Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qawra – Skola Primarja – parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li l-parkeġġ taħt l-Iskola Primarja tal-Qawra jibda jintuża mill-pubbliku b’mod partikolari mir-residenti tal-inħawi? Fiex waslu d-diskussjonijiet dwar dan is suġġett, u ma’ min qed isiru?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma l-Onor. interpellanta li l-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport, flimkien mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada, qed jaħdem biex dan il-parkeġġ ikun jista' jinfetaħ għall-pubbliku filgħaxijiet u fi tmiem il-ġimgħa f'qasir żmien.

San Pawl il-Baħar – sistema tad-drenaġġ

Question

Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jiġi ffinalizzat il-proġett sħiħ għas-sistema tad-drenaġġ fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar (li tinkludi wkoll żoni bħal Buġibba, Qawra u x-Xemxija), u dan minħabba l-fawran ripetut u rwejjaħ li ta’ spiss qed ikun hemm?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mistennija li tlesti x-xogħlijiet neċessarji mgħatul ix-xhar ta’ Frar ta’ din is-sena.

Djar tal-anzjani – anzjani li huma pożittivi għall-COVID-19

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma dawk id-Djar tal-Anzjani li fihom hemm anzjan/i li bħalissa huma pożittivi għall-COVID-19? F’kull dar imsemmija kemm-il anzjan/a hemm?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar.