Jista’ l-Ministru jgħid liema huma s-siti ta’ importanza storika li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ Heritage Malta fl-Imġarr, Malta? Kemm minn dawn is-siti huwa mistenni li jsirulhom interventi biex jiġi żgurat li ma jsofrux ħsarat fiż-żmien li ġej? Meta sar l-aħħar restawr jew intervent ta’ tip ieħor mill-Gvern f’kull wieħed mis-siti li jinsabu fl-Imġarr? Jista’ jgħid ukoll liema minn dawn is-siti huma aċċessibbli għall-pubbliku u kif wieħed jista’ jżurhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li s-siti li tamministra Heritage Malta fl-Imġarr huma Ta’ Ħaġrat u Skorba. Iż-żewg siti huma aċċessibbli għall-pubbliku kuljum minn Marzu sa Diċembru mid-9:00 sal-17:00 u mill-Erbgħa sat-Tnejn (magħluqin nhar ta’ Tlieta) mill-10:00 sas-18:00 f’Jannar u Frar. Biljetti jistghu jinxtraw online jew inkella minn dawn l-istabbilimenti fl-Imġarr: Il-Kunsill Lokali tal-Imġarr, L-Imġarr Farmers Bar, Il-Barri Restaurant, u, il-Gastronawt. Il-ħlas huwa ta’ €3.50 ghall-adulti, €3 ghal anzjani u student, u €2.50 ghat-tfal ghal kull sit, jew inkella €6 ghall-adulti, €5 ghall- anzjani u student u €4.50 ghat-tfal għal Ta’ Ħaġrat u Skorba f’daqqa. Studenti u anzjani li għandhom il-passaport ta’ Heritage Malta, kif ukoll membri ta’ Heritage Malta jidħlu fis-siti bla ħlas. Is- siti msemmija huma mantnuti regolarment mill-ħaddiema ta’ Heritage Malta.
Burmarrad – Kappella ta’ San Pawl Milqi – Xogħol ta’ restawr
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena hux mistennija li jsiru interventi ta’ restawr fuq il-Kappella ta’ San Pawl Milqi, Burmarrad, biex jiġi assigurat li din il-kappella ma jibqgħux isirulha ħsarat kawża tal-ilma li jista’ jkun dieħel fl-istess binja? Jista’ jgħid ukoll jekk hux mistenni li jkun hemm interventi ta’ natura iktar serja fuq l-istess kappella?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onorevoli interpellant li fl-2020 saret l-aħħar fażi tar-restawr tal-faċċati esterni tal-kappella. F’dan l-istadju l-kappella m’għandhiex bżonn ta’ interventi ulterjuri. Barra minn hekk, il-manutenzjoni meħtieġa qed titwettaq b’mod regolari mill-ħaddiema ta’ Heritage Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid xi skemi ta’ restawr ta’ postijiet storiċi huma mistennija joħorġu matul din is-sena? Jista’ jgħid jekk hux ser joħorġu wkoll skemi għal postijiet privati li għandhom importanza għall-wirt storiku ta’ pajjiżna?
Response (BONNICI, OWEN)
L-Iskema tar-Restawr għall-Kunsilli Lokali mistennija toħroġ fi Q2 2026. Din l-iskema ma tkoprix proprjetajiet privati, u d-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni ma joħroġ ebda skema ta' dan it-tip.
Jista’ l-Ministru jgħid x’talbiet pendenti għandha Transport Malta għal dak li jikkonċerna swimming zones fid-diversi lokalitajiet fejn hemm is-swimming zones? Jista’ jgħid ukoll f’liema lokalitajiet hemm talbiet biex jiġu stabbiliti swimming zones ġodda, jew biex jinbidlu l-konfini ta’ dawk li hemm diġà, kemm jekk dawn it-talbiet ġejjin mill-privat kif ukoll jekk ġejjin minn xi kunsill lokali?
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 26946 u 27225, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi dwar l-aċċessibilità għall-Tallinja App, biex din tkun iktar aċċessibbli għal persuni neqsin mid-dawl jew li għandhom il-kundizzjoni tad-Dyslexia?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul l-2025 il-website ġiet aġġornata sabiex tadotta l-qafas ta’ aċċessibbiltà POJO, li huwa l-istess standard użat fis-servizzi diġitali tal-Gvern, u b’hekk ġiet żgurata aċċessibbiltà mtejba għall-utenti kollha.
L-APP tappoġġja l-kompatibbiltà mas-settings tas-sistema relatati mat-tipografija tat-test u l-modalità skura, bil-għan li jittejbu l-proporzjonijiet tal-kuntrast u tiġi msaħħa l-aċċessibbiltà għal utenti b’diżabilità fil-vista, inklużi individwi bid-dislessija, permezz ta’ leġġibbiltà aħjar tat-test.
Matul l-2026 ser isir awditjar tal-aċċessibbiltà f’kollaborazzjoni mal-FITA. L-għan ta’ dan l-eżerċizzju huwa li jiġu mifhuma aħjar ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ aċċessibbiltà taċ-ċittadini lokali u li jiġi żgurat li s-servizzi diġitali jkomplu jevolvu skont l-istandards tad-disinn inklussiv.
Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva - Re-audit - Rapport - Evalwazzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28439 dwar l-evalwazzjoni tar-rapport tar-re-audit dwar l-edukazzjoni inklużiva li ntalab lill-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva, fejn intqal li “l-evalwazzjoni għadha għaddejja”, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi dwar l-istess rapport issa li għaddew tmien xhur oħra minn meta ngħatat it-tweġiba? Jekk iva, x’kienu dawn l-iżviluppi u liema partijiet mir-rapport fil-fatt iddaħħlu fis-seħħ minn meta tlesta? Jekk le, x’qed iżomm ir-rapport milli jiġi konkluż u kemm hi n-nefqa li tirriżulta biex jitwettaq dak li hu meħtieġ?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Il-Qawra - Triq il-Kurazza, Triq Għawdex u Triq it-Turisti - Art li tifforma l-bus terminus
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28349, jista’ l-Ministru jgħid liema mill-ispazju kollu li hemm bejn Triq Għawdex, Triq it-Turisti u Triq il-Kurazza hu tal-Gvern? Jista’ jgħid ukoll min qed jagħmel użu minn kull parti ta’ dan l-ispazju, inkluż jekk l-ispazju hux użat minn awtoritajiet pubbliċi jew minn individwi privati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li biex l- Awtorita’ tal-Artijiet tagħti informazzjoni preċiża ikun hemm il- ħtieġa li l-Onorevoli Interpellanta tippreżenta site plan ta’ l-area de quo.
Fondi miġbura mill-Awtorità tal-Ippjanar – Xogħlijiet li jistgħu jitwettqu mill-kunsilli lokali
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 27183 u 28347, jista’ l-Ministru jgħid jekk minn meta ngħataw dawn it-tweġibiet l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) biddlitx il-policies tagħha dwar liema xogħlijiet jistgħu jitwettqu mill-kunsilli lokali permezz tal-fondi li jinġabru mill-istess PA, u dan biex ikun jista’ jsir l-aħjar użu mill-istess fondi?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mid-dati taż-żewg PQs indikati, il-linji gwida dwar kwalifiki għall-fondi tal-Awtorita’ imsejħa “Locality Funding” ma nbidlux.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm kien in-numru ta’ lukandi u stabbilimenti oħra tal-ikel (restaurants, snack bars u oħrajn), inkluż dawk li qegħdin fil-lukandi, li huma reġistrati mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), skont il-kategoriji differenti tal-istess MTA, għal lokalità ta’ San Ġiljan? Jista’ wkoll jagħti tagħrif dwar kemm minn dawn l-istabbilimenti għandhom ftehim għal dak li jikkonċerna l-ġbir tal-iskart li jiġġeneraw?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ lukandi u stabbilimenti oħra tal-ikel fil-lokalita’ ta’ San Ġiljan huwa kif indikat hawn taħt. Ninformaha wkoll li jsiru spezzjonijiet sabiex jiġi assigurat li dawn l-istabbilimenti jkollhom ftehim validu ma’ kollettur tal-iskart reġistrat.
Lukandi: 33
Ristoranti: 59
Snack Bars: 65
Bars: 61
Kiosks: 2
Take-away: 12
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm kien in-numru ta’ lukandi u stabbilimenti oħra tal-ikel (restaurants, snack bars u oħrajn), inkluż dawk li qegħdin fil-lukandi, li huma reġistrati mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), skont il-kategoriji differenti tal-istess MTA, għal lokalità ta’ Tas-Sliema? Jista’ wkoll jagħti tagħrif dwar kemm minn dawn l-istabbilimenti għandhom ftehim għal dak li jikkonċerna l-ġbir tal-iskart li jiġġeneraw?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ lukandi u stabbilimenti oħra tal-ikel fil-lokalita’ ta’ Tas-Sliema huwa kif indikat hawn taħt. Ninformaha wkoll li jsiru spezzjonijiet sabiex jiġi assigurat li dawn l-istabbilimenti jkollhom ftehim validu ma’ kollettur tal-iskart reġistrat.
Lukandi: 23
Ristoranti: 46
Snack Bars: 94
Bars: 12
Kiosks: 2
Take-away: 15
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm kien in-numru ta’ lukandi u stabbilimenti oħra tal-ikel (restaurants, snack bars u oħrajn), inkluż dawk li qegħdin fil-lukandi, li huma reġistrati mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), skont il-kategoriji differenti tal-istess MTA, għal lokalità tal-Mellieħa? Jista’ wkoll jagħti tagħrif dwar kemm minn dawn l-istabbilimenti għandhom ftehim għal dak li jikkonċerna l-ġbir tal-iskart li jiġġeneraw?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ lukandi u stabbilimenti oħra tal-ikel fil-lokalita’ tal-Mellieħa huwa kif indikat hawn taħt. Ninformaha wkoll li jsiru spezzjonijiet sabiex jiġi assigurat li dawn l-istabbilimenti jkollhom ftehim validu ma’ kollettur tal-iskart reġistrat.
Lukandi: 11
Ristoranti: 49
Snack Bars: 21
Bars: 25
Kiosks: 12
Take-away: 2
San Pawl il-Baħar – Lukandi u stabbilimenti tal-ikel
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm kien in-numru ta’ lukandi u stabbilimenti oħra tal-ikel (restaurants, snack bars u oħrajn), inkluż dawk li qegħdin fil-lukandi, li huma reġistrati mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), skont il-kategoriji differenti tal-istess MTA, għal lokalità ta’ San Pawl il-Baħar? Jista’ wkoll jagħti tagħrif dwar kemm minn dawn l-istabbilimenti għandhom ftehim għal dak li jikkonċerna l-ġbir tal-iskart li jiġġeneraw?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ lukandi u stabbilimenti oħra tal-ikel fil-lokalita’ ta’ San Pawl il-Baħar huwa kif indikat hawn taħt. Ninformaha wkoll li jsiru spezzjonijiet sabiex jiġi assigurat li dawn l-istabbilimenti jkollhom ftehim validu ma’ kollettur tal-iskart reġistrat.
Lukandi: 38
Ristoranti: 144
Snack Bars: 103
Bars: 25
Kiosks: 11
Take-away: 13
Buġibba - Triq ix-Xitwa u Triq San Xmun/Rebbiegħa - Main tad-drenaġġ
Question
Tista’ l-Ministru tara li jittieħdu l-passi neċessarji biex il-parti tal-main tad-drenaġġ li qiegħed fuq il-front ta’ Buġibba, bejn Triq ix-Xitwa u Triq San Xmun/Rebbiegħa, tiġi rranġata qabel ma tinfetaħ il-pjazza ta’ Buġibba, peress li fil-linja tal-main tad-drenaġġ it-triq hi mniżżla bosta ċentimetri, u hi ta’ periklu għal min juża din it-triq?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-imsemmi mejn tad-drenaġġ li jinsab fuq in-naħa li tagħti għall-baħar huwa mpoġġi ħafna ’l isfel mil-livell tat-triq u li mhux qed jaffettwa l-livelli msemmija. Fuq in-naħa tal-oħra tat-triq fejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mbagħad għandha l-gravity network saret spezzjoni permezz ta’ CCTV qabel ma nbeda l-proġett ta’ Buġibba u ma rriżulta l-ebda effett fuq il-wiċċ tat-triq. Għaldaqstant, l-infrastruttura tal-Korporazzjoni mhi qed tikkawża l-ebda effett fuq il-wiċċ ta’ din it-triq.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm slielem twaħħlu tul il-kosta tan-Naxxar matul is-sena 2025 u liema huma s-siti li fihom tpoġġew dawn is-slielem?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li matul l-2025, id-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni ħadet ħsieb li twaħħal 10 slielem tul il-kosta tan-Naxxar. Żewġ slielem twaħħlu s-Salina, wieħed fl-inħawi tal-Magħtab u 7 f’Baħar iċ-Ċagħaq.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm slielem twaħħlu tul il-kosta tal-Imġarr, Malta matul is-sena 2025 u liema huma s-siti li fihom tpoġġew dawn is-slielem?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li matul l-2025, id-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni ħadet ħsieb li twaħħal 2 slielem tul il-kosta tal-Imġarr. Dawn twaħħlu fil-bajja tal-Ġnejna.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm slielem twaħħlu tul il-kosta tal-Mellieħa matul is-sena 2025 u liema huma s-siti li fihom tpoġġew dawn is-slielem?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li matul l-2025, id-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni ħadet ħsieb li twaħħal 30 sellum tul il-kosta tal-Mellieħa. Minn dawn is-slielem, 3 twaħħlu ċ-Ċirkewwa, 6 l-Armier, 18 l-Għadira u 3 fiż-żona ta’ Santa Maria Estate.
Skola Dun Manwel Attard Resource Centre - Studenti ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser ikun hemm intake ta’ studenti ġodda għas-sena skolastika 2026-2027 fl-Iskola Dun Manwel Attard Resource Centre, il-Wardija? Jekk iva, kemm hu n-numru ta’ studenti li ser ikunu qegħdin jidħlu għall-ewwel darba fil-bidu ta’ din is-sena skolastika? Jekk le, x’inhi r-raġuni għal dan?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33569 u jgħid kemm kien in-numru ta’ liċenzji tas-sewqan maħruġa minn Transport Malta matul l-2025? Kemm minn dawn il-liċenzji nħarġu lil persuni Maltin, u kemm lil persuni mhux Maltin? Minn liema pajjiżi huma l-persuni mhux Maltin li nħarġitilhom il-liċenzja tas-sewqan u x’inhu n-numru ta’ liċenzji maħruġa, maqsuma skont in-nazzjonalità? Jista’ jgħid ukoll jekk tinżammx statistika tal-etajiet ta’ dawk li tinħarġilhom il-liċenzja?
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet il-ġabra tal-borża s-sewda għal dak li jikkonċerna l-lokalitajiet tar-reġjun Tramuntana matul l-2024 u l-2025, maqsuma sena b’sena, xahar b’xahar, u lokalità b’lokalità? Tista’ tgħid ukoll jekk dan l-ammont jinkludix ukoll il-ġbir li jsir mid-Dipartiment tal-Cleansing jew le, jekk jinkludix il-ġbir li jsir mill-bosta bins li hemm fil-lokalitajiet, kif ukoll il-ġbir li jsir mill-kenniesa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra. Din tinkludi l-ammonti tal-borża sewda u skips miġburin mil-lokalitajiet tar-Reġjun tat-Tramuntana permezz tal-kollettur jew kolletturi reġjonali tal-iskart, u ma jinkludux il-ġbir li jsir mill-Kunsilli Lokali permezz tal-kenniesa jew permezz tad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni.