Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm persuni/familji bbenefikaw minn skemi tal-Housing maħsubin għall-persuni b'diżabilità għas-snin 2021 u 2022 separatament? Minn liema skemi, b'mod separat, ibbenefikaw dawn il-persuni/familji?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għas-snin 2021 u 2022 l-Awtorità tad-Djar kellha s-segwenti persuni/familji b'diżabilità li bbenefikaw minn skemi tal-Awtorità:
Skema
2021
2022*
Skema Persuni B’Diżabilità
180
188
Skema Benefiċċju tal-Kera
145
213
Skema Sussidju tal-Kera ta’ qabel 1995
Nil
4
Skema Social Loan
2
Nil
Skema Lifts
6**
15**
*Sat-8 ta’ Novembru 2022
**Minn dawn il-liftijiet li ġew installati, ibbenefikaw 166 familja (48 fis-sena 2021 u 118 fis-sena 2022).
Azjendi li jimpjegaw persuni b’diżabilità — għajnuna
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'għajnuna speċifika tingħata lil dawk l-azjendi li jimpjegaw persuni b'diżabilità magħhom? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li din l-għajnuna li tingħata tkompli tiżdied u fil-każ kif? Jista' jgħid kemm kien hemm azjendi li ddeċidew li minflok jimpjegaw persuni b'diżabilità, iħallsu l-ħlasijiet li tistabilixxi l-liġi f'dawn iċ-ċirkostanzi?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi bħala għajnuna lil dawk l-azjendi li jimpjegaw persuni b’dizabilità fis-settur privat jinkludu;
1. L-Iskema t’Aċċess għall-Impjiegi (A2E), kofinanzjata mill-Fond Socjali Ewropew u l-Gvern Malti, li tipprovdi sussidju ta’ €158.20 fil-ġimgħa għal tliet snin, għal kull persuna b'dizabilità ġdida f’impjieg full-time. Fil-każ ta’ impjieg part-time jingħata sussidju prorata. Ir-rata tas-sussidju tiżdied kull sena sabiex tinkorpora iż-żieda tal-għoli tal-ħajja.
2. Jirċievu inċentiv fiskali ta’ 25% tas-salarju bażiku annwali għal kull persuna b’dizabilità diġà impjegata sa massimu ta’ €4,500, immedjatament wara t-tmiem ta’ kull sena kalendarja.
3. Kumpaniji privati li jimpjegaw persuni b’diżabilità jistgħu japplikaw biex jiġu eżentati mill-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għall-impjegati rreġistrati b’dizabilità.
Barra mill-inċentivi msemmija hawn fuq, il-Fondazzjoni Lino Spiteri (LSF) tipprovdi servizz ta’ ‘job carving’ lil min iħaddem billi tassistih joħloq xogħol addattat għall-persuni b’dizabilità. Barra minn hekk tipprovdi wkoll is-sapport ta’ ‘job coach’ skont il-ħtieġa biex il-persuna b’diżabilità titgħallem ix-xogħol u tintegra fl-ambjent tax-xogħol.
Sal-lum m’hemmx pjanat tibdil fl-għajnuna li tingħata preżentament. Fir-rigward tal-azjendi li ddeċidew li minflok jimpjegaw persuni b'dizabilità, iħallsu l-ħlasijiet li tistabbilixxi l-liġi f'dawn iċ-ċirkostanzi, sa tmiem is-sena 2021 kien hemm 633 azjenda mhux konformi, filwaqt li sal-aħħar ta’ Settembru 2022 kien hemm 728 azjenda mhux konformi.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema servizzi ta' terapija jistgħu jibbenefikaw minnhom persuni b'diżabilità? Jista' jgħid ukoll kemm hemm persuni b'diżabilità li qegħdin effettivament jibbenefikaw minn kull wiehed minn dawn is-servizzi u kemm hi l-waiting list għal kull servizz?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Special Olympics – għajnuna lil sportivi b’diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema għajnuna speċifika, inkluż dik finanzjarja, tingħata lil dawk l-isportivi b'diżabilità (jew lill-ġenituri tagħhom) li jkunu qegħdin jippreparaw biex jieħdu sehem fl-Ispecial Olympics? Jista' jagħti tagħrif dwar liema għajnuna speċifika, inkluż dik finanzjarja, tingħata lil dawk l-isportivi b'diżabilità (jew lill-ġenituri tagħhom) li jkunu qegħdin jippreparaw biex jieħdu sehem fil-Paralympics?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3525 u jinforma lill-Kamra liema kienu dawk l-iskemi/għotjiet/grants li ġew offruti lill-għaqdiet volontarji minn dan il-Ministeru għall-2021 u għall-2022, b’mod separat u għal kull sena? Kemm kien il-valur allokat (budgeted) għal kull waħda minn dawn l-iskemi b’mod separat għall-2021 u l-2022? Kemm kien il-valur li fil-fatt ġie allokat għal kull waħda minn dawn l-iskemi u lil liema għaqda ġie allokat? Għall-2023, jista’ l-Ministru jinforma liema huma dawk l-iskemi/għotjiet/grants li hu ppjanat li jiġu offruti lill-għaqdiet volontarji minn dan il-Ministeru u kemm hu l-valur allokat (budgeted) għal kull waħda minn dawn l-iskemi?
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 3528 u tagħti tagħrif dwar jekk id-disability hub fin-Naxxar, li suppost kellu jinfetaħ matul din is-sena, hux se jkun qed jinbena? Jekk iva, meta hu ppjanat li jitlesta x-xogħol fuq l-istess hub u meta hu mistenni li dan jibda jintuża? Jekk le, x'miżuri ħa jew se jieħu l-Gvern biex is-servizzi li kienu se jingħataw mill-istess hub xorta waħda jingħataw? Kemm kienu l-fondi allokati għal din il-binja fil-Baġit għal kull waħda mis-snin 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma l-onorevoli interpellant li kif kien rappurtat diversi drabi f’din il-kamra, dan l-proġett sab diversi intoppi, uħud ta’ natura legali kif ukoll instabu diversi skavi arkeoloġiċi li kellhom impatt fuq l-andament tiegħu. Filwaqt li oriġinarjament dan l-proġett kellu jinvolvi l-użu ta’ fondi Ewropej, minħabba r-raġunijiet msemmija aktar ‘l fuq, dawn il-fondi ma baqgħux disponibbli. Id-dettalji fuq l-allokazzjoni tal-fondi sena b’sena huma ppubblikati fl-estimi finanzjarji.
L-impenn tal-Gvern li jkompli jinvesti fil-kwalità tal-ħajja ta’ persuni b’diżabiltà huwa wieħed qawwi u kontinwu. Dan jixhduh id-diversi inizjattivi bla preċedent li ġew varati matul is-snin inkluż fil-Budget hekk kif ppreżentat għas-sena 2023.
Bl-istess impenn, il-Gvern ser jibqa’ kommess li jwettaq il-proġett relatat fin-Naxxar, li għalih ġew allokati €300,000 – l-ammont qed jirrapreżenta l-ispiża li l-Gvern ikkalkula li ser ikun qed jonfoq matul 2023.
Dan l-ispazju ser ikun qed jiġbor u joffri diversi servizzi minn hub wieħed ċentrali. Bdejna wkoll konsultazzjoni mal-imsieħba relatati fis-settur, biex dan il-proġett ikun mhux biss jirrifletti l-bżonnijiet u l-isfidi ta’ llum il-ġurnata imma wkoll ikun jirrispetta l-principji tal-Konvenzjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilita’ tal-Ġnus Magħquda u l-iStrateġija Nazzjonali 2021-2030.
Day Centres għall-persuni b’diżabilità — investiment
Question
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar l-investiment, inkluż rinovar u upgrading, li sar fid-day centres għall-persuni b'diżabilità matul l-2021 u l-2022 u kemm kien il-valur totali ta' dan l-investiment? Fejn sar tali investiment, fiex kien jikkonsisti u kemm kien il-valur ta' kull investiment? Kemm hu ppjanat li se jkun l-investiment simili għall-2023? Fejn hu ppjanat li jsir tali investiment, fiex inhu ppjanat li jkun jikkonsisti u kemm hu ppjanat li jkun il-valur ta' kull investiment?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Aġenzija Sapport, b’mod regolari tmexxi proġetti ta’ rinovar u tisbiħ fiċ-ċentri ta’ matul il-jum bħala parti mill-proġett ta’ modernizzar tal-istess ċentri f’Malta u Għawdex kif ukoll twettaq titjib fil-faċilitatjiet għad-dispożizzjoni tal-persuni b’diżabilità li jibbenefikaw mis-servizzi ta’ matul il-jum.
Dettalji dwar xogħlijiet li saru matul l-2021 u l-2022 kfi ukoll dawk proġettati għas-sena 2023, huma mniżżla fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-ispejjeż imniżżla għas-sena 2023 huma estimi.
Għaqdiet volontarji u sportivi – skema għal għajnuna finanzjarja
Question
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru hux se jkollu skema/i fl-2023 li permezz tagħha/tagħhom għaqdiet volontarji u sportivi jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja biex ikunu jistgħu jinvestu f'enerġija effiċjenti, pereżempju billi jistallaw apparat li jkun iktar energy efficient matul l-2023? Tista' tagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm tali skemi fl-2022 jew fis-snin preċedenti u jekk iva, kemm kien hemm għaqdiet li bbenefikaw minn tali skemi, kif ibbenefikaw u kemm kien l-ammont li fil-fatt intuża għal tali skemi?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nitlob lil Onorevoli interpellant biex jaghmel il-mistoqsija lill-Ministeru ikkoncernat.
Baġit 2023 — Item 7475 REACH - Independent Living and Employment
Question
Tista' l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni għala f’Item 7475 REACH - Independent Living and Employment tal-estimi finanzjarji tal-Baġit għall-2023 kien hemm tnaqqis minn €4,000,000 (approved estimate 2022) għal €300,000 (estimate 2023)?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 3655.
Benefiċċji għal persuni b’diżabilità/għaqdiet volontarji relatati mal-bini
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk persuni b'diżabilità u għaqdiet volontarji jgawdux minn xi benefiċċju, bħal tnaqqis ta’ ħlasijiet, jekk japplikaw għal xi permessi relatati mal-bini? Jekk iva, x’benefiċċji għandhom, kemm-il persuna u għaqda volontarja gawdiet minn tali skemi matul l-2022, u min gawda minn tali skemi matul l-2022? Jista' l-Ministru jgħid jekk għall-2023, hux ser ikun hemm possibbiltà ta’ benefiċċji għal persuni b'diżabilità u għaqdiet volontarji jekk japplikaw għal xi permessi relatati mal-bini, u fiex jikkonsistu tali benefiċċji?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont il-Leġislazzjoni Sussidjarja 552.12 Regolamenti Dwar Ħlasijiet tal-Ippjanar tal-Iżvilupp, Regolament ( 2) "Bini Specjiali", jinkludi; istituzzjoni, klabb, soċjetà, jew organizzazzjoni oħra ta’ natura reliġjuża, kulturali, filantropika, sportiva jew ta’ natura soċjali, li ma tkunx tinkludi Dipartimenti tal-Gvern jew parastatali, bil-faċilitajiet meħtieġa biex tilħaq l-għanijiet tagħha, inklużi skejjel, ospizji, djar tax-xjuħ, sptarijiet u bini ieħor jew utilitajiet simili, meta l-istituzzjoni, klabb, soċjetà jew organizzazzjoni oħra tkun dikjarata bħala meħlusa mit-taxxa mill-Ministru responsabbli għall-finanzi f’regolamenti li jsiru għal dak il-għan. Dawn kollha jgawdu min tnaqqis tal- ‘’Ħlasijiet tal-Ippjanar tal-izvilupp’’ Skont Skeda 1, Kategorija B fl’istess Regolamenti, b’rata mnqassa u fissa ta’ €145.00 għal kull unita proposta.
Fis-sena 2022 kien hemm erba’ każijiet fejn l- Awtorita’ applikat dan ir-regolament. L-applikanti kienu l- Parroċċa tal-Għasri,
San Blas Therapeutic Community
,
The Eden and Razzett Foundation
u
The Scout Association of Malta.
Skejjel – kmamar/spazji għal tfal b’challenging behaviour
Question
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru bediex jew hux ser jibda diskussjonijiet mal-Ministeru għall-Edukazzjoni biex fl-iskejjel tagħna jkun hemm spazji jew kmamar għal tfal li jiġu meqjusa li għandhom challenging behaviour bħall-awtiżmu sabiex dawn it-tfal ikunu jistgħu jingħataw l-attenzjoni neċessarja? Jekk iva, fiex waslu dawn id-diskussjonijiet? Tista' l-Ministru tinforma jekk fl-iskejjel ġewwa Malta u Għawdex jeżistux dawn il-kmamar/spazji? Jekk iva f'liema skejjel jeżistu dawn il-kmamar/spazji?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-iskejjel Primarji u Sekondarji huma mifruxa faċilitajiet u riżorsi biex jieħdu ħsieb studenti bi ħtiġijiet varji, inklużi dawk b’diffikultajiet bl-imġiba. F’numru ta’ skejjel twaqqfu wkoll Autism Units, b’faċilitajiet apposta għal tfal b’awtiżmu u oħrajn li jistgħu jibbenefikaw minn attenzjoni speċjalizzata individwali. Rigward il-mistoqsijiet l-oħra, nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tagħmel il-mistoqsijiet lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huma u liema huma d-day centres għal persuni b'diżabilità? Minn dawn id-day centres liema huma dawk amministrati totalment mill-Gvern u liema huma dawk li l-Gvern joffri għajnuna biex dawn ikunu jistgħu jitħaddmu? Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li jkun hemm żieda fin-numru ta' dawn iċ-ċentri? Jekk iva kemm ser jiżdiedu u fejn hu mistenni li dawn jiżdiedu? Kemm hu n-numru ta' persuni b'diżabilità li jagħmlu użu minn kull wieħed minn dawn iċ-ċentri? Tista' l-Ministru tinforma kemm huma dawk il-persuni b'diżabilità li qegħdin fuq il-waiting list biex jidħlu f'wieħed minn dawn iċ-ċentri?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’Malta u Għawdex hawn 11-il Ċentru ta’ Matul il-Jum immexxija minn Aġenzija Sapport, l-Aġenzija Nazzjonali li toffri servizzi lil persuni b’diżabilità. Ċentru ieħor f’Għawdex hu mmexxi mill-Ministeru ta’ Għawdex. Hemm ukoll 4 ċentri / programmi ta’ matul il-jum oħra f’Malta offruti minn entitajiet non-governattivi jew privati. Dawn iċ-ċentri huma mħaddma wkoll bl-għajnuna tal-Gvern permezz ta’ ftehim mal-entitajiet konċernati. Aktar informazzjoni tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar liema xogħlijiet tlestew sa issa fir-rinnovvar u l-estensjoni tal-Imtarfa Day Centre għal persuni b'diżabilità? Sa issa kemm intefaq f'dan l-istess ċentru għal dawn ix-xogħlijiet? Kemm hu maħsub li jkun it-total valur tax-xogħlijiet li twettqu jew li ser jitwettqu matul l-2022? Liema xogħlijiet għadhom għaddejjin preżentement f'dan iċ-ċentru u meta hu mistenni li jitlesta dan ix-xogħol? Liema xogħol ieħor hu maħsub li jsir fl-istess ċentru u meta hu mistenni li jinbeda u jitlesta? Kemm hu maħsub li jkun il-valur totali tax-xogħlijiet li ser jitwettqu matul l-2023?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett tal-Imtarfa wasal fil-proċess ta’ skavar, fejn dan tlesta fl-ewwel nofs ta’ din is-sena. Sa issa ntefqu €214,000. Fil-preżent ix-xogħol jinsab wieqaf sabiex jiġu diskussi pjanti ġodda għal dan is-sit fuq rakkomandazzjonijiet tas-Superintendent tal-Wirt Storiku wara li nstabu fdalijiet ta’ valur storiku fis-sit.
Bħala parti mix-xogħlijiet hu pjanat li jittranġa ċint mal-periferija għal aktar sigurtà. Dan wasal fil-fażi tal-aġġudikar tat-tender. L-investiment mistenni jkun ta’ madwar €67,000.
Xogħol ieħor ta’ rinovazzjoni f’partijiet oħra taċ-Ċentru baqgħu għaddejjin bħala parti mill-eżerċizzju ta’ modernizzar ta’ faċilitajiet fiċ-ċentri kollha ta’ matul il-jum.
Ħad-Dingli – proġett ta’ dar residenzjali għal persuni b’diżabilità adulti
Question
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar f'liema stadju wasal il-proġett ta' dar residenzjali għal persuni b'diżabilità adulti f’Ħad-Dingli? Tista' tgħid kemm mill-baġit allokat għal din is-sena għal dan il-post intefaq matul l-2022? Tista' tgħid kemm hu maħsub li jkun il-valur tax-xogħlijiet li se jitwettqu matul l-2022? Kemm hu l-baġit allokat għal din is-sena għal dan il-post? X'inhi r-raġuni għad-diskrepanza bejn il-valur li kien budgeted għall-2022 u l-valur totali li fil-fatt hu maħsub li jkun intnefaq matul l-2022? X'inhuma x-xogħlijiet li huma maħsuba li jitwettqu f'dan il-proġett matul l-2023? Meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol kollu hawnhekk?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett ta’ dar residenzjali għal persuni b’diżabilità f’Ħad-Dingli wasal fil-fażi fejn ġew sottomessi l-pjanti lill-Awtorità tal-Ippjanar sabiex jiġu proċessati l-permessi meħtieġa. Wara, jibda l-abbozzar tat-tenders. Il-baġit allokat għal dan il-proġett għas-sena 2022 hu ta’ €1.5 miljun. Ix-xogħlijiet jibdew ladarba titlesta l-fażi tal-abbozzar, pubblikazzjoni u għotja tat-tenders.
Matul l-2023 hu mistenna li jibda xogħol strutturali fuq il-binja. Ix-xogħol mistenni jieħu madwar 3 snin.
Special Olympics – għajnuna lil sportivi b’diżabilità
Question
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar liema għajnuna speċifika, inkluż dik finanzjarja, tingħata lil dawk l-isportivi b'diżabilità (jew lill-ġenituri tagħhom) li jkunu qegħdin jippreparaw biex jieħdu sehem fl-iSpecial Olympics? Tista' tagħti tagħrif dwar liema għajnuna speċifika, inkluż dik finanzjarja, tingħata lil dawk l-isportivi b'diżabilità (jew lill-ġenituri tagħhom) li jkunu qegħdin jippreparaw biex jieħdu sehem fil-Paralympics?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nitlob lil Onorevoli interpellant biex jaghmel il-mistoqsija lill-Ministeru ikkoncernat.
Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra liema kienu dawk l-iskemi/għotjiet/grants li ġew offruti lill-għaqdiet volontarji minn dan il-Ministeru għall-2021 u għall-2022, b’mod separat u għal kull sena? Kemm kien il-valur allokat (budgeted) għal kull waħda minn dawn l-iskemi b’mod separat għall-2021 u l-2022? Kemm kien il-valur li fil-fatt ġie allokat għal kull waħda minn dawn l-iskemi u lil liema għaqda ġie allokat? Għall-2023, tista’ l-Ministru tinforma liema huma dawk l-iskemi/għotjiet/grants li hu ppjanat li jiġu offruti lill-għaqdiet volontarji minn dan il-Ministeru u kemm hu l-valur allokat (budgeted) għal kull waħda minn dawn l-iskemi?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra liema kienu dawk l-iskemi/għotjiet/grants li ġew offruti lill-għaqdiet volontarji minn dan il-Ministeru għall-2021 u għall-2022, b’mod separat u għal kull sena? Kemm kien il-valur allokat (budgeted) għal kull waħda minn dawn l-iskemi b’mod separat għall-2021 u l-2022? Kemm kien il-valur li fil-fatt ġie allokat għal kull waħda minn dawn l-iskemi u lil liema għaqda ġie allokat? Għall-2023, jista’ l-Ministru jinforma liema huma dawk l-iskemi/għotjiet/grants li hu ppjanat li jiġu offruti lill-għaqdiet volontarji minn dan il-Ministeru u kemm hu l-valur allokat (budgeted) għal kull waħda minn dawn l-iskemi?
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra liema kienu dawk l-iskemi/għotjiet/grants li ġew offruti lill-għaqdiet volontarji minn dan il-Ministeru għall-2021 u għall-2022, b’mod separat u għal kull sena? Kemm kien il-valur allokat (budgeted) għal kull waħda minn dawn l-iskemi b’mod separat għall-2021 u l-2022? Kemm kien il-valur li fil-fatt ġie allokat għal kull waħda minn dawn l-iskemi u lil liema għaqda ġie allokat? Għall-2023, jista’ l-Ministru jinforma liema huma dawk l-iskemi/għotjiet/grants li hu ppjanat li jiġu offruti lill-għaqdiet volontarji minn dan il-Ministeru u kemm hu l-valur allokat (budgeted) għal kull waħda minn dawn l-iskemi?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Ministeru m’għandux tali skemi/għotjiet/grants/.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra liema kienu dawk l-iskemi/għotjiet/grants li ġew offruti lill-għaqdiet volontarji minn dan il-Ministeru għall-2021 u għall-2022, b’mod separat u għal kull sena? Kemm kien il-valur allokat (budgeted) għal kull waħda minn dawn l-iskemi b’mod separat għall-2021 u l-2022? Kemm kien il-valur li fil-fatt ġie allokat għal kull waħda minn dawn l-iskemi u lil liema għaqda ġie allokat? Għall-2023, jista’ l-Ministru jinforma liema huma dawk l-iskemi/għotjiet/grants li hu ppjanat li jiġu offruti lill-għaqdiet volontarji minn dan il-Ministeru u kemm hu l-valur allokat (budgeted) għal kull waħda minn dawn l-iskemi?
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk id-disability hub fin-Naxxar, li suppost kellu jinfetaħ matul din is-sena, hux se jkun qed jinbena? Jekk iva, meta hu ppjanat li jitlesta x-xogħol fuq l-istess hub u meta hu mistenni li dan jibda jintuża? Jekk le, x'miżuri ħa jew se jieħu l-Gvern biex is-servizzi li kienu se jingħataw mill-istess hub xorta waħda jingħataw? Kemm kienu l-fondi allokati għal din il-binja fil-Baġit għal kull waħda mis-snin 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar, għaldaqstant it-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.