mhux biss min dawk li jagħmlu użu minn siġġu tar-roti.
Junior College - Persuni bi sfidi ta’ mobilità - Aċċessibbiltà
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Junior College hijiex aċċessibbli għal min għandu sfidi ta’ mobilità?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li persuni bi sfidi ta' mobilità jistgħu jaċċessaw il-Junior College:
· Mill-parkeġġ numru wieħed permezz ta' rampa li twassalhom għall-blokka A. Minn hawn, lift jaċċedi għal kull sular.
· Mill-istess parkeġġ, numru wieħed, permezz ta' rampa oħra li twassalhom għall-blokka D. Minn hawn, lift jaċċedi għal kull sular.
· Permezz ta' rampa u dħul quddiem il-'ground' li jwassluhom għall-blokka E u l-'canteen'.
· Permezz ta' rampa fil-Pjazza li twassalhom kemm għall-kappella kif ukoll għas-seating li hemm fil-Pjazza ta' wara.
· Permezz ta' rampa oħra viċin il-'volleyball court' li twassal għall-'basement' u d-Dipartiment tal-Arti Kreattiva u d-Disinn.
· Mill-parkeġġ numru erbgħa permezz ta' rampa li twassalhom għall-blokka Ċ. Minn hawn, lift jaċċedi għal kull sular.
· Mill-parkeġġ numru sitta, permezz ta' rampa li twassalhom għall-bieb wiesgħa biżżejjed biex jakkomoda siġġu tar-roti. Minn hawn, lift jaċċedi għal kull sular ta' blokka B.
· Mill-istess parkeġġ, numru sitta, permezz ta' rampa li twassalhom għall-bieb wiesgħa biżżejjed biex jakkomoda siġġu tar-roti. Kif wieħed jaċċessa l-kuritur li jagħti għall-'foyer', fit-tarf tal-istess kuritur hemm pjattaforma-lift vertikali għas-siġġu tar-roti li jista' jiġi operat minn kulħadd. Dan it-tip ta' tagħmir jista' jiġi użat ukoll minn persuni li għandhom problemi ta' mobilità varji u mhux biss dawk li jagħmlu użu minn siġġu tar-roti.
· L-'Isports Hall', il-'Fitness Hub' u t-'tennis courts' huma kollha aċċessibli permezz ta' rampi varji.
Binja fejn jingħataw is-servizzi tal-counselling - Lift ma jaħdimx
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena, kienx hemm ġranet meta l-lift fil-binja fejn jingħataw is-servizzi tal-counselling ma kienx qed jaħdem, tant li rriżulta li kien hemm min kellu jħassar is-sessjoni tiegħu minħabba f’hekk? Jekk iva, meta kienu dawn il-ġranet u x’azzjoni ttieħdet f’kull każ?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jaċċerta li jkun hemm aċċessibbiltà bejn il-binjiet tal-Inġinerija, ICT u Biomedical u l-faċilità prinċipali fl-Università ta’ Malta, mingħajr il-ħtieġa li persuna tgħaddi mir-ring road, hekk kif ir-ring road mhijiex mezz sigur ta’ aċċessibbiltà?
Response (GRIMA, CLIFTON)
L-Università ta’ Malta ilha snin taħdem b’mod sistematiku biex ittejjeb l-aċċessibbiltà tal-kampus tagħha u biex tassigura li studenti u membri tal-persunal b’diffikultajiet ta’ mobbiltà jew diżabilità jkunu jistgħu jiċċaqalqu b’mod sigur, komdu u dinjituż. Isir kull sforz biex ikunu proattivi sabiex l-aċċessibbiltà tiġi promossa mhux biss f’termini ta’ aċċess fiżiku għall-binjiet, iżda wkoll f’aċċess għall-kontenut u għall-materjal ta’ tagħlim u assessjar.
Infurmat li l-Università xtrat vettura aċċessibbli għall-użu esklussiv ta’ individwi li jużaw siġġu tar-roti u/jew li għandhom diffikultajiet fil-mobbiltà. Dan is-servizz ġie introdott biex jgħin fil-moviment bejn il-binjiet tal-Inġinerija, ICT u Biomedical u l-faċilità prinċipali tal-Università, mingħajr il-ħtieġa li tintuża r-ring road. Is-servizz huwa disponibbli fuq talba u huwa organizzat b’mod flessibbli biex jakkomoda skedi differenti u bżonnijiet individwali hekk kif dawn jinqalgħu. Minn rapporti li waslu għand l-Università s’issa, jindika li dan is-servizz mhux biss qed jaħdem tajjeb, iżda huwa wkoll reattiv u adattabbli għall-bżonnijiet reali ta’ kuljum tal-utenti tiegħu.
L-Università għandha uffiċċju ddedikat biex jappoġġa studenti b’diffikultajiet ta’ mobbiltà u diżabilità oħra u jaħdem mill-qrib ma’ studenti individwali, inklużi dawk b’nuqqas ta’ vista, sabiex jiġu mfassla arranġamenti personalizzati.
Infurmat ukoll li jsiru audits ta’ aċċessibbiltà fuq partijiet differenti tal-kampus u mir-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw isir it-tibdil meħtieġ. L-Università tirrispondi b’mod regolari għal każi individwali li jiġu rrappurtati lilha u, fejn ikun meħtieġ, jiġu implimentati soluzzjonijiet adatti għal kull sitwazzjoni. Il-binjiet u l-infrastruttura ġdida li qegħdin ikunu ppjanati isiru b’mod li jinħolqu spazji aktar inklużivi u aċċessibbli għal kulħadd.
Rigward l-aċċess bejn il-binjiet tal-ICT u ż-żona tal-quadrangle, qegħdin jiġu esplorati u mħejjija soluzzjonijiet infrastrutturali fit-tul biex tiġi żgurata mobbiltà aktar sigura, diretta u awtonoma bejn dawn iż-żoni, biex tonqos kemm jista’ jkun id-dipendenza fuq mezzi li mhumiex maħsuba primarjament għall-mixi bħal ring road.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32060 u 32194 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27998, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien is-sehem finanzjarju li ħallas il-Gvern lill-Kumitat Olimpiku Malti għal-logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar 2023, peress li fit-tweġiba kont mitluba li nagħmel il-mistoqsija lill-Kumitat Olimpiku Malti? Jista’ jgħid ukoll jekk il-fondi li ngħataw kenux biżżejjed biex jiġu koperti l-ispejjeż kollha li kienu meħtieġa? Jekk le, liema fondi għad iridu jgħaddu għand dan il-Kumitat?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31872 u 32170 u jgħid liema huma dawk l-iskejjel f’livell primarju li għandhom multi-sensory room? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawk l-iskejjel f’livell primarju li ma għandhomx multi-sensory room?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31871 u 32169 u jgħid liema huma dawk l-iskejjel f’livell sekondarju li għandhom multi-sensory room? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawk l-iskejjel f’livell sekondarju li ma għandhomx multi-sensory room?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Gvern investa f’Reach Units fejn f’livelli medji insibu 4 u f’dawk sekondarji nsibu 4 oħra. Dawn jinsabu fil-Kulleġġi ta’ Santa Margerita, San Injazju, Santa Tereża u San Tumas Moore.
Ninforma lill-Onor. Interpellanta wkoll li matul l-2026 mistenni li jinfetħu iżjed Reach Units fosthom fil-Kulleġġ San Benedittu u fil-Kulleġġ ta’ Maria Reġina.
Tfal b’diżabilità li ma jistgħux jagħmlu eżamijiet - Adapted papers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk tfal b’diżabilità li ma jistgħux jagħmlu eżamijiet bħal tfal oħra, humiex ser ikollhom adapted papers fl-aħħar tas-sena skolastika kif kien ikollhom fil-passat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-policies għall-adapted papers qatt ma tneħħew.
CCP - Studenti li jkollhom jibqhu d-dar fil-perjodu tal-eżamijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid l-istudenti tal-Core Curriculum Programme (CCP), humiex ser ikollhom jibqgħu d-dar waqt il-perjodu tal-eżamijiet, hekk kif ġara fis-snin l-imgħoddija?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li bħalissa għaddejin id-diskussjonijiet neċessarji.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna qiegħda tistenna li ssirilha l-operazzjoni tal-ftuq? Jista’ jgħid ukoll kemm hu preżentement il-ħin ta’ stennija biex persuna tagħmel l-operazzjoni tal-ftuq?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Ottubru tal-2025, saru total ta’ 1,080 operazzjoni tal-ftuq, li 77 minnhom kienu outsourced.
Għar-rgward tal-lista ta’ persuni li qed jistennew li jagħmlu l-operazzjoni tal-ftuq, ninsab infurmat li hawn 337 persuna li ilhom aktar mill-perjodu stipulat fiċ-Charter tal-Pazjent. Ikun hemm bosta raġunijiet għala dan il-perjodu jinqabeż, imma nassigura lill-Onor. Interpellant li f’każijiet urġenti, l-operazzjoni ssir fl-iqsar żmien possibbli.
Jista’ l-Ministru jgħid kif jopera s-servizz tas-Silver T separatament għal lokalitajiet tal-Mellieħa, l-Imġarr (Malta), San Pawl il-Baħar u n-Naxxar? Jista’ jgħid ukoll għal liema lokalitajiet qed jiġi offrut dan is-servizz?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li s-Silver T hu servizz ta’ trasport bla ħlas għal persuni ta ’l fuq, minn 60 sena li jopera madwar Malta u Għawdex mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn is-7:00 a.m. u 2:00 p.m. Is-servizz jintuża biex wieħed jasal għand il-klinika, il-bank, il-kunsill lokali, postijiet ta’ qima u lokalitajiet fir-reġjun.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid meta jitneħħew is-slielem tal-baħar wara x-xhur tas-sajf? Jista’ jgħid ukoll x’inhi l-possibilità li dawn is-slielem jitneħħew iktar tard fis-sena hekk kif numru ta’ persuni għadhom qegħdin jgħumu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru/i kkonċernat/i.
Tista’ l-Ministru tgħid meta jitneħħew is-slielem tal-baħar wara x-xhur tas-sajf? Tista’ tgħid ukoll x’inhi l-possibilità li dawn is-slielem jitneħħew iktar tard fis-sena hekk kif numru ta’ persuni għadhom qegħdin jgħumu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-slielem madwar il-kosta jinqalgħu wara x-xhur tas-sajf hekk kif ikun hemm l-ewwel sinjali ta’ maltemp jew irjieħat qawwija. Hemm numru ta’ slielem li jkunu mwaħħlin f'postijiet kennija li jitħallew hemmhekk anke matul ix-xhur tax-xitwa.
Wiehed irid japprezza li dawn is-slielem issirilhom ħsara irreparabbli jekk jitħallew imwaħħlin fil-maltemp.
Jista’ l-Ministru jgħid kif ser jiġi assigurat li l-ikbar lokalità li għandna f’Malta, San Pawl il-Baħar, bir-realtajiet soċjali differenti li għandha, ikollha żieda għal dak li jikkonċerna s-sigurtà mill-pulizija jew minn entitajiet oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat, illi bħal dejjem il-Pulizija tara illi f’Malta u Għawdex tinżamm rata ta' kriminalità baxxa. Dan hekk kof fl-aħħar snin mhux biss naqset ir-rata ta' kriminalità iżda baqgħet baxx. Dan isir ukoll fil-lokalitàta’ San Pawl il-Baħar, bħal lokalitajiet oħra madwar dawn il-gżejjer, permezz tal-Korp tal-Pulizija, il-Lesa, entitajiet oħrajn u kif ukoll il-kollaborazzjoni tal-pubbliku, jaqdu d-doveri kruċjali tagħhom f’kull ċirkostanza u f’kull ħin.
L-Onorevoli Membru tapprezza illi dan ir-rwol huwa rwol kontinwu, fejn il-Pulizija jagħmlu l-almu tagħhom biex jidentifikaw mezzi li jgħinu jkomplu jnaqqsu u jipprevjenu ir-reati, waqt li jkomplu jestendu l-għajnuna tagħhom lejn il-komunità.
Il-Pulizija tad-distrett flimkien mal-Pulizija tal-Komunità jinteraġixxu regolarment mill-viċin mal-komunità u jinkoraġġixxi lill-pubbliku biex jipparteċipa, jikkoopera u jikkontribwixxi biex jingħelbu u jiġu ndirizzati kwistjonijiet marbuta ma sikurezza. Dan barra d-diversi mezzi oħra bħal sorveljanza, monitoraġġ, kif ukoll rondi, inkluż dawk spissi minn uffiċjali b’vetturi tal-RIU, fost miżuri introdotti biex jiffaċilitaw li l-pubbliku jfittex assistenza kull meta meħtieġa.
Dan jinkludi s-sistema ta’ rappurtaġġ remot fejn persuna tista’ tagħmel rapport u taċċessa s-servizzi tal-Pulizija, minn daru, barra milli jista’ jikkomunika mal-uffiċjali tal-Pulizija tal-Komunita fl-istess lok, li għandhom mobile għal pubbliku li jista’ jċempel kif meħtieġ jew biex jgħaddu xi lment.
Ukoll preżentament qed issir l-installazzjoni ta' divers cameras kif provdut f'mistoqsijiet u risposti oħrajn.