Il-Belt Valletta – Pjazza Tritoni – Tactile walkway
Question
Jista’ l-Ministru u s-Segretarju Parlamentari jaraw li t-tactile walkway fi Pjazza Tritoni, il-Belt Valletta, li hu maħsub biex jintuża minn persuni neqsin mid-dawl, jibqa’ dejjem mingħajr l-ebda tip ta’ ingombru waqt kull attività organizzata jew awtorizzata minnhom jew minn xi entità li taqa’ taħthom? Kemm-il rapport irċevew matul l-aħħar sena dwar ingombru fl-istess żona waqt xi attività organizzata jew awtorizzata minnhom jew minn xi entità li taqa’ taħthom?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta sabiex tirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1086, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti tagħrif dwar jekk il-Gvern għandux pjan li l-Continuous Glucose Monitors u s-servizz relatat jingħata lill-persuni oħra barra lill-pazjenti bid-dijabete Tip 1 sal-età ta' 21 sena? Jekk iva, jista' jagħti dettalji dwar dan il-pjan?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pjan tal-Gvern hu li l-pazjenti kollha bit-Type 1 diabetes jingħataw is-servizz tal-continuous glucose monitors. Dan jiġi estiż billi jiżdiedu l-etajiet li bihom ikun hemm intitolament għal dan is-servizz b’mod gradwali.
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar liema skemi maħruġa mill-Ministeru tagħha huma miftuħa sabiex jgħinu lill-għaqdiet volontarj? Meta nfetħu u meta jagħlqu? Tista’ tagħti tagħrif dwar xi skemi hemm il-ħsieb li jinħarġu mill-Ministeru matul is-sena li ġejja sabiex jgħinu lill-għaqdiet volontarji? Tista’ tagħti tagħrif dwar kif qegħdin jiġu infurmati l-għaqdiet volontarji dwar id-diversi skemi li jinħarġu mill-Ministeru?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskemi maħruġa huma dawn:
Entità
Isem tal-fond
Data tal-ftuħ
Data tal-għeluq
Marketing
Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur
FREEDOM TO LIVE – COMMUNITY GRANTS SCHEME 2021
01/10/2021
01/11/2021
Il-fondi kollha huma aċċessibbli fuq il-Portal tal-Fondi tal-MCVS VO (www.vofunding.org.mt), notifikati permezz tal-app Mobile VO Funding Malta, posta tal-massa mxerrda fost is-settur u l-paġna tal-FB tal-MCVS.
Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat
Youth Volunteer Scheme
10/01/2022
30/12/2022
Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat
NGO Co-Financing
11/01/2022
11/02/2022
Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat
Training Initiative Scheme
14/02/2022
25/03/2022
Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur
QUALITY OF LIFE – SMALL GRANTS SCHEME 2022
16/02/2022
07/03/2022
Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat
Small Initiatives Support Scheme
27/05/2022
08/07/2022
Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur
Skema - Soċjetajiet Mużikali Aktar Inklussivi
14/06/2022
29/07/2022
Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat
Civil Society Fund
Jul-22
Sep-22
Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat
Voluntary Organisation Project Scheme
Oct-22
Nov-22
Il-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar — binjiet tal-Gvern li bdew jinbnew imma għadhom ma tlestewx
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm binjiet tal-Gvern li qegħdin jinbnew bħalissa jew li bdew jinbnew u għadhom ma tlestewx fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar sabiex dawn jintużaw bħala postijiet ta’ residenza? Jista’ jagħti tagħrif dwar fejn qiegħda kull binja u meta hi mistennija li din titlesta u tibda tintuża? Jista’ jaċċerta li kull binja minn dawn hi aċċessibbli għal persuni b’diżabilità?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi preżentament għaddejjin il-preparamenti neċessarji fuq binja ġdida fil-lokalità tal-Mellieħa. L-Awtorità tad-Djar bħalissa mhux tibni binjiet fil-lokalitajiet tan-Naxxar u San Pawl il-Baħar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1416 u jagħti tagħrif dwar liema huma l-bajjiet li huma kklassifikati bħala swimmer designated zones għas-sajf 2022? Meta hu mistenni li jkunu mmarkati fil-baħar dawn l-istess żoni?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ ‘Swimmer Designated Zones’ qed tiġi mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra. Infurmat li dawn ġew kollha installati.
San Pawl il-Baħar – tisħiħ fis-sistema tad-drenaġġ
Question
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar xi pjanijiet hemm imfassla biex is-sistema tad-drenaġġ tissaħħaħ biex tkun tista' tlaħħaq mal-ħtiġijiet tal-lokalità ta' San Pawl il-Baħar kollu, mill-Qawra u Buġibba sax-Xemxija, għaż-żmien li ġej?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħala parti mill-Business Plan tal-Korporazzjoni mħabbar fis-sena 2020, din iż-żona ngħatat priorita minħabba ż-żieda fid-domanda reġistrata fl-aħħar 15 il-sena. Beda l-ivettjar intern ta’ proġett ta’ mina tad-drenaġġ b’tul ta’ 2 kilometri.
Dan ix-xogħol ser jadotta metodoloġija ‘trenchless’ biex b’hekk jitnaqqas l-inkonvenjent lir-residenti u t-traffiku fl-akwati. Erba' ‘pumping stations’ ser ikunu qed jitfgħu direttatment ġo din il-mina u għaldaqstant ma’ dan il-proġett ser jinbidlu ukoll numru ta’ ’rising mains’ biex b’hekk ikollna sistema iktar effiċjenti u sostenibli. Wara li din is-sistema tibda topera, ser isir rinovar tal-mejnijiet antiki fi Triq San Pawl permezz ta’ ‘lining’ intern tas-sistema eżistenti. Din l-istess teknoloġija ser tkun adottata wkoll fuq il-mejnijiet eżistenti fit-Telgħa tax-Xemxija.
Huwa ppjanat li fit-tliet snin li ġejjin il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tinvesti direttament 'il fuq minn 10 miljun ewro biex issaħħaħ l-infrastruttura tal-ilma u drenaġġ fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar.
Il-Belt Valletta – Pjazza Tritoni – Tactile walkway
Question
Jista’ l-Ministru jara li t-tactile walkway fi Pjazza Tritoni, il-Belt Valletta, li hu maħsub biex jintuża minn persuni neqsin mid-dawl jibqa’ dejjem mingħajr l-ebda tip ta’ ngombru waqt kull attività organizzata jew awtorizzata minnu jew minn xi entità li taqa’ taħtu? Kemm-il rapport irċieva matul l-aħħar sena dwar ingombru fl-istess żona waqt xi attività organizzata jew awtorizzata minnu jew minn xi entità li taqa’ taħtu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu torganizza attivitajiet kbar, ikollha tagħmel dan b’ħafna restrizzjonijiet, speċjalment jekk din l-attività tkun fuq medda ta’ tul ta’ żmien u jkun hemm attivitajiet oħra, fosthom dawk statali, waqt l-istess żmien.
Bħal kif ġara waqt l-attività ta’ Fairyland f’Diċembru li għadda, l-MTA pprovdiet soluzzjonijiet temporanji u alternattivi sabiex jiġi assigurat li dan is-servizz jibqa’ dejjem jingħata. L-Awtorità irċeviet ukoll ilment waqt l-attività Nickelodeon Treasure Hunt ta’ Mejju fejn il-kuntrattur ġie infurmat immedjatament, u fi żmien siegħa ċaqlaq tinda biex b’hekk it-tactile walkways kienu ħielsa minn kull ingombru.
Ser inkomplu nimpenjaw ruħna sabiex attivitajiet futuri sitwazzjonijiet simili jiġu evitati.
Il-Belt Valletta – Pjazza Tritoni – Tactile walkway
Question
Jista’ l-Ministru jara li t-tactile walkway fi Pjazza Tritoni, il-Belt Valletta, li hu maħsub biex jintuża minn persuni neqsin mid-dawl jibqa’ dejjem mingħajr l-ebda tip ta’ ingombru waqt kull attività organizzata jew awtorizzata minnu jew minn xi entità li taqa’ taħtu? Kemm-il rapport irċieva matul l-aħħar sena dwar ingombru fl-istess żona waqt xi attività organizzata jew awtorizzata minnu jew minn xi entità li taqa’ taħtu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Il-Belt Valletta – Pjazza Tritoni – Tactile walkway
Question
Jista’ l-Ministru jara li t-tactile walkway fi Pjazza Tritoni, il-Belt Valletta, li hu maħsub biex jintuża minn persuni neqsin mid-dawl jibqa’ dejjem mingħajr l-ebda tip ta’ ingombru waqt kull attività organizzata jew awtorizzata minnu jew minn xi entità li taqa’ taħtu? Kemm-il rapport irċieva matul l-aħħar sena dwar ingombru fl-istess żona waqt xi attività organizzata jew awtorizzata minnu jew minn xi entità li taqa’ taħtu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Il-Belt Valletta – Pjazza Tritoni – Tactile walkway
Question
Jista’ l-Ministru jara li t-tactile walkway fi Pjazza Tritoni, il-Belt Valletta, li hu maħsub biex jintuża minn persuni neqsin mid-dawl jibqa’ dejjem mingħajr l-ebda tip ta’ ingombru waqt kull attività organizzata jew awtorizzata minnu jew minn xi entità li taqa’ taħtu? Kemm-il rapport irċieva matul l-aħħar sena dwar ingombru fl-istess żona waqt xi attività organizzata jew awtorizzata minnu jew minn xi entità li taqa’ taħtu?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Il-Belt Valletta – Pjazza Tritoni – Tactile walkway
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li t-tactile walkway fi Pjazza Tritoni, il-Belt Valletta, li hu maħsub biex jintuża minn persuni neqsin mid-dawl jibqa’ dejjem mingħajr l-ebda tip ta’ ingombru waqt kull attività organizzata jew awtorizzata minnu jew minn xi entità li taqa’ taħtu? Kemm-il rapport irċieva matul l-aħħar sena dwar ingombru fl-istess żona waqt xi attività organizzata jew awtorizzata minnu jew minn xi entità li taqa’ taħtu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-Ministeru għas-Saħħa u/jew mid-dipartimenti u entitajiet li jagħmlu parti mid-dekasteru tiegħu ma saru l-ebda attivitajiet fi Pjazza Tritoni, nitlobha biex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Il-Belt Valletta – Pjazza Tritoni – Tactile walkway
Question
Jista’ l-Ministru jara li t-tactile walkway fi Pjazza Tritoni, il-Belt Valletta, li hu maħsub biex jintuża minn persuni neqsin mid-dawl jibqa’ dejjem mingħajr l-ebda tip ta’ ingombru waqt kull attività organizzata jew awtorizzata minnu jew minn xi entità li taqa’ taħtu? Kemm-il rapport irċieva matul l-aħħar sena dwar ingombru fl-istess żona waqt xi attività organizzata jew awtorizzata minnu jew minn xi entità li taqa’ taħtu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru/i konċernat/i.
San Pawl il-Baħar — Moll tal-Veċċja – arblu tad-dawl
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 1303 u tieħu l-passi neċessarji biex l-arblu tad-dawl (li r-ritratt tiegħu jinsab anness) li jinsab fin-nofs ta’ żona ffrekwentata mill-vetturi ħdejn il-moll tal-Veċċja jitneħħa minn fejn qiegħed, minħabba l-periklu li qed joħloq għal dawk li jkunu fl-inħawi, peress li kif jien infurmata, dan l-arblu kien twaħħal għal użu temporanju sakemm saru xogħlijiet fuq binja privata fl-istess żona, liema xogħlijiet issa jidher li tlestew?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li mir-rekords tal-Enemalta ma jirriżultax li l-arblu twaħħal minnha, imma twaħħal minn terzi sakemm isir ix-xogħol.
Il-Belt Valletta – Pjazza Tritoni – Tactile walkway
Question
Jista’ l-Prim Ministru u s-Segretarju Parlamentari jaraw li t-tactile walkway fi Pjazza Tritoni, il-Belt Valletta, li hu maħsub biex jintuża minn persuni neqsin mid-dawl jibqa’ dejjem mingħajr l-ebda tip ta’ ingombru waqt kull attività organizzata jew awtorizzata minnhom jew minn xi entità li taqa’ taħthom? Kemm-il rapport irċevew matul l-aħħar sena dwar ingombru fl-istess żona waqt xi attività organizzata jew awtorizzata minnhom jew minn xi entità li taqa’ taħthom?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Il-Belt Valletta – Pjazza Tritoni – Tactile walkway
Question
Jista’ l-Ministru u s-Segretarju Parlamentari jaraw li t-tactile walkway fi Pjazza Tritoni, il-Belt Valletta, li hu maħsub biex jintuża minn persuni neqsin mid-dawl jibqa’ dejjem mingħajr l-ebda tip ta’ ingombru waqt kull attività organizzata jew awtorizzata minnhom jew minn xi entità li taqa’ taħthom? Kemm-il rapport irċevew matul l-aħħar sena dwar ingombru fl-istess żona waqt xi attività organizzata jew awtorizzata minnhom jew minn xi entità li taqa’ taħthom?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Il-Belt Valletta – Pjazza Tritoni – Tactile walkway
Question
Jista’ l-Ministru jara li t-tactile walkway fi Pjazza Tritoni, il-Belt Valletta, li hu maħsub biex jintuża minn persuni neqsin mid-dawl jibqa’ dejjem mingħajr l-ebda tip ta’ ingombru waqt kull attività organizzata jew awtorizzata minnu jew minn xi entità li taqa’ taħtu? Kemm-il rapport irċieva matul l-aħħar sena dwar ingombru fl-istess żona waqt xi attività organizzata jew awtorizzata minnu jew minn xi entità li taqa’ taħtu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Il-Belt Valletta – Pjazza Tritoni – Tactile walkway
Question
Jista’ l-Ministru jara li t-tactile walkway fi Pjazza Tritoni, il-Belt Valletta, li hu maħsub biex jintuża minn persuni neqsin mid-dawl jibqa’ dejjem mingħajr l-ebda tip ta’ ingombru waqt kull attività organizzata jew awtorizzata minnu jew minn xi entità li taqa’ taħtu? Kemm-il rapport irċieva matul l-aħħar sena dwar ingombru fl-istess żona waqt xi attività organizzata jew awtorizzata minnu jew minn xi entità li taqa’ taħtu?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob l-Onor. Interpellanta tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministru konċernat.
Il-Belt Valletta – Pjazza Tritoni – Tactile walkway
Question
Tista’ l-Ministru tara li t-tactile walkway fi Pjazza Tritoni, il-Belt Valletta, li hu maħsub biex jintuża minn persuni neqsin mid-dawl jibqa’ dejjem mingħajr l-ebda tip ta’ ingombru waqt kull attività organizzata jew awtorizzata minnu jew minn xi entità li taqa’ taħtu? Kemm-il rapport irċeviet matul l-aħħar sena dwar ingombru fl-istess żona waqt xi attività organizzata jew awtorizzata minnu jew minn xi entità li taqa’ taħtu?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità rċeviet 3 rapporti dwar ingumbrament tat-tactile walkway. Dawn kienu riferuti lill-awtorità responsabbli biex tittieħed kull prekawzjoni.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hawn speed cameras madwar Malta u Għawdex? Liema minn dawn l-ispeed cameras għandhom limitu ta’ sewqan li hu inqas min-national speed limit (ta’ 80 km/siegħa)? F’kull każ, għal kull waħda minn dawn il-cameras li għandhom speed limit inqas mill-ispeed limit, kif ġie stabbilit l-ispeed limit f’dak il-post partikolari u b’liema avviż legali ġie stabbilit (jekk ġie stabbilit) dan l-istess speed limit? Jekk dan l-ispeed limit ma ġiex stabbilit permezz ta’ avviż legali, a bażi ta’ x’hiex qed jiġu nfurzati tali speed limits?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ Speed Cameras madwar Malta u Għawdex qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-ispeed limit ta’ kull camera huwa muri fl-istess lista u f’kull każ dan ġie stabbilit wara studji li saru skont linji gwida fi ħdan l-Awtorità għat-Trasport skont is-setghat mogħtija lill-istess Awtorità u regolati mill-Kap. 499 u l-Kap. 65.
San Pawl il-Baħar: Xemxija – Mistra Village – sit abbandunat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’azzjoni ttieħdet mill-Awtorità tal-Ippjanar fuq is-sit abbandunat fiż-żona ta’ fejn qabel kien il-Mistra Village fix-Xemxija, San Pawl il-Baħar? Jista’ jieħu l-passi neċessarji biex dan is-sit ma jibqax wieħed ta’ abbandun u ma jkunx wieħed ta’ periklu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
L-Awtorita’ tal-Ippjanar diġa’ ħadet azzjoni fuq dan is-sit abbandunat billi inħareġ avviż ta’ infurzar EC389/16 – “Ġie żarmat is-sit imsemmi u tħalla fi stat ta' abbandun”. Dan l-avviż ta infurzar huwa wkoll suġġett għal Appell bir-referenza 240/16 li għadu wkoll pendenti l-ezitu tal-appell.