Skola Dun Manwel Attard Resource Centre - Studenti ġodda
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35459 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34643 dwar l-Iskola Dun Manwel Attard Resource Centre fil-Wardija, jista' l-Ministru jgħid kemm-il student ġdid hemm maħsub li jkun hemm f'din l-istess skola għas-sena skolastika 2026-2027? Jista’ jgħid ukoll kemm hu stmat li jkunu l-istudenti separatament għal kull sena għas-sena skolastika 2026-2027?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li m’għandix xi nżid ma dak li diġa weġibt fil-mistoqsijiet parlamentari li saru preċedentament, inkluż tweġibiet orali li tajt diġà fil-parlament.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35447 u jgħid kemm-il mażżra ġiet allokata f'San Pawl il-Baħar matul l-aħħar 12-il xahar u jaqsam din l-informazzjoni skont il-bajja li fiha ġew allokati dawn il-mażżri?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34698, fejn intqal li “kien hemm 11-il għaqda sportiva li ngħataw sapport min-naħa tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi.”, jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ sapport finanzjarju jew xogħol bla ħlas, sar minn dan id-dipartiment?
Jista’ jgħid ukoll:
lil liema klabbs ingħatat tali għajnuna matul l-2024 u l-2025, separatament għal kull sena;
f’liema postijiet qed isir xogħol tal-istess natura bħalissa;
fejn hu mistenni jinbeda xogħol ieħor tal-istess natura fil-futur qarib; u
kif jista’ klabb jew ċentru sportiv japplika biex jingħata tali għajnuna?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm, u liema huma l-proprjetajiet tal-Gvern fil-limiti ta’ San Pawl il-Baħar mgħoddija b’xi forma ta’ titlu lil għaqdiet volontarji, sportivi jew kulturali? Jista’ jagħti dan it-tagħrif għal kull proprjetà tal-Gvern li tinsab f’din il-lokalità?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta biex tindika b’site plan għal-liem proprjetà/ proprjetajiet qegħda tirreferi.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34697, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-proprjetajiet kollha tal-Gvern li jinsabu fil-limiti ta’ San Pawl il-Baħar, kemm jekk art agrikola, art mogħtija lil terzi persuni – kemm privati, pubbliċi, jew organizzazzjonijiet volontarji – kif ukoll għal dak li jikkonċerna artijiet jew bini li fil-fatt jinsabu fl-iskema tal-bini?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta tispeċifika għal liema art qed tirreferi fil-mistoqsija Parlamentari tagħha.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34696, fejn intqal li “tnax-il għaqda sportiva bbenefikat minn fondi tal-Unjoni Ewropea bil-għan li ttejjeb jew taġġorna l-faċilitajiet sportivi tagħha”, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm għaqdiet oħra li applikaw u li t-talba tagħhom ma ġietx milqugħa? Jekk kien hemm, jista’ jgħid liema kienu dawn l-għaqdiet u għaliex ma ntlaqgħux it-talbiet tagħhom? Jista’ jgħid ukoll jekk għaqdiet mhux sportivi jistgħux jibbenefikaw ukoll minn fondi tal-Unjoni Ewropea, u jekk iva, kif?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kull persuna jew għaqda tista’ tibbenefika minn skemi ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea, sakemm jiġu ssodisfati l-kriterji ta’ eliġibbiltà u l-għanijiet speċifiċi tal-programmi rispettivi.
Kull min ikun interessat jista’ jikkuntattja lil Servizzi Ewropej f’Malta sabiex jingħata l-assistenza meħtieġa dwar il-programmi disponibbli u l-eliġibbiltà tagħhom
.
Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva - Re-audit - Rapport - Evalwazzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 35311, dwar l-evalwazzjoni tar-rapport tar-re-audit dwar l-edukazzjoni inklussiva li ntalab lill-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva li kellu jitlesta ‘fix-xhur li ġejjin’, jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li l-evalwazzjoni titlesta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li m’għandix xi nżid ma dak li diġa weġibt f’diversi mistoqsijiet parlamentari.
Awtorità tad-Djar - Skemi ta’ aċċessibiltà – Talbiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35362 u ċjoè: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 29566, 29859 u 33138, jista’ l-Prim Ministru jgħid liema kienu l-għaqdiet kollha li bbenefikaw mill-iskema tal-Awtorità tad-Djar, għal għajnuna lill-għaqdiet volontarji, soċjali jew kulturali, biex dawn ikunu jistgħu jtejbu l-aċċess għal dawk li jużaw l-istess faċilitajiet? Jista’ jgħid ukoll kemm mit-talbiet li waslu għand l-awtorità fil-fatt intlaqgħu, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti, u f’kull każ jgħid fejn it-talbiet kienu milqugħa u kemm kien l-ammont ta’ flus li fil-fatt ingħataw?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat illi t-tweġiba hija l-istess bħal Mistoqsija Parlamentari numru 29566, b'żieda waħda ta' €100,000 lill-għaqda non-governattiva ta' ''National federation of past pupils and friends of Don Bosco" sabiex il-federazzjoni tinstalla u tagħmel xogħlijiet neċessarji fuq CCTV cameras u tagħmel xogħlijiet ta' ventilazzjoni fil-partijiet komuni tal-proprjetà.
Skola Dun Manwel Attard Resource Centre - Studenti ġodda
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34643 dwar l-Iskola Dun Manwel Attard Resource Centre fil-Wardija, jista' l-Ministru jgħid kemm-il student ġdid hemm maħsub li jkun hemm f'din l-istess skola għas-sena skolastika 2026-2027? Jista’ jgħid ukoll kemm hu stmat li jkunu l-istudenti separatament għal kull sena għas-sena skolastika 2026-2027?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ammissjonijiet involontarji fl-Isptar Mount Carmel matul is-sena 2025? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ ammissjonijiet volontarji fl-Isptar Mount Carmel matul is-sena 2025?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2025 kien hemm total ta’ 1,961 ammissjonijiet fl-Isptar Mount Carmel. Minn dawn, 681 kienu involontarji u 1,280 kienu volontarji.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ammissjonijiet involontarji fl-Isptar Mount Carmel matul is-sena 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ ammissjonijiet volontarji fl-Isptar Mount Carmel matul is-sena 2024?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirrferi lill-Onor. Interpellant biex jirrferi għat-tweġiba tal-PQ 29215.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ammissjonijiet involontarji fl-Isptar Mount Carmel matul is-sena 2023? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ ammissjonijiet volontarji fl-Isptar Mount Carmel matul is-sena 2023?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ammissjonijiet involontarji fl-Isptar Mount Carmel matul is-sena 2022? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ ammissjonijiet volontarji fl-Isptar Mount Carmel matul is-sena 2022?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fl-2022 kien hemm 698 ammissjoni involontarja u 1,580 ammissjoni volontarja.
In-Naxxar - Visti fid-djar minn tobba li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru visti fid-djar minn tobba li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa lir-residenti tan-Naxxar matul is-sena 2025? Jista’ jgħid ukoll minn liema ċentri tas-saħħa kienu dawn it-tobba?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2025 saru 213 vista fid-djar minn Tobba tal-Familja tad-Dipartiment tal-Kura Primarja lir-residenti tan-Naxxar. Il-maġġoranza ta’ dawn il-visit saru minn tobba li jaħdmu fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta.
L-Imġarr, Malta - Visti fid-djar minn tobba li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru visti fid-djar minn tobba li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa lir-residenti tal-Imġarr, Malta matul is-sena 2025? Jista’ jgħid ukoll minn liema ċentri tas-saħħa kienu dawn it-tobba?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2025 saru 34 vista fid-djar minn Tobba tal-Familja tad-Dipartiment tal-Kura Primarja lir-residenti tal-Imġarr. Il-maġġoranza ta’ dawn il-visit saru minn tobba li jaħdmu fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta.
Il-Mellieħa - Visti fid-djar minn tobba li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru visti fid-djar minn tobba li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa lir-residenti tal-Mellieħa matul is-sena 2025? Jista’ jgħid ukoll minn liema ċentri tas-saħħa kienu dawn it-tobba?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2025 saru 55 vista fid-djar minn Tobba tal-Familja tad-Dipartiment tal-Kura Primarja lir-residenti tal-Mellieħa. Il-maġġoranza ta’ dawn il-visit saru minn tobba li jaħdmu fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta.
San Pawl il-Baħar - Visti fid-djar minn tobba li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru visti fid-djar minn tobba li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa lir-residenti ta' San Pawl il-Baħar matul is-sena 2025? Jista’ jgħid ukoll minn liema ċentri tas-saħħa kienu dawn it-tobba?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2025 saru 212 vista fid-djar minn Tobba tal-Familja tad-Dipartiment tal-Kura Primarja lir-residenti ta' San Pawl il-Baħar. Il-maġġoranza ta’ dawn il-visit saru minn tobba li jaħdmu fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta.
L-Imġarr, il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar – Dispensers tan-New Water
Question
Tista' l-Ministru jgħid kemm ġew installati dispensers ta' new water fl-Imġarr, fil-Mellieħa u f’San Pawl il-Baħar? Kemm minn dawn id-dispensers jistgħu jintużaw, u kemm le? Fil-każijiet fejn għadhom ma jistgħux jintużaw, meta huwa mistenni li jkunu jistgħu jintużaw? Tista’ tgħid ukoll kemm bdiewa qed jinqdew minn dawn id-dispensers, u kemm huma mistennija li jkunu jistgħu jużaw l-istess dispensers, meta jkunu kollha lesti?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li fit-tliet lokalitajiet imsemmija hemm installati total ta’ 187 dispenser u li dawn huma kollha operattivi. Dawn jinsabu 88 fl-Imġarr, 84 fil-Mellieħa u 15 f’San Pawl il-Baħar. Infurmata wkoll li fiż-żona tat-Tramuntana hemm 626 bidwi li għandhom aċċess u jistgħu jagħmlu użu minn dawn id-dispensers.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30554 dwar jekk kienx hemm talbiet għal żieda/bdil ta’ swimming zones madwar Malta u Għawdex, jista' l-Ministru jgħid jekk it-tliet talbiet li fil-ġurnata li fiha ngħatat it-tweġiba kienu għadhom pendenti, ġewx deċiżi u jekk ġewx aċċettati? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm talbiet ġodda li ġew sottomessi minn meta ngħatat it-tweġiba u jekk iva, fejn ġew mitluba u kemm minnhom ġew aċċettati?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tliet talbiet li għalihom ingħatat tweġiba għadhom pendenti.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30555, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jew il-Korp tal-Pulizija, humiex qed jippruvaw jistabbilixxu sistema fejn permezz tagħha atti kontra persuni b'diżabilità jiġu rreġistrati b'mod differenti, milli fuq il-lista normali ta' tali rapporti, biex ikun iktar faċli jiġu identifikati atti kriminali kontra persuni b'diżabilità?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta fi tweġiba parlamentari 30555.