Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti informazzjoni dwar x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern sabiex ikun hemm Regional Health Hub fit-Tramuntana ta’ Malta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-progett tan-Northern Regional Health Hub wasal fi stadju avvanzat ta’ preparamenti, li jinkludi studju estensiv tal-karatteristiċi ġeoloġiċi tas-sit propost u t-tfassil tas-servizzi li ser jingħataw miċ-ċentru. Ninsabu f’kuntatt kontinwu ma’ bosta awtoritajiet ikkonċernati, inkluż l-Awtorità tal-Artijiet u l-Awtorità tal-ippjanar, fejn qed inħejju biex tiġi sottomessa l-applikazzjoni għall-iżvilupp.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 24313, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma dawk id-djar tal-anzjani li fihom hemm anzjan/i li bħalissa huma pożittivi għall-COVID-19? F’kull dar imsemmija kemm-il anzjan/a hemm? F’kull dar imsemmija kemm-il anzjan/a hemm li hu/hi pożittiv għall-COVID 19? Minn dawn il-persuni li nstabu pożittivi kemm il-persuna hemm li ħadet l-ewwel vaċċin? Minn dawn il-persuni li nstabu pożittivi kemm il-persuna hemm li ħadet l-ewwel u t-tieni vaċċin? Minn dawn il-persuni li nstabu pożittivi kemm-il persuna hemm li ħadet l-ewwel u t-tieni vaċċin kif ukoll il-booster?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24310 u jagħti tagħrif dwar x’passi qed jittieħdu biex Fort Campbell (Fortizza ta’ Campbell, Selmun, Mellieħa), ma tibqax titfarrak u titpoġġa għal xi użu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm zewg applikazzjionijiet kurrenti li qed jigu evalwati mill-Awtorita tal-Artijiet ghall-forti msemmija.
San Pawl il-Baħar – konsum tal-alkoħol f’postijiet pubbliċi — ċitazzjonijiet
Question
Jista’ jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24339 u jagħti informazzjoni dwar kemm-il ċitazzjoni nħarġet dwar ksur tal-bye-law K.L.B.L 55/05/2021, liema bye-law hi dwar il-konsum tal-alkoħol f'postijiet pubbliċi f’San Pawl il-Baħar, minn meta daħlet fis-seħħ din il-bye law sal-lum maqsuma xahar b'xahar? Minn dawn iċ-ċitazzjonijiet li nħarġu kemm minnhom irriżulta li l-persuna lil min inħarġet iċ-ċitazzjoni kienet ħatja, ma kenitx ħatja u kemm huma l-każijiet li għadhom pendenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tgħarif għadu qed jinġabar.
Naxxar – Skola Primarja – preżenza tal-Pulizija biex jikkontrollaw it-traffiku
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 24424, jista’ l-Ministru jinvestiga jekk nhar il-Erbgħa 2 ta’ Frar, 2022 u t-Tlieta 8 ta’ Frar, 2022 kienx hemm il-preżenza tal-pulizija jew uffiċjali biex jikkontrallaw it-traffiku fil-madwar tal-Iskola Primarja tan-Naxxar fil-ħinijiet tad-dħul u tal-ħruġ tat-tfal mill-iskola, hekk kif informata li f’dawn id-dati ma kienx hemm il-preżenza tal-pulizija jew uffiċjali fil-ħinijiet tal-ħruġ tat-tfal mill-iskola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. interpellanta li tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24425 u jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ bdiewa reġistrati bħala full-time u part-time, separatament għal kull lokalità li fiha hemm bdiewa reġistrati?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ bdiewa rreġistrati u d-dettalji mitluba huma kif jidhru fit-Tabelli segwenti. Ninfurmaha wkoll li ma tinżammx informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex full-time jew part-time. Tali informazzjoni għandha tintalab lill-Ministeru kkonċernat.
Tabelli 1a u 1b: Numru ta’ persuni u l-lokalità tagħhom hekk kif irreġistrati fir-Reġistru tal-Bdiewa sat-31 ta’ Jannar 2022: a) Malta, u b) Għawdex b’total ta’ 12,094 persuna rreġistrata.
Lokalità - Malta
Nru. ta’ Bdiewa
ATTARD
171
BALZAN
39
BIRGU
4
BIRKIRKARA
183
BIRZEBBUGIA
235
BORMLA
9
DINGLI
322
FGURA
90
FLORIANA
5
GHARGHUR
106
GHAXAQ
200
GUDJA
167
GZIRA
14
HAMRUN
33
IKLIN
41
ISLA
2
KALKARA
35
KIRKOP
95
LIJA
51
LUQA
180
MARSA
28
MARSASCALA
136
MARSAXLOKK
81
MDINA
11
MELLIEHA
573
MGARR
461
MOSTA
662
MQABBA
160
MSIDA
40
MTARFA
108
NAXXAR
356
PAOLA
45
PEMBROKE
17
PIETA
8
QORMI
274
QRENDI
201
RABAT (Malta)
828
SAFI
145
SAN GILJAN
47
SAN GWANN
119
SAN PAWL IL-BAHAR
361
SANTA LUCIJA
18
SANTA VENERA
42
SIGGIEWI
700
SLIEMA
65
SWIEQI
69
TA' XBIEX
5
TARXIEN
76
VALLETTA
19
XGHAJRA
28
ZABBAR
386
ZEBBUG (Malta)
587
ZEJTUN
377
ZURRIEQ
491
Total
9506
Lokalità - Għawdex
Nru. ta’ Bdiewa
FONTANA
37
GHAJNSIELEM
198
GHARB
137
GHASRI
72
KERCEM
211
MUNXAR
79
NADUR
330
QALA
123
RABAT (Victoria)
315
SAN LAWRENZ
73
SANNAT
158
XAGHRA
334
XEWKIJA
322
ZEBBUG (Għawdex)
199
Total
2588
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm-il każ ta’ cyber bullying ġew irrapportati, xahar b’xahar, matul l-aħħar tliet snin? F’kull każ, x’kienet l-età tal-allegat vittma/i u l-età tal-allegat akkużat/i?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-informazzjoni kif mitluba mill-Onorevoli Membru tinħtieġ eżerċizzju elaborat ta’ indaġini manwali biex tkopri tlett snin kif rikjest fil-mistoqsija, peress li fis-sistema elettronika tal-pulizija m’hemmx kategorija li toħroġ l-informazzjoni kif mitluba u ddetalji kif indikati. Infurmat ukoll li dan eżerċizzju li jikkonsma ħafna ħin prezzjuż li l-Korp tal-Pulizija jista’ juża aħjar għall-iskop tal-qadi tal-funzjonijiet tiegħu fil-ġlieda kontra l-kriminalita’ u għall-aħjar protezzjoni taċ-ċittadini, u għalhekk L-Onor Intepellanta għandha tikkunsidra l-importanza tal-ħtieġa li din informazzjoni tinġabar.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-parkeġġ taħt l-Iskola Primarja tal-Qawra hux se jkun miftuħ bi ħlas għal kull min jipparkja fih? Jekk iva, se jkun hemm xi skont għar-residenti? Minħabba li preżentement parti sostanzjali mill-parkeġġ qiegħda tkun vojta anke waqt il-ħinijiet tal-iskola, ġie kkonsidrat li din il-parti tintu¿a mir-residenti u dan meta wieħed jikkonsidra l-problema ta’ nuqqas ta’ parkeġġ fiż-żona?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Filwaqt li nirreferi l-Onor. interpellanta għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 24311, ninfurmaha li d-diskussjonijiet għadhom għaddejjin.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’jiġri minn dawk l-oġġetti ta’ ingombru li jinġabru mit-toroq jew postijiet oħra pubbliċi? F’każ li jkun hemm min hu interessat li jakkwista xi wieħed minn dawn l-oġġetti (bħal luzzu biex dan jiġi restawrat), x’għandu jagħmel?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li meta vetturi jew oġġetti jkunu klassifikati bhala derelict, dawn jiġu distrutti min Transport Malta. Filwaqt li dawk li ma jkunux meqjusa bhala derelict, jiġu rkantati.
Fiż-żewg każijiet, kemm derelict jew le, issir avviż fil-Gazzetta tal-Gvern.
Il-proċess huwa skond SL65.13 (Liġi ta Malta).
San Pawl il-Baħar – Tqassim ta’ boroż griżi u organiċi mill-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali
Question
Jista’ l-Ministru jara l-possibilità li t-tqassim ta’ boroż griżi u organiċi hekk kif provduti mill-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar jiġu provduti perjodikament minn żoni oħra fl-istess lokalità, bħax-Xemxija, Burmarrad, Qawra, Buġibba u żoni oħra u dan minħabba l-kobor tal-istess lokalità u l-fatt li mhux kulħadd hu possibbli għalih jiġbor l-istess boroż mill-uffiċċju tal-kunsill lokali? Jekk dan hu possibbli, x’inhu l-pjan biex ir-resident ikun moqdi u jiġi inċentivat iktar biex jissepara l-iskart tiegħu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minħabba nuqqas ta’ riżorsi umani fil-Kunsill Lokali mhux possibbli li dak mitlub jiġi attwat fil-preżent.
Qawra – Stallazzjoni ta’ bus shelter fejn l-Akwarju Nazzjonali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta mistenni li l-bus shelter fejn l-Akwarju Nazzjonali fil-Qawra, San Pawl il-Bahar, liema bus stop għandu l-isem Bells u qiegħed fuq l-istess naħa tal-istess akwarju, jiġi installat?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Mdina – Saqqajja – kamra li kienet tintuża minn uffiċjali tat-trasport pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni sabiex titneħħa kamra li qegħda fis-Saqqajja, l-Imdina u li kienet tintu¿a minn uffiċjali tat-trasport pubbliku u li issa m’għadhiex tintu¿a? Jekk m’hemm ebda ħsieb li din il-kamra titneħħa, hemm pjanijiet biex din titranġa minħabba l-istat ħa¿in li tinsab fiha?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Transport Malta ser tkun qedgħa twettaq spezzjoni fuq din il-kamra sabiex tiddetermina x’għandu jsir.
Tfal li ħadu t-tilqima kontra l-influwenza staġjonali
Question
Jista’ id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti informazzjoni dwar kemm s’issa kien hemm tfal bejn il-5 u l-11-il sena li ħadu t-tilqima kontra l-influwenza staġjonali? X’perċentwali jirrappreżenta dan in-numru meta mqabbel man-numru ta’ tfal ta’ dik l-età li għandna f’Malta u f’Għawdex li huma eliġibbli għal dan il-vaċċin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tilqima għal kontra l-influwenza hija awtorizzata għal tfal ta’ ‘l fuq mill-eta’ ta’ 6 xhur. Sal-aħħar tal-2021, 13,657 tifel u tifla ta’ bejn is-6 xhur u s-16 il-sena ħadu din l-imsemmija tilqima.
Proġetti ta’ restawr permezz ta’ skema maħruġa mid-Direttorat għall-Gvern Lokali, Strateġija u Implimentazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema proġetti ta' restawr saret applikazzjoni għalihom permezz tal-iskema maħruġa mid-Direttorat għall-Gvern Lokali, Strateġija u Implimentazzjoni u mil-liema Kunsill Lokali matul is-sena li għaddiet? Liema minn dawn il-proġetti ġew aċċettati? Liema minn dawn il-proġetti ma ġewx aċċettati u x’kienet ir-raġuni għal dan f’kull każ?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar xi żviluppi kien hemm dwar inċident li seħħ fil-Qawra f’Novembru 2021, fejn allegatament grupp ta’ żgħażagħ kienu armati bi skieken u tterrorizzaw lil diversi residenti fil-Qawra stess?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi dwar l-incident imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, saru l-indaġini meħtieġa, immedjatament wara li l-Pulizija tal-Qawra rċevew ir-rapport, biex ġie identifikat il-grupp ta’ żgħażagħ, kollha taħt l-erbgħatax -il sena u li fosthom kien hemm żagħżugħ li allegatament kellu mus f' idejħ waqt l-istess incident. Dawn ġew mitkellma mill-Pulizija fil-preżenza tal-ġenituri tagħhom. Infurmat illi l-Pulizija tad-Distrett u dawk tal-Komunità fl-istess lokalità, sussegwentament żiedu ir-rondi tagħhom fiż-żona rispettiva u żoni oħra fil-Qawra.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar jekk sarux rapporti fl-għases tal-pulizija ta’ inċidenti fejn gruppi ta’ żgħażagħ armati bi skieken itterrorizzaw lil residenti? Jekk iva, kemm saru u x’passi ħadet il-pulizija f’kull każ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi fil-perjodu ta’ bejn Jannar 2021 u l-aħħar ta’ Jannar 2022 ma sarux rapporti fl-għases tal-pulizija ta’ inċidenti fejn gruppi ta’ żgħażagħ armati bi skieken itterrorizzaw lil residenti, ħlief l-allegat kaz li ġara l-Qawra f’Novembru tas-sena l-oħra u li kien suġġett ta’ Mistoqsija Parlamentari oħra.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24423, jista’ id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti informazzjoni dwar kemm hu t-total ta’ tfal bejn il-ħames snin u l-11-il sena li huma eliġibbli għal dan il-vaċċin f’Malta u Għawdex?
Mid-19,997 doża li ngħataw, kemm minnhom huma Maltin u kemm huma barranin? Mis-6,881 doża li ngħataw, kemm minnhom huma Maltin u kemm huma barranin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-total ta’ tfal bejn il-5 u l-11 il-sena li huma eliġibbli għal dan il-vaċċin f’Malta u Għawdex huma 32,493. Ninfurmaha ukoll illi f’pajjiżna sas-7 ta’ Frar ta’ din is-sena, ngħataw 23,085 dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 lil tfal ta’ bejn l-5 u l-11 il-sena li minnhom 9,776 ħadu it-tieni doża.
Pulizija – każi ta’ bullying fuq tfal u adoloxxenti
Question
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm-il każ ta’ bullying ġew irrapportati fuq tfal u adoloxxenti li għandhom mhux iktar minn 18-il sena? F’kull każ x’kienet l-età tal-allegat vittma/i u f’liema lokalità seħħ kull każ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi in-numru ta’ każi ta’ bullying li ġew irrapportati lill-Pulizija bejn 1 ta’ Jannar 2021 u l-aħħar ta’ Jannar 2022, fuq tfal u adoloxxenti li għandhom mhux iktar minn 18-il sena kien ta’ tmintax (18) hu kif jidher fit-tabella annessa. L-Onorevoli Interpelant tapprezza illi dawn il-figuri nġabru manwalment peress li fis-sistema elettronika tal-Pulizija m’hemmx kategorija specifika li tiġbor kazi ta’ bullying’, li jistgħu jkunu taħt forom diversi skond artikli oħra tal-Kodici Kriminali.
Distrett
Data ta’ l-incident
Eta’ tal-vittma
Lokalita fejn seħħ l-incident
1
-
-
-
2
27/02/2021
28/10/2021
11/11/2021
26/01/2022
26/01/2022
14
13
13
15
17
Hamrun
Hamrun
Hamrun
Sta Venera
Sta Venera
3
-
-
-
4
-
-
-
5
13/10/2021
17
Safi
6
-
-
-
7
-
-
-
8
-
-
-
9
18/12/2021
19/12/2021
12
14
Naxxar
Birkirkara
10
16/12/2021
04/03/2021
13
14
Dingli
Mgarr
11
09/03/2021
11/03/2021
03/06/2021
28/09/2021
17/01/2022
15
15
15
12
13
San Pawl il- Bahar
San Pawl il- Bahar
San Pawl il- Bahar
San Pawl il- Bahar
San Pawl il- Bahar
12
19/11/2021
29/11/2021
19/01/2022
13
15
15
Rabat, Gozo
Rabat, Gozo
Rabat, Gozo
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24308 fejn ingħad li qegħdin isiru t-tħejjijiet meħtieġa sabiex il-Lukanda ta’ Selmun tiġi kkummerċjalizzata, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni għal liema użu hemm ħsieb li tintuża din il-binja?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għadu qieghed jiġi studjat l-użu permissibbli li għalih il-binja ta’ Selmun ser tkun tista’ tintuża.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar liema huma l-lokalitajiet li fihom beda jopera uffiċjalment il-Community Policing? X’inhuma l-iktar problemi u sfidi li qegħdin jiltaqgħu magħhom il-community police f’kull waħda minn dawn il-lokalitajiet? Liema huma dawk il-lokalitajiet li fihom hemm ħsieb li jibda jopera uffiċjalment il-community police matul din is-sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-lokalitajiet li fihom diġa joperaw il-Pulizija tal-Komunità huma disa’ u għoxrin (29) u jikkonsistu fil-Belt Valletta - Furjana – Rabat – Mtarfa - Dingli - Mdina – Marsaxlokk – Birzebbuġa - Swieqi - Pembroke – Mellieħa - Fgura - Tarxien – Birgu – Bormla - Isla -Kalkara - Hamrun - St. Venera - Marsa – Għawdex - San Pawl il-Baħar – Attard - Lija - Balzan - Iklin –Raħal Gdid - Santa Lucija u San Giljan. Kif ġara sa issa b'mod gradwali, tul din is-sena se jkun qed jiżdiedu numru ta' lokalitajiet oħra.
Infurmat ukoll li ma jistax jingħad li hemm xi problemi speċifiċi f’xi waħda mil-lokalitajiet. Ġaladarba l-Kunsilli Lokali u entitajiet oħra f’kull lokalità jifhmu l-operat tal-kunċett, l-isfidi li jiltaqgħu magħhom l-uffiċjali kkoncernati waqt xogħolhom jigi mitigat bi sħab mal-komunità inġenerali, u jwassal li flimkien jindirizzaw il-problemi li jiġu dentifikati u risolti.