Legislature:
Category:
Reset
Active:

Scrap ta’ karozzi EV – Faċilitajiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il faċilità hawn biex persuna tagħmel scrap ta’ karozza EV? Tista’ tgħid ukoll fejn jinsabu kull waħda minn dawn il-faċilitajiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li bħalissa hawn  faċilitá waħda li għandha permess mill-Awtorità għall-Ambjent u Riżorsi (ERA) li jinkludi speċifikament li tista’ tipproċessa vetturi EV.  Din il-faċilità tinsab fi Scrap Lane, Triq Valletta, Ħal Luqa.

Sptar Ġenerali t’Għawdex - Impjegati ġodda

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 120 u jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex f’April, f’Mejju u f’Ġunju 2026, separatament għal kull xahar?

Response (BORG, IAN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Knejjes u kappelli – Restawr – Għajnuna finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 116 u jgħid liema knejjes u kappelli qed isir restawr fuqhom permezz ta’ għajnuna finanzjarja minn dipartimenti jew awtoritajiet tal-Gvern? Jista’ jgħid ukoll b’liema skemi qed isir dan ir-restawr?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Gżejjer ta’ San Pawl – Statwa ta’ San Pawl – Floodlight

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-istatwa ta’ San Pawl fuq il-Gżejjer ta’ San Pawl, tiġi ‘floodlit’ bħalma kienet għal diversi snin fil-passat?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Gżejjer ta’ San Pawl – Statwa ta’ San Pawl – Floodlight

Question

Tista’ l-Ministru tara li l-istatwa ta’ San Pawl fuq il-Gżejjer ta’ San Pawl, tiġi ‘floodlit’ bħalma kienet għal diversi snin fil-passat?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Ninsab infurmata li l-Aġenzija għar-Riġenerazzjoni taż-Żoni Turistiċi qed tikkoordina t-tiswijiet meħtieġa fuq is-sistema fotovoltajka sabiex l-istatwa ta’ San Pawl fuq il-Gżejjer ta’ San Pawl terġa’ tixgħel kif dejjem għamlet tul dawn l-aħħar snin. Il-ħsarat irrapurtati fuq is-sistema tad-dawl huma estensivi.

Sptarijiet tal-Gvern – Impjegati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 114 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni impjegati fl-isptarijiet differenti tal-Gvern, u jaqsam din l-informazzjoni skont il-kategoriji ta’ impjiegi stabbiliti għas-servizzi varji li huma meħtieġa f’kull livell? F’kull kategorija ta’ impjieg, jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-ħaddiema huma Maltin u kemm huma ta’ nazzjonalità mhux Maltija?

Response (BORG, IAN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Kunsilli Lokali – Proprjetajiet tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 110 u jgħid kemm-il proprjetà tal-Gvern għaddiet b’kirja jew ċens lill-kunsilli lokali, bejn l-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll liema kunsilli ngħataw dawn il-proprjetajiet mill-Awtorità tal-Artijiet, u f’kull każ jgħid liema proprjetà u lil liema kunsill?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni b’diżabilità – Reserved parking bays

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw reserved parking bays għal persuni b’diżabilità minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ l-Ministru jaqsam din l-informazzjoni wkoll skont it-tip ta’ reserved parking bay (personalised, communal, eċċ.)?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-parkeġġi riservati għall-persuni b'diżabilità jiġu allokati wara l-approvazzjoni tassattiva tal-Bord Mediku maħtur mill-Aġenzija Sapport, li jevalwa u jiddeċiedi kull applikazzjoni skont il-kriterji stabbiliti. Kif indikat fit-tabella li ġejja, in-numru ta’ parkeġġi allokati għall-persuni b’diżabilità li ngħataw fl-2025 u fl-2026 huma: Sena Parkeġġi Personaliżżati Parkeġġi Komunali 2025 469 122 2026 260 75

In-Naxxar – Splużjoni tal-kamra tan-nar – Kumpens/għajnuna

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’tip ta’ kumpens/għajnuna hi mistennija li tingħata lil dawk li sofrew ħsarat wara l-isplużjoni fil-kamra tan-nar fil-limiti tan-Naxxar?

Response (ABELA, ROBERT)

Il-Gvern diġà pprovda għajnuna lill-bdiewa affettwati bħala parti mill-miżuri prekawzjonarji meħuda biex tiġi mħarsa s-sigurtà tal-ikel. Ingħata kumpens għall-prodott agrikolu li kellu jinqered jew li nġabar sabiex isiru kampjuni u analiżi fil-laboratorji. Dawn il-miżuri kienu meħtieġa sabiex isiru l-valutazzjonijiet neċessarji relatati mas-sigurtà tal-ikel, filwaqt li naqqsu kemm jista' jkun l-impatt finanzjarju fuq il-bdiewa milquta. Fir-rigward ta' kull assistenza jew kumpens ieħor marbut mal-ħsarat ikkawżati mill-isplużjoni, bħalissa għadha għaddejja l-inkjesta maġisterjali dwar il-każ. Għaldaqstant, il-Gvern ser jistenna l-konklużjonijiet ta' din l-inkjesta qabel jikkunsidra kwalunkwe miżura ulterjuri, dejjem skont dak li tipprovdi l-liġi.

In-Naxxar – Splużjoni tal-kamra tan-nar – Rapporti ta’ ħsarat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti ta’ ħsarat fl-għases tal-pulizija wara l-isplużjoni tal-kamra tan-nar fil-limiti tan-Naxxar? Jista’ jgħid ukoll f’liema għases daħlu dawn ir-rapporti, u kemm-il rapport daħal f’kull għassa?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Nitlob lill-Onor Interpellanta tispeċifika x’tip ta’ ħsarat qed jirreferi għalihom.

Il-bajja ta’ Buġibba – Ċaqliq tal-irmiġġi – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa x-xogħol li sar fil-bajja ta’ Buġibba wara l-breakwater, għal dak li jikkonċerna ċ-ċaqliq tal-irmiġġi fl-istess bajja?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ispiża totali relatata mar-riorganizzazzjoni tar-rmiġġi f’Buġibba kienet tammonta għal €1,189,795.00 (VAT Eskl.)

Il-bajja ta’ Buġibba – Irmiġġi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ rmiġġi li kien hemm fil-bajja ta’ Buġibba, u dan qabel ma sar ix-xogħol fuq l-istess irmiġġi? Jista’ jgħid ukoll kemm hu n-numru ta’ rmiġġi wara li sar ix-xogħol u kif ser jiġu allokati/ġew allokati l-irmiġġi li żdiedu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qabel ma beda x-xogħol ta’ riorganizzazzjoni, fil-bajja ta’ Buġibba kien hemm total ta’ 334 rmiġġ identifikat fiż-żona. Wara ir-riorganizzazzjoni in-numru ta’ rmiġġi fil-layout il-ġdid huwa ta’ 411. Madankollu, għandu jiġi nnutat li dawn iċ-ċifri mhux neċessarjament jistgħu jiġu mqabbla direttament, peress li l-konfigurazzjoni l-ġdida ġiet iddisinjata fuq il-bażi tad-dimensjonijiet tal-bastimenti u l-istandards ta’ sigurtà tan-navigazzjoni tal-lum. Għaldaqstant, il-kapaċità taż-żona tiddependi wkoll fuq id-daqs u l-karatteristiċi tal-bastimenti li jkunu qed jużaw l-irmiġġi. Ir-riorganizzazzjoni saret sabiex titjieb is-sigurtà tan-navigazzjoni, jiġu stabbiliti fairways adegwati u jiġi ottimizzat l-użu taż-żona. L-allokazzjonijiet ta’ kwalunkwe spazju disponibbli jsiru skond il-prattika amministrattiva stabbilita tal-Awtorità minn żmien għal żmien, filwaqt li jitqiesu diversi fatturi, fosthom il-qisien u l-karatteristiċi tal-bastiment, il-kapaċità u l-konfigurazzjoni tal-irmiġġi disponibbli, il-kundizzjonijiet operattivi tal-lokalità partikolari, kif ukoll aspetti relatati mas-sigurtà u n-navigazzjoni.

Il-Wardija – Skola Dun Manwel Attard – Numru ta’ studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu mistenni li jkun in-numru ta’ studenti li jattendu l-iskola Dun Manwel Attard fil-Wardija, għal kull sena, fis-sena skolastika 2026-2027?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li matul is-sena skolastika li ġejja, fl-iskola msemmija n-numru ta’ studenti mistenni jkun ta’ 104.

Persuni b’diżabilità – Reserved parking bays

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw reserved parking bays għal persuni b’diżabilità minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ l-Ministru jaqsam din l-informazzjoni wkoll skont it-tip ta’ reserved parking bay (personalised, communal, eċċ.)?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Persuni b’diżabilità – Reserved parking bays – Eleġibilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji tal-eliġibbiltà għal reserved parking bay (mhux personalised) għall-persuni b’diżabilità?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija pubblika u tista’ titniżżel flimkien mal-applikazzjoni mill-website ta’ Transport Malta. Kopja tal-iscreenshot tal-website qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni b’diżabilità – Reserved personalised parking bays – Eleġibilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji tal-eliġibbiltà għal reserved personalised parking bay għall-persuni b’diżabilità?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija pubblika u tista’ titniżżel flimkien mal-applikazzjoni mill-website ta’ Transport Malta. Kopja tal-iscreenshot tal-website qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Blue badge – Approvazzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew approvati blue badges bejn Jannar 2025 u Ġunju 2026, maqsuma xahar b’xahar? Tista’ tgħid ukoll kif dawn il-blue badges huma maqsuma skont il-lokalitajiet differenti?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tabella bin-numru ta’ Blue Badges li ġew approvati minn Jannar 2025 sa Mejju 2026, maqsuma xahar b’xahar (Tabella numru 1 minn 2). Minħabba li x-xahar ta’ Ġunju 2026 għadu kif ġie konkluż, informazzjoni relatata man-numru ta’ approvazzjonijiet matul dan il-perjodu hija fil-proċess li tiġi konsolidata. Il-figuri provduti bħala Blue Badges approvati jinkludu Blue Badges maħruġa fuq persuni b’diżabilità għall-ewwel darba, Blue Badges imġedda, u Blue Badges stampati mill-ġdid f’każijiet ta’ Blue Badges irrappurtati bħala mitlufa jew imkagħbra. Ninfurmaha wkoll li qiegħda inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tabella li tindika kif dawn il-blue badges huma maqsuma skont il-lokalitajiet differenti (Tabella numru 2 minn 2). Din it-tabella tirrifletti l-Blue Badges li għadhom validi, jiġifieri dawk li għadhom ma skadewx, li ma ġewx ritornati minħabba mewt tad-detentur, u li ma ġewx rappurtati bħala mitlufa jew imkagħbra. Kull Blue Badge tiġi stampata b’perjodu ta’ validità li jista’ jvarja bejn sena (1) u ħames (5) snin, skont il-massimu regolat mill-Artiklu 8 tal-Att 560 ta’ 2017 – Att biex jipprovdi għal Konċessjonijiet ta’ Parkeġġjar għal Persuni b’Diżabilità.