Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Qawra — Dawret il-Qawra - Arblu numru 5 - bozza

Question

Tista’ l-Ministru tieħu l-passi neċessarji biex il-bozza li qiegħda fuq arblu numru 5 li qiegħed f'Dawret il-Qawra, Qawra terġa' tibda tixgħel wara li din ilha għal numru ta' ġimgħat mitfija?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li sad-data ta’ din il-Mistoqsija Parlamentari, l-Enemalta ma kienet irċeviet l-ebda talba fuq xi bozza li tieħu ħsieb hi fit-triq in kwistjoni. Għaddejt l-ilment biex isiru t-tiswijiet neċessarji.

San Pawl il-Baħar: ·Ġnien Borg, Għajn Nastas u San Martin – tqegħid ta’ mains tal-ilma tan-new water

Question

Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar meta mistenni jitkompla x-xogħol ta’ tqegħid tal-mains tal-ilma u tan-new water fl-inħawi ta’ Ġnien Borg, Għajn Nastas u San Martin, San Pawl il-Baħar u meta hu ppjanat li dan jitlesta? Tista’ tara li n-new water jitwassal ukoll saż-żoni tal-Wardija (San Pawl il-Baħar) u saż-Żebbiegħ (Mġarr)? Tista’ tara x’inhi l-possibilità li l-istess new water jitwassal sal-inħawi tat-Telliera, limiti ta’ San Pawl il-Baħar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li x-xogħol ta’ tqegħid tal-mejnijiet fl-inħawi msemmija ser jitkompla f’Novembru u ippjanat jitlesta sa l-aħħar tas-sena. In-NewWater network ser tiġi estiża minn Triq Għajn Tuffieħa lejn iż-żona ta’ San Martin u l-inħawi tat-Tilliera fid-direzzzjoni tal-Wardija u z-Żebbiegħ sa fejn tippermetti l-pressa.

Awtorità tad-Djar – skemi ta’ rranġar ta’ residenzi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema skemi ta’ rranġar ta’ residenzi huma miftuħin preżentement? Liema minn dawn l-iskemi huma applikabbli għall-proprjetà li fiha qed joqogħdu s-sidien u liema huma applikabbli għall-proprjetà mikrija? Liema minn dawn l-iskemi huma applikabbli għall-proprjetajiet privati u liema huma applikabbli għall-proprjetajiet tal-Gvern?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa l-Awtorità tad-Djar għandha żewġ skemi ta’ rranġar u titjib li huma s-segwenti:- · Skema għal Sussidju fuq Xogħlijiet ta' Irranġar u Titjib f'Residenzi Okkupati minn Sidien jew Inkwilini; u · Skema għal Sussidju fuq xogħlijiet relatati ma’ strutturi Perikoluzi fi proprjetà privata li hija okkupata minn qabel l-1 ta’ Ġunju 1995 minn inkwilini jew Ċenswalisti. L-Iskema għal Sussidju fuq Xogħlijiet ta' Irranġar u Titjib f'Residenzi Okkupati minn Sidien jew Inkwilini hija mmirata għal dawk is-sidien u inkwilini sabiex jagħmlu xogħol ta’ rranġar u titjib fir-residenzi fejn huma jirrisjedu, kif ukoll għal sidien biss, biex jagħmlu xogħlijiet relatati ma’ struttura perikoluża. Din l-iskema hija wkoll applikabbli għal postijiet mikrija mill-Gvern sabiex jagħmlu xogħol biss ta’ rranġar u titjib. L-iskema għal Sussidju fuq xogħlijiet relatati ma’ strutturi Perikolużi fi proprjetà privata li hija okkupata minn qabel l-1 ta’ Ġunju 1995 minn inkwilini jew Ċenswalisti hija mmirata għal inkwilini fi proprjetà privata mikrija qabel l-1 ta’ Ġunju 1995 sabiex jagħmlu xogħlijiet relatati ma’ struttura perikoluża.

Personalised reserved parking bays — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li bħalissa l-applikazzjonijiet għall-personalised reserved parking bay għall-blue badge holders u/jew communal reserved parking bay għall-blue badge holders, jinsabu sospiżi? Jekk iva, x’inhi r-raġuni għal dan?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li Transport Malta b’koordinament ma’ l-Agenzija Sapport, ghaddejjinkontinwament bl-evalwazzjoni u bl-implimentazzjoni ghallpersonalised reserved parking bays ghall Blue Badge Holders u/jew communal reserved parking bays ghall Blue Badge Holders. Wiehed irid jifhem li ghal kull applikazzjoni hemm process li jrid isir u li kultant jiehu fit-tul. Ta min jinnota li l-Awtorita’ tipprocessa madwar 200 applikazzjoni kull xahar. Għaldaqstant mhuwiex minnu dak li qed jipprova jagħti x’jifhem l-Onorevoli interpellant.

Bord appuntat mis-CRPD – persuni eleġibbli għal personalised parking bay

Question

Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar x’inhuma l-kriterji li fuqhom il-bord appuntat mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) kien jiddeċiedi jekk persuna hix eleġibbli għall-personalised parking bay? Tista’ tgħid jekk dan il-bord għadux jieħu dawn id-deċiżjonijiet u jekk le, min qed jieħu dawn id-deċiżjonijiet?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-bord li ssir referenza għalih fil-interpellazzjoni tagħha kien jevalwa biss l-aspett mediku tal-applikazzjoni, liema applikazzjoni taqa' taħt ir-responsabilità ta' Transport Malta. Il-Kriterji jinsabu f'Regolament 78 tar-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta' Marzu 2022, l-evalwazzjoni medika għaddiet għand l-Aġenzija Sapport.

Qawra, San Pawl il-Baħar: Triq il-Ħamra – bozoz maqtugħin

Question

Billi fi Triq il-Ħamra, Qawra, San Pawl il-Baħar hemm żewġ bozoz li sad-data li fiha qiegħda ssir din il-mistoqsija parlamentari kienu ilhom maqtugħin jew iteptpu għal bosta ġimgħat, jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dawn il-bozoz jixegħlu mill-ġdid?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-bozoz li għalihom qed tirreferi l-Onor. Interpellant mhumiex maqtugha u/jew bil-ħsara. Infurmat li bħal diversi bozoz oħra madwar il-lokalità, tali bozoz ġew skonnettjati mill-awtoritajiet kompetenti wara li nstab li twaħħlu f'legiżlazzjonijiet preċedenti meta ma ġewx sottomessi l-applikazzjonijiet mal-Enemalta, kif jiddettaw ir-regolamenti. F’dan l-isfond, infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li qed jiġu sottomessi applikazzjonijiet simili biex tali kwistjoni tiġi regolarizzata.

Qawra, San Pawl il-Baħar: Triq il-Ħamra – bozoz maqtugħin

Question

Billi fi Triq il-Ħamra, Qawra, San Pawl il-Baħar hemm żewġ bozoz li sad-data li fiha qiegħda ssir din il-mistoqsija parlamentari kienu ilhom maqtugħin jew iteptpu għal bosta ġimgħat, tista’ l-Ministru tieħu l-passi neċessarji biex dawn il-bozoz jixegħlu mill-ġdid?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li dawn il-bozoz li qed tirreferi għalihom ma sarux skond il-proċedura u tqabbdu mal-linji tad-dawl tal-EneMalta b’mod abbużiv mingħajr ma saret applikazzjoni għal tqabbid ta’ dwal tat-toroq ġodda hekk kif suppost. Għal din ir-raġuni l-EneMalta ma tistax tagħmel it-tiswijiet fuq dawn iż-żewġ bozoz. Il-kunsill lokali ġie nfurmat b’dan u ntalab idaħħal l-imsemmija applikazzjoni mal-ARMS.

Pulizija — rapporti dwar storbju eċċessiv

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2006 u jagħti informazzjoni dwar kemm-il każ ta’ storbju eċċessiv ġew irrapportati, xahar b’xahar, bejn Jannar 2021 u d-data ta’ meta qiegħda tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’liema lokalità ġie rrapportat kull wieħed minn dawn il-każijiet u għal liema tip ta’ storbju kien qed jirreferi dan ir-rapport? Kemm minn dawn ir-rapporti kienu jikkonċernaw ħsejjes wara l-11.00 p.m. u wara s-1.00 a.m. separatament?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fil-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2021 u s-26 ta’ Gunju 2022, saru rapporti mal-Pulizija fuq każi ta’ storbju eċċessiv f’diversi forom, kif indikat f’tabella ‘A’ li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din tinkludi wkoll ix-xahar meta saru r-rapporti u l-lokalitajiet fejn saru. Minn dawn ir-rapporti u kif jidher f’tabella ‘B’ li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra., kienu jikkonċernaw ħsejjes irrapurtati bejn il-11.00 ta’ filgħaxija u s-siegħa ta’ fil-għodu. Kien hemm ukoll każi li ġew irrapurtati bejn is-siegħa u s-sitta ta’filgħodu, kif jidher fit-tabella ‘C’ li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Notifika dwar ħlas ta' pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2018 u jieħu l-passi neċessarji biex meta pensjonanti jirċievu l-avviż ta’ kemm tħallsu u/jew kemm se jitħallsu pensjoni, fin-notifika li tintbagħtilhom ma jkunx hemm miktub in-numru IBAN tal-kont tal-bank tagħhom sħiħ u dan minħabba l-fatt li ladarba n-notifika tintbagħat bil-posta, hi faċli li din tinfetaħ minn terzi u jista’ jkun hemm persuni li jabbużaw jew jagħmlu użu mhux mixtieq minn tali informazzjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, mit-12 ta’ Settembru 2022, notifiki maħruġa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, m’għadux ikollhom in-numru tal-kont bankarji (IBAN) indikat kollu imma parti minnu biss.

Awtorità tad-Djar — kiri ta' appartamenti/djar għall-użu residenzjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2082 u jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ appartamenti/djar li huma mikrija mill-Awtorità tad-Djar għall-użu residenzjali? Kemm minn dawn il-proprjetajiet huma tal-Gvern u kemm huma tal-privat? F’liema lokalità jinsabu dawn il-postijiet, u jagħti n-numru ta’ appartamenti/djar għal kull lokalità?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ residenzi mikrija għal akkomodazzjoni soċjali huwa kif ġej : Lokalità Gvern Privat Total Attard 31 17 48 Birgu 229 0 229 Birkirkara 251 57 308 Birzebbuġa 72 24 96 Bormla 731 8 739 Dingli 10 1 11 Fgura 122 26 148 Furjana 125 0 125 Għargħur 3 0 3 Għaxaq 36 13 49 Gżira 30 12 42 Gudja 53 1 54 Ħamrun 135 22 157 Isla 187 5 192 Kalkara 97 1 98 Kirkop 72 0 72 Lija 24 0 24 Luqa 31 5 36 Marsa 144 4 148 Marsaxlokk 16 1 17 Mellieħa 31 14 45 Mġarr 30 1 31 Mosta 112 2 114 Mqabba 20 2 22 Msida 65 92 157 Mtarfa 38 1 39 Naxxar 28 3 31 Pembroke 181 0 181 Pieta' 64 1 65 Qormi 152 74 226 Qrendi 9 4 13 Rabat 98 8 106 Raħal Ġdid 197 35 232 Safi 8 0 8 San Ġiljan 125 2 127 San Ġwann 320 11 331 San Pawl il-Bahar 19 202 221 Santa Luċija 339 0 339 Santa Venera 62 48 110 Siġġiewi 93 35 128 Sliema 2 2 4 Tarxien 109 24 133 Ta' Xbiex 87 0 87 Valletta 979 0 979 Wied il-Għajn 18 29 47 Xgħajra 0 4 4 Żabbar 150 19 169 Żebbuġ 113 8 121 Żejtun 164 15 179 Żurrieq 78 27 105 Fontana Għawdex 0 3 3 Għajnsielem Għawdex 0 17 17 Għarb Għawdex 0 3 3 Għasri Għawdex 0 1 1 Kerċem Għawdex 0 6 6 Munxar Għawdex 0 13 13 Nadur Għawdex 0 9 9 Qala Għawdex 0 15 15 Rabat Għawdex 93 21 114 San Lawrenz Għawdex 0 9 9 Sannat Għawdex 0 3 3 Xagħra Għawdex 0 27 27 Xewkija Għawdex 0 2 2 Żebbuġ Għawdex 0 35 35 6183 1024 7207

Awtorità tad-Djar — teħid lura ta' ċwievet ta' appartamenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2083 u ċjoè: Billi ġie rrapportat li matul l-aħħar snin kien hemm it-teħid lura ta’ kważi 500 ċavetta, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu tal-privat u kemm kienu tal-Gvern? F’liema lokalitajiet kienu l-appartamenti li fihom saru l-abbużi?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat illi mill-2017 sal-lum l-Awtorità tad-Djar ħadet lura l-pussess ta’ 464 residenza, mqassma kif indikat fit-tabella segwenti: Tip ta' Pussess Proprjetajiet Gvern 408 Privat 48 Rekwizizzjonati 8 Lokalità Proprjetajiet Balzan 4 Birgu 19 Birkirkara 14 Birzebbuġa 4 Bormla 64 Fgura 7 Furjana 23 Għaxaq 1 Gżira 8 Ħamrun 18 Isla 11 Kalkara 2 Kirkop 1 Lija 1 Marsa 9 Mellieħa 1 Mġarr 2 Mosta 4 Mqabba 1 Msida 12 Naxxar 1 Pembroke 6 Pieta' 3 Qormi 12 Rabat 3 Rabat Għawdex 2 Rahal Ġdid 29 San Ġiljan 5 San Ġwann 19 San Pawl il-Baħar 25 Santa Luċija 16 Santa Venera 8 Siġġiewi 7 Sliema 1 Ta' Xbiex 1 Tarxien 15 Valletta 86 Wied il-Għajn 2 Żabbar 4 Żebbuġ 4 Żejtun 5 Żurrieq 4

San Pawl il-Baħar/Xemxija – Triq il-Pwales — manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’manutenzjoni qiegħda tiġi ppjanata u meta hi ppjanata li ssir, il-manutenzjoni meħtieġa fi Triq il-Pwales, ix-Xemxija, San Pawl il-Baħar, inkluż tindif ta’ culverts, tiswija ta’ spralli tax-xita, u, fil-parti li tgħaqqad ma’ Xatt il-Pwales/Telgħet ix-Xemxija wiċċ ġdid tal-asfalt?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi l-istess Kunsill irċieva konferma li x-xogħlijiet saru, kemm mingħand il-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi (MPWP-PWD) kif ukoll minn xi bdiewa tal-lokal. Fir-rigward ta’ Telghet ix-Xemxija, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda tieghu lill-Ministeru kkonċernat.

Parkeġġ tal-Iskola Primarja tal-Qawra

Question

Billi issa għaddew bosta xhur minn mindu l-parkeġġ ta’ taħt l-Iskola Primarja tal-Qawra kellu jibda jintuża mill-pubbliku, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’inhi r-raġuni li għaliha dan l-istess parkeġġ għadu mhux qed jintuża? Ma’ min saru d-diskussjonijiet biex il-parkeġġ jinfetaħ? Jista’ jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru jew xi entità oħra hux qed joġġezzjonaw biex iż-żewġ livelli tal-parkeġġ (għal madwar 400 karozza) jibda jintuża? Jekk iva, x’inhi r-raġuni għal dan? Jekk mhux il-każ, għaliex l-istess Ministeru li bena l-iskola u l-parkeġġ, mhux qed joffri dan l-ispazju għall-użu tal-pubbliku? Jista’ jikkonferma li hemm/kien hemm diffikultajiet dwar aċċessibbilta u ingress ta’ ilma fl-istess parkeġġ? Jista’ jikkonferma li għad jonqos joħroġ compliance certificate mill-Awtorità tal-Ippjanar qabel il-parkeġġ ikun jista’ jintuża mill-pubbliku? Jekk dan hu minnu, fiex wasal dan il-proċess? Jista’ jagħti tagħrif dwar meta hi d-data l-ġdida li fiha issa dan il-parkeġġ ser ikun miftuħ għall-pubbliku?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward l-użu tal-parkeġġ tal-iskola mir-residenti, ġew fi tmiemhom id-diskussjonijiet neċessarji mal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar u ser jiftaħ fil-ġimgħat li ġejjin. (Informazzjoni Addizzjonali: Ara Dokument PL 1027 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 68, nhar l-Erbgħa, 7 ta' Diċembru 2022)

Buġibba u l-Qawra – pressa baxxa ta’ ilma

Question

Tista’ l-Ministru tinvestiga x’inhi r-raġuni li għaliha qed jiġi rrapportat nuqqas ta’ pressa tal-ilma/pressa baxxa matul il-ġurnata f’Buġibba u l-Qawra (San Pawl il-Baħar) b’mod partikolari fi Triq it-Turisti u t-toroq li jgħaqqdu ma’ din it-triq bħal Triq l-Indipendenza (fejn wieħed isib Flats Indipendenza) peress li r-residenti qed jiffaċċjaw bosta problemi biex jimlew it-tankijiet tal-ilma tagħhom? Kemm-il rapport wasal għand il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma rigward dan matul l-aħħar sitt xhur u f’liema toroq? X’azzjoni ttieħdet f’kull każ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill Onor. Interpellant li r-rapporti ta’ pressjoni baxxa li waslu għand il-Korporazzjoni fl-aħħar sitt xhur kienu tnax kif indikat hawn taħt. Triq Paderborn, Triq Andrew Cunningham Andrew Cunningham Triq il-Ġifen Triq il-Qwiebi Triq San Ignazju Triq San Massimiljanu Kolbe Triq it-Turisti Triq l-Ankri Triq Gulju Triq it-Tamar Triq il-Ħġejjeġ Dawn ir-rapporti ġew indirizzati fi żmien qasir. Ninsab infurmata wkoll, li fi xhur li ġejjin il-Korporazzjoni se tnehdi proġett strateġiku li jikkonsisti fit-tkabbir ta’ mejn prinċipali bejn il-ġibjun tan-Naxxar u Buġibba, b’investiment ta’ €2.7 miljun. Dan il-proġett ser jassigura li ż-żieda fid-domanda fl-inħawi msemmija tintlaħaq b’mod konsistenti u b’anqas interventi operattivi.

Esportazzjoni ta’ patata

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienet esportata patata matul l-2022? Lejn liema pajjiżi fil-fatt intbagħtet din il-patata? (Għall-għan ta' din id-domanda, bejgħ ta' patata fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu wkoll inklużi).

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta illi l-esportaturi mhumiex fl-obbligu li jinnotifikaw lill-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli b’tali esportazzjoni ta’ patata ġewwa l-konfini tal-Unjoni Ewropea. Ngħarrafha wkoll li sa issa ma kien hemm l-ebda notifiki ta’ esportazzjoni ta’ patata barra mill-konfini tal-Unjoni Ewropea.

Telgħa ta’ San Martin u partijiet mill-Wardija sa Burmarrad – tindif mill-ħaxix selvaġġ

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex it-Telgħa ta' San Martin (mir-roundabout sa ħdejn l-Għar tal-Madonna), kif ukoll partijiet mit-toroq li jgħaddu mill-Wardija sa Burmarrad jitnaddfu mill-ħaxix selvaġġ (ħafna minnu bużbież), li qed joħloq periklu kbir għall-karozzi u vetturi oħrajn li jkunu għaddejjin minn dawn l-inħawi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar illi inħareġ ‘Works Order’ għat-tali xogħlijiet nhar it-22 ta’ Ġunju 2022 fejn il-kuntrattur konċernat beda jwettaq dak mitlub fl-4 ta’ Lulju 2022.

Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar — postijiet ta' residenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1861 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 1045, jista’ l-Ministru jindika ż-żewġ indirizzi f’San Pawl il-Baħar (jekk mhux possibbli jingħata l-indirizz kollu, tingħata l-isem tat-triq u possibbilment l-isem tal-blokka) fejn skont it-tweġiba għall-istess domanda ġew akkwistati żewġ appartamenti mibnija mill-privat li ġew allokati għall-akkomodazzjoni soċjali?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat illi ż-żewġ appartamenti inkwistjoni jinsabu fi Triq il-Qalb ta’ Ġesu, San Pawl il-Baħar.

Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar — postijiet ta' residenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1862 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 1045, jista’ l-Ministru jindika l-indirizz għal kull post ta’ residenza li tqassam mill-2017 sad-data li fiha ġiet imwieġba l-istess domanda parlamentari u dan sena sena b’mod separat għal kull sena u kull lokalità tal-Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar (li tinkludi żoni bħal Buġibba, il-Qawra u x-Xemxija) (jekk mhux possibbli jingħata l-indirizz kollu, tingħata l-isem tat-triq u possibbilment l-isem tal-blokka)?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ta' Qali: Pitkalija — xogħol ta' tibdil strutturali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1687 u 1922 u jagħti tagħrif dwar meta mistenni jsir xogħol ta' tibdil strutturali fil-Pitkalija f'Ta’ Qali? Meta mistenni jitlesta dan ix-xogħol? Fiex jikkonsisti x-xogħol li għandu jsir?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li sa mit-twaqqif tal-Malta Food Agency beda xogħol ta’ titjib strutturali kif ukoll xogħol ta’ manutenzjoni fiż-żoni tal-bejgħ u fid-depot tal-kaxxi. Ix-xogħol li sar jinkludi soqfa ġodda, tibdil fit-tqassim ta’ sheds, titjib f’uffiċini u faċilitajiet operattivi. It-titjib strutturali huwa proċess li mistenni jibqa’ għaddej skont kif tkun il-ħtieġa.
Leg 14 PQ #2119 Sitting 27 2022-10-03 Oral · Final From: GRAZIELLA GALEA (Partit Nazzjonalista)

Skejjel – Statementing Report għal servizz ta’ Learning Support Assistant

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm każijiet fejn il-ġenitur/i qed jistennew rapport minn Educational Psychologists tal-Gvern li huwa meħtieg sabiex uliedhom ikunu jistgħu jirċievu l-istatementing report li jiddetermina jekk l-ulied ikollhomx bżonn Learning Support Assistant, u dan qabel ma wliedhom ikunu jistgħu jibdew jattendu l-iskola? Għal kull sena (Year 1 eċċ.) kemm huma dawk it-tfal li qegħdin jistennew dan ir-rapport? X'inhi r-raġuni li għaliha qed ikun hemm daqstant tfal jistennew dan ir-rapport u x'qed isir biex dan id-dewmien jinqata’? Billi jidher li n-numru ta’ ġenitur/i li qed jirrikorru għand il-privat biex jiksbu dan ir-rapport qed jiżdied, u dan biex ma jintilifx ħin prezzjuż għal uliedhom, jista’ l-Ministru jassigura li dawn il-ġenitur/i jingħataw lura l-ispejjeż li jkunu ħallsu għal dan ir-rapport fil-privat?

Response

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda student li qed jistenna rapport minn naħa tas-servizz offrut mill-Ministeru għall-Edukazzjoni qabel ma jibda jattendi l-iskola.