Legislature:
Category:
Reset
Active:

Blue badge – Kriterji

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-kriterji li jiġu kkunsidrati meta jiġu evalwati l-applikazzjonijiet għall-blue badge u għall-personalised blue badge?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-kriterji tal-eliġibbiltà tal-Blue Badge huma regolati mill-Artiklu 13 tal-Att 560 ta’ 2017 – Att biex jipprovdi għal Konċessjonijiet ta’ Parkeġġjar għall-Persuni b’Diżabilità. L-evalwazzjoni ssir skont il-lista ta’ kriterji ta’ eliġibbiltà tal-Att imsemmi. Kull Blue Badge tinħareġ personalizzata fuq id-detentur, inkluż bl-isem u l-kunjom, ritratt, u firma.

L-Imġarr, Malta - WSC - Mains tad-drenaġġ - Xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema xogħlijiet fuq il-mains tad-drenaġġ fl-Imġarr, Malta huma mistennija li jitwettqu mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC), matul il-ħames snin li ġejjin? Tista’ tgħid ukoll f'liema toroq huwa mistenni li jsir dan ix-xogħol?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja bi pjan nazzjonali ta’ investiment li jammonta għal €310 miljun mifrux fuq għaxar snin, li matulhom se tkun qed twettaq diversi proġetti relatati mal-infrastruttura tal-ilma u drenaġġ. Fil-lokalità tal-Imġarr (Malta), għal dak li jirrigwarda mains tad-drenaġġ, bħalissa qegħdin isiru jew se jinbdew xogħlijiet sa tmiem din is-sena fi Triq San Pawl, Triq San Filippu u fi  Triq Sir Temi Zammit.

Il-Mellieħa - WSC - Mains tad-drenaġġ - Xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema xogħlijiet fuq il-mains tad-drenaġġ fil-Mellieħa huma mistennija li jitwettqu mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC), matul il-ħames snin li ġejjin? Tista’ tgħid ukoll f'liema toroq hu mistenni li jsir dan ix-xogħol?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja bi pjan nazzjonali ta’ investiment li jammonta għal €310 miljun mifrux fuq għaxar snin, li matulhom se tkun qed twettaq diversi proġetti relatati mal-infrastruttura tal-ilma u drenaġġ. Fil-lokalità tal-Mellieħa, għal dak li jirrigwarda mains tad-drenaġġ, bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fit-Taraġ fi Triq il-Madonna tal-Għar.

San Pawl il-Baħar - WSC - Mains tad-drenaġġ - Xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema xogħlijiet fuq il-mains tad-drenaġġ f'San Pawl il-Baħar huma mistennija li jitwettqu mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC), matul il-ħames snin li ġejjin? Tista’ tgħid ukoll f'liema toroq hu mistenni li jsir dan ix-xogħol?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja bi pjan nazzjonali ta’ investiment li jammonta għal €310 miljun mifrux fuq għaxar snin, li matulhom se tkun qed twettaq diversi proġetti relatati mal-infrastruttura tal-ilma u drenaġġ. Fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar, għal dak li jirrigwarda mains tad-drenaġġ, bħalissa qegħdin isiru jew se jinbdew xogħlijiet sa tmiem din is-sena  fi Triq il-Mosta, Triq il-Kaħli, Triq Jean de la Cassiere, Triq San Pawl, Triq Santa Marija, Triq il-Girna (Bidnija), Triq Cassarino u parti minn Triq it-Turisti.

L-Imġarr, Malta - WSC - Mains tal-ilma - Xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema xogħlijiet huma mistennija li jitwettqu mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) fir-rigward ta’ mains ġodda tal-ilma jew mains mibdula minn dawk eżistenti fl-Imġarr, Malta, matul il-ħames snin li ġejjin?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja bi pjan nazzjonali ta’ investiment li jammonta għal €310 miljun mifrux fuq għaxar snin, li matulhom se tkun qed twettaq diversi proġetti relatati mal-infrastruttura tal-ilma u drenaġġ. Fil-lokalità tal-Imġarr (Malta), għal dak li jirrigwarda mains tal-ilma, bħalissa qegħdin isiru jew se jinbdew xogħlijiet sa tmiem din is-sena  fi Triq San Martin, Triq Sir Temi Zammit, Triq il-Mosta, Triq San Filippu, Triq San Pawl, Triq iċ-Ċagħaq, Triq Sqaq Zupa u Triq San Franġisk.

Il-Mellieħa - WSC - Mains tal-ilma - Xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema xogħlijiet huma mistennija li jitwettqu mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) fir-rigward ta’ mains ġodda tal-ilma jew mains mibdula minn dawk eżistenti fil-Mellieħa, matul il-ħames snin li ġejjin?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja bi pjan nazzjonali ta’ investiment li jammonta għal €310 miljun mifrux fuq għaxar snin, li matulhom se tkun qed twettaq diversi proġetti relatati mal-infrastruttura tal-ilma u drenaġġ. Fil-lokalità tal-Mellieħa, għal dak li jirrigwarda mains tal-ilma, bħalissa qegħdin isiru jew se jinbdew xogħlijiet sa tmiem din is-sena  fi Triq Ġorġ Borg Olivier, Triq il-Kbira, Triq il-Miżieb, Triq il-Mitħna l-Qadima, Triq l-Għargħar, Triq il-Lellux u Triq il-Fortizza.

San Pawl il-Baħar - WSC - Mains tal-ilma - Xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema xogħlijiet huma mistennija li jitwettqu mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) fir-rigward ta’ mains ġodda tal-ilma jew mains mibdula minn dawk eżistenti f'San Pawl il-Baħar, matul il-ħames snin li ġejjin?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja bi pjan nazzjonali ta’ investiment li jammonta għal €310 miljun mifrux fuq għaxar snin, li matulhom se tkun qed twettaq diversi proġetti relatati mal-infrastruttura tal-ilma u drenaġġ. Fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar, għal dak li jirrigwarda mains tal-ilma, bħalissa qegħdin isiru jew se jinbdew xogħlijiet sa tmiem din is-sena  fi Triq Cassarino, Triq it-Turisti, Triq tal-Qarbuni, Triq Erba’ Mwieżeb, Triq San Pawl bypass, Triq San Ġorġ, Triq il-Katidral u Triq San Pawl.

Sptar Ġenerali t’Għawdex - Impjegati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex f’April, f’Mejju u f’Ġunju 2026, separatament għal kull xahar?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Skrappjar ta’ vetturi elettriċi (EVs) - Spiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża għall-iskrappjar ta’ vetturi elettriċi (EVs)?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-prezzijiet sabiex vettura tiġi dismantellata f’faċilità tal-iskrappjar mhumiex regolati b’liġi. Għaldaqstant, il-faċilitajiet tal-iskrappjar huma liberi li jistabbilixxu l-prezzijiet tagħhom fir-rigward tad-dismantling ta’ vetturi, inkluż vetturi li jaħdmu bl-elettriku.

Skrappjar ta’ vetturi elettriċi (EVs) - Faċilitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il faċilità hawn għall-iskrappjar ta’ vetturi elettriċi (EVs)?  Jista’ jgħid ukoll fejn tinsab kull waħda minn dawn il-faċilitajiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Skemi tal-First Time Buyers u tas-Second Time Buyers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-iskemi tal-First-Time Buyers u tas-Second-Time Buyers japplikawx għal min ikun wiret xi proprjetà jew sehem minn proprjetà; jew inkella jkun ingħata proprjetà jew sehem minn proprjetà permezz ta’ donazzjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskema tal-First Time Buyers, fejn applikant huwa eliġibbli għall-għotja ta’ € 10,000 f’medda ta’ 10 snin, tippermetti li persuna li wirtet jew ingħatat permezz ta’ donazzjoni, art/airspace u li din tiġi mibnija permess ta’ self mill-bank, tikkwalifika taħt din l-iskema.  F’każ ta’ meta applikanti jirtu jew jingħataw b’donazzjoni proprjetà, jistgħu jibbenefikaw biss jew isir xi xogħol permezz ta’ self mill-bank.

Knejjes u kappelli – Restawr – Għajnuna finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema knejjes u kappelli qed isir restawr fuqhom permezz ta’ għajnuna finanzjarja minn dipartimenti jew awtoritajiet tal-Gvern? Jista’ jgħid ukoll b’liema skemi qed isir dan ir-restawr?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

It-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra

Buġibba - Bajja ta’ wara l-breakwater

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol sar fil-bajja ta’ Buġibba (wara l-breakwater), matul din is-sena? Jista’ jgħid ukoll jekk hux ser jonqsu jew jiżdiedu l-faċilitajiet ta’ rbit ta’ dgħajjes f’din il-parti ta’ Buġibba? Jekk ser jonqsu, kemm ser ikun it-tnaqqis u jekk ser jiżdiedu, kemm ser jiżdiedu l-faċilitajiet u kif se jiġu allokati?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul l-2026 l-Awtorità wettqet proġett ta’ riorganizzazzjoni tal-arranġamenti ta’ rbit fil-bajja ta’ Buġibba, fiż-żona ta’ wara l-breakwater. Dan il-proġett sar bil-għan li jiġu stabbiliti l-fairways meħtieġa għall-operat sigur tal-fast ferry, filwaqt li jiġi ottimizzat l-użu tal-ispazju marittimu disponibbli f’din iż-żona. Matul il-proċess ta’ ppjanar u implimentazzjoni, l-Awtorità tat prijorità sabiex il-persuni li diġà kellhom permess ta’ rbit u li ġew affettwati mill-ħolqien tal-fairways ma jitilfux il-faċilità ta’ rbit tagħhom. Għal dan il-għan, sar kull sforz sabiex il-postijiet affettwati jiġu rilokati jew jiġu indirizzati permezz ta’ arranġamenti alternattivi, fejn dan kien fattibbli u kompatibbli mar-rekwiżiti ta’ sigurtà u navigazzjoni.

Sptarijiet tal-Gvern - Impjegati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni impjegati fl-isptarijiet differenti tal-Gvern, u jaqsam din l-informazzjoni skont il-kategoriji ta’ impjiegi stabbiliti għas-servizzi varji li huma meħtieġa f’kull livell? F’kull kategorija ta’ impjieg, jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-ħaddiema huma Maltin u kemm huma ta’ nazzjonalità mhux Maltija?

Response (BORG, IAN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ulied b’surrogacy

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa n-numru ta’ familji li kellhom ulied b’surrogacy, bejn l-2022 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tali statistika ma tinzammx, peress li s-surrogacy hija llegali hawn Malta.

Ulied b’surrogacy

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ familji li kellhom ulied b’surrogacy, bejn l-2022 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Nitlob lill-Onor Interpellanta biex tirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lil Ministru konċernat.

Gżejjer ta’ San Pawl - Statwa ta’ San Pawl - Floodlight

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-istatwa ta’ San Pawl fuq il-Gżejjer ta’ San Pawl, terġa’ tiġi ‘floodlit’ bħalma kienet għal diversi snin fil-passat?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Kunsilli Lokali - Proprjetajiet tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il proprjetà tal-Gvern għaddiet b’kirja jew ċens lill-kunsilli lokali, bejn l-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll liema kunsilli ngħataw dawn il-proprjetajiet mill-Awtorità tal-Artijiet, u f’kull każ jgħid liema proprjetà u lil liema kunsill?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

In-Naxxar – Ċitazzjonijiet – Dħul

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35848 u jgħid kemm kien id-dħul miċ-ċitazzjonijiet għall-kontravenzjonijiet tat-traffiku li nħarġu mill-uffiċjali tal-LESA u tal-Pulizija fin-Naxxar bejn l-2022 u l-2025, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni ser tkun provduta f'seduta oħra.