Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Pawl il-Baħar – Triq Parades – bozoz maqtugħin

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3179 dwar numru ta' bozoz mitfija fi Triq Parades, San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jgħid x'feedback kellu mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li fil-fatt l-istess Kunsill kellu rapport fuq bozza maqtugħa fi Triq Parades u ġie mqabbad kuntrattur. Infurmat li tali kuntrattur spiċċa kellu jmur darbtejn minħabba problema ta’ parkeġġ ta’ vetturi li prekludiet x-xoghol milli jsir. Infurmat wkoll li x-xogħol min naħa tal-kuntrattur sar madankollu l-bozza xorta ma xegħlitx u għaldaqstant sar rapport lill-Enemalta.

Każijiet ta’ vandaliżmu fuq vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ vandaliżmu fuq vetturi ġew irrappurtati, xahar b’xahar, bejn l-1 ta' Mejju, 2022 u d-data sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’liema lokalità ġew irrappurtati dawn il-każijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ każi ta’ ‘ħsara voluntarja’ fuq vetturi li ġew irrappurtati mal-Pulizija, xahar b’xahar, mill-1 ta' Mejju u l-aħħar ta’ Ottubru ta’ din is-sena kien ta’ erbgħa mija u tlieta. Il-lokalità fejn seħħew dawn il-każi huma kif jidhru fit-tabella riprodotta hawn taħt. Hsara volontarja fuq il-Vettura Lokalita May Jun Jul Aug Sep Oct Total ATTARD 0 1 2 1 0 1 5 BALZAN 0 0 0 1 0 0 1 BIRKIRKARA 1 4 3 1 0 1 10 BIRZEBBUGIA 0 2 2 1 2 1 8 BORMLA 2 2 2 0 2 0 8 DINGLI 0 0 0 0 0 2 2 FGURA 2 0 1 0 2 2 7 FLORIANA 2 0 1 0 3 0 6 FONTANA - GHAWDEX 0 0 1 0 0 0 1 GHAJNSIELEM - GHAWDEX 1 2 5 1 2 0 11 GHASRI - GHAWDEX 0 0 0 0 2 0 2 GHAXAQ 0 1 1 0 0 1 3 GUDJA 0 0 0 0 0 1 1 GZIRA 0 0 4 2 1 0 7 HAMRUN 4 3 5 2 0 1 15 KALKARA 0 1 1 0 0 0 2 KERCEM - GHAWDEX 0 0 0 0 0 1 1 KIRKOP 1 0 0 0 1 0 2 LIJA 0 0 0 0 1 0 1 MARSA 4 5 2 0 0 1 12 MARSASKALA 1 2 2 1 0 1 7 MARSAXLOKK 2 0 2 1 0 0 5 MELLIEHA 2 2 2 2 3 2 13 MGARR 1 2 2 1 0 0 6 MOSTA 1 1 2 1 4 2 11 MQABBA 0 0 0 1 0 1 2 MSIDA 0 0 3 3 3 0 9 MTARFA 0 0 1 0 0 0 1 MUNXAR - GHAWDEX 0 0 0 0 1 1 2 NADUR - GHAWDEX 0 1 1 1 0 2 5 NAXXAR 1 4 0 1 0 0 6 PAOLA 2 1 4 0 1 0 8 PEMBROKE 0 0 0 0 1 0 1 PIETA' 0 2 0 0 0 2 4 QORMI 3 0 3 6 1 0 13 QRENDI 0 0 0 1 0 0 1 RABAT 1 0 1 1 0 1 4 RABAT - GHAWDEX 1 1 0 0 0 0 2 SAN GILJAN 1 2 1 9 2 3 18 SAN GWANN 0 1 1 0 1 2 5 SAN PAWL IL-BAHAR 21 7 7 13 20 8 76 SANNAT - GHAWDEX 0 1 0 0 0 1 2 SANTA VENERA 0 0 3 1 0 0 4 SLIEMA 1 3 3 1 2 4 14 SWIEQI 4 1 3 0 1 0 9 TA' XBIEX 0 1 0 0 0 0 1 TARXIEN 4 0 0 0 0 3 7 VALLETTA 0 0 1 2 1 1 5 XAGHRA - GHAWDEX 1 0 1 1 3 2 8 XEWKIJA - GHAWDEX 0 3 0 2 1 0 6 XGHAJRA 0 1 0 1 5 0 7 ZABBAR 2 2 0 0 7 1 12 ZEBBUG 0 0 4 1 1 1 7 ZEBBUG - GHAWDEX 2 1 0 0 0 0 3 ZEJTUN 1 4 2 2 1 0 10 ZURRIEQ 2 0 1 1 0 0 4 Grand Total 71 64 80 63 75 50 403

Reverse Vending Machines

Question

B'referenza għall-iskema tar-rifużjoni tad-depożitu ta' 10c tal-kontenitur tax-xorb, tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu t-total ta' reverse vending machines li għad irid jibdew jitħaddmu? Fejn jinsabu r-reverse vending machines li għad iridu jibdew jitħaddmu, lokalità b’lokalità, u meta hemm ħsieb li dawn jibdew jitħaddmu? Għal kull reverse vending machine li għadha ma bdietx topera, tista' l-Ministru tispeċifika jekk din hux ser tiġi installata f'supermarket jew ħanut tal-merċa, inkella f'Public Recycling Hub?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata illi hemm numru ta’ Reverse Vending Machines li għadhom iridu jitwaħħlu għaliex dan jinvolvi proċess ta’ permessi u konsultazzjoni mal-entitajiet ikkonċernati. Fil-lokalitajiet fejn bħalissa ma hemmx dawn il-magni l-ħwienet tal-merċa qegħdin jaċċettaw il-fliexken. Infurmata ukoll li r-Regolatur se jkun qed jara mal-Operatur tal-iskema li l-pubbliku jkollu aċċess aktar wiesa' għal dawn il-magni.

Skema ta’ rifużjoni tad-depożitu ta’ 10c tal-kontenituri tax-xorb

Question

B'referenza għall-iskema tar-rifużjoni tad-depożitu ta' 10c tal-kontenitur tax-xorb, tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar fejn jinsabu l-bejjiegħa tal-merċa li qed jipparteċipaw f'din l-iskema bħala post ta' ġbir manwali?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li skont ir-Regolamenti dwar ir-Riċiklaġġ tal-Kontenituri tax-Xorb (L.S 549.134), dawk il-bejjiegħa bl-imnut li fl-istabbiliment tagħhom ma jkollhomx Reverse Vending Machine, għandhom joperaw sistema manwali li permezz tagħha jaċċettaw ir-ritorn ta’ kontenituri tax-xorb fejn il-barcode indikat fuq il-kontenitur ikun l-istess bħall-barcode ta’ xarbiet li jinbiegħu mill-istess bejjiegħ.

Għaqdiet Sportivi reġistrati mal-Kunsill Malti għall-Isports

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' għaqdiet sportivi li huma reġistrati mal-Kunsill Malti għall-Isports, lokalità b’lokalità? F'kull każ, f’liema dixxiplini sportivi huma attivi l-għaqdiet li huma reġistrati mal-Kunsill Malti għall-Isports?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Il-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar – Benefiċċji Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li jingħataw benefiċċji soċjali bħala single parents, fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar, separatament għal kull lokalità? Jista' jgħid kemm hu t-total ta' persuni li jingħataw tali benefiċċju bħala single parents?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Kunsilli Lokali u Reġjuni li ma għandhomx segretarju eżekuttiv full-time

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kunsilli lokali u reġjuni m'għandhomx segretarju eżekuttiv full-time? Liema huma dawn il-kunsilli lokali u reġjuni? F'kull każ kemm ilhom f'din is-sitwazzjoni? F'dawn il-każijiet, għal kull każ, jista' l-Ministru jispeċifika jekk hemmx aġent segretarju eżekuttiv, deputat segretarju eżekuttiv jew inkella aġent deputat segretarju eżekuttiv? Kif qed jitwettqu d-doveri tas-segretarju eżekuttiv f’kull każ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi hemm 16-il Kunsill Reġjonali u Lokali illi bħalissa m’għandhomx Segretarju Eżekuttiv full-time skont kif indikat fit-tabella t’hawn taħt: Kunsill Lokali/ Reġjonali Status Data tat-Terminazzjoni tas-Segretarju Eżekuttiv preċedenti Birkirkara Deputat Segretarju Eżekuttiv 24/11/2021 Bir¿ebbuġa Aġent Segretarju Eżekuttiv 17/05/2022 Il-Fgura Deputat Segretarju Eżekuttiv 15/02/2022 Il-Gżira Aġent Segretarju Eżekuttiv 14/10/2019 Il-Ħamrun Aġent Deputat Segretarju E¿ekuttiv 17/02/2022 Ħal Luqa Deputat Segretarju Eżekuttiv 09/05/2021 Marsaxlokk Deputat Segretarju Eżekuttiv 13/12/2019 L-Imqabba Deputat Segretarju Eżekuttiv 03/04/2022 Il-Qala Aġent Segretarju Eżekuttiv 11/01/2021 Il-Qrendi Deputat Segretarju Eżekuttiv 30/06/2021 San Ġiljan Deputat Segretarju Eżekuttiv 24/01/2022 Santa Venera Deputat Segretarju Eżekuttiv 01/07/2018 Is-Swieqi Aġent Segretarju Eżekuttiv 18/03/2022 Reġjun tal-Punent / Western Regional Council Aġent Segretarju Eżekuttiv 01/01/2022 Reġjun tal-Port / Port Regional Council Aġent Deputat Segretarju E¿ekuttiv 24/10/2021 Reġjun Għawdex / Gozo Regional Council Aġent Deputat Segretarju E¿ekuttiv 19/07/2022 Ninsab infurmat illi x-xogħol magħmul minn dawn l-uffiċjali hu wieħed jissodisfa il-ħtiġijiet statutorji minimi tal-kariga. Intant ninsab infurmat ukoll illi minn naħa tad-Diviżjoni għall-Gvern Lokali inħarġet sejħa f’Settembru 2022 intiża sabiex tindirizza il-vakanzi e¿istenti u ghalhekk l-processi relattivi għaddejjin.

Qawra – skola primarja – applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3674 u jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar li jikkonċernaw l-iskola primarja tal-Qawra? Min kien/u l-perit/periti li ssottomettew kull applikazzjoni u taħt liema entità/dipartiment eċċ. għamlu dan? Għal kull applikazzjoni, jista’ jgħid meta ġiet sottomessa, meta ġiet approvata u meta ħareġ il-compliance certificate? X'kienet ir-raġuni għal tibdil fil-perit bejn applikazzjoni u oħra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Impieg ta’ persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif qed tiġi infurzata l-liġi dwar l-impieg tal-persuni b’diżabilità (1969) li tobbliga kumpaniji li jimpjegaw aktar minn għoxrin ruħ, biex jimpjegaw 2% tal-impjegati tagħhom li jkunu fuq ir-Reġistru tal-Persuni b’Diżabilità? Jista’ jgħid mill-2015 sal-lum, għal kull sena, kemm kien hemm kumpaniji f’Malta u Għawdex li nstabu li ma kinux konformi mal-liġi? Il-Gvern kemm ġabar flus minn dawn il-kumpaniji li ma kinux konformi mal-liġi? Il-Gvern kemm għadda flus lill-Fondazzjoni Lino Spiteri minħabba din ir-raġuni, sena b’sena, mill-2015 sal-lum,? Kemm għenet persuni b’diżabilità din il-Fondazzjoni biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol sa mit-twaqqif tagħha, sena b'sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

Servizzi ta’ terapija għal persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema servizzi ta' terapija jistgħu jibbenefikaw minnhom persuni b'diżabilità? Jista’ jgħid kemm hemm persuni b'diżabilità li effettivament qegħdin jibbenefikaw minn kull wieħed minn dawn is-servizzi u kemm hi l-lista ta’ stennija għal kull servizz?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Soċjetajiet tal-Banda – azzjoni legali fil-konfront tagħhom

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma s-Soċjetajiet tal-Banda li għandhom azzjoni legali fil-konfront tagħhom, biex is-sidien tal-proprjetà li fiha hemm l-istess soċjetà jieħdu lura l-istess proprjetà? Peress li madwar sena ilu kellu jinbeda proċess li permezz tiegħu l-Gvern jixtri dawn il-proprjetajiet, jista' l-Ministru jgħid s’issa f'kemm-il każ inbdew id-diskussjonijiet dwar tali xiri u f'kemm il-każ ġew konklużi n-negozjati? Liema huma l-każini li nxtraw u f'liema lokalità qegħdin?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li prezentament dan il-Gvern qieghed fi stadju avvanzat tal-processi relattivi tant illi fil-jiem li ġejjin il-Gvern ser jkun qed jersaq il-quddiem biex juri l-intenzjoni tiegħu li jakkwista l-ewwel propjetajiet mingħand is-sidien rispettivi. Dan il-Gvern impennjat li jaghmel dak kollu possibli sabiex jissalvagwardja l-kultura fil-komunitajiet ta’ pajjizna. Intant, saru u qed jsiru laqgħat paralleli mal-kumitati li joperaw mill-istess propjetajiet sabiex jiġu diskussi l-kundizzjonijiet il-ġodda. Dan il-proċess, li hu wiehed delikat hafna, qed isir bl-ikbar kawtela sabiex jigi assigurat li l-proċess ikun ġust mal-partijiet kollha kkonċernati. F’dan l-isfond, rrid nirrimarka wkoll illi apparti l-process hawn fuq msemmi, dan il-Gvern haseb ukoll ghall-skemi t’għajnuna għal għaqdiet mużikali oħra li xtraw il-każini tagħhom b’tant sagrifiċċju. Fil-fatt, tali socjetajiet diga inghataw u ser ikunu qed jinghataw ghajnuna sabiex ikunu jistu’ jwettqu tibdil fl-operat tagħhom jew xogħlijiet ta’ restawr fil-każini rispettivi tagħhom. Dan kollu qeghdin naghmluh ghaliex tassew ghandna il-kultura ta’ pajjizna f’qalbna u ghalhekk ghandna dover u obbligu li nkomplu nirrikonoxxu s-sehem tal-volontarjat fis-soċjetajiet mużikali u l-għaqdiet tal-armar fl-ibliet u l-irħula Maltin u Għawdxin.

Awtorità tal-Ippjanar – Ħruġ ta’ permessi għat-tqegħid ta’ reverse vending machines

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi mill-Awtorità tal-Ippjanar għat-tqegħid ta' reverse vending machines li bdew jitħaddmu fl-14 ta’ Novembru? F'liema lokalitajiet ħarġu l-permessi u kemm hemm magni li għandhom permess f'kull lokalità, lokalità b’lokalità? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm permessi għadhom fil-proċess li jinħarġu mill-Awtorità tal-Ippjanar għat-tqegħid ta' reverse vending machines? F'liema lokalitajiet hemm dawn l-applikazzjonijiet u għal kemm-il magna f'kull lokalità, lokalità b’lokalità?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella li turi n-numru ta’ applikazzjonijiet għal reverse vending machines approvati jew pendenti għal kull lokalità.

Reverse Vending Machines

Question

B'referenza għall-iskema tar-rifużjoni tad-depożitu ta' 10c tal-kontenituri tax-xorb, tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu t-total ta' reverse vending machines li bdew jitħaddmu fl-14 ta’ Novembru, 2022? Fejn jinsabu dawn ir-reverse vending machines lokalità b’lokalità? Għal kull reverse vending machine li bdiet topera, tista' l-Ministru tispeċifika jekk din ġietx installata f'supermarket jew ħanut tal-merċa, inkella f'Public Recycling Hubs?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li fl-14 ta’ Novembru 2022 il-kumpanija privata li qed tmexxi dan il-proġett s'issa għandha joperaw 173 Retail Reverse Vending Machine, u 101 Public Reverse Vending Machines ġo Public Hubs. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji tal-lokalitajiet u l-istabbilimenti kummerċjali kollha fejn jinsabu r-Reverse Vending Machines.

Ftuħ ta' aktar special schools għal tfal li għandhom ħtiġijiet speċjali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Gvern hux mistenni li jiftaħ iktar special schools għal tfal li għandhom ħtiġijiet speċjali? Jista' jgħid jekk l-iskejjel eżistenti għal dawn it-tfal, bħal Guardian Angel, humiex kollha full up? Jista' jikkonferma li qed ikun hemm tfal li minflok fl-iskejjel qed jintbagħtu fi djar bħal Inspire jew Hand in Hand, u jekk iva x'follow up qed ikun hemm għal dawn it-tfal li jmorru f'dawn iċ-ċentri? Kif jitqabblu r-riżultati f'dawn iċ-ċentri mar-riżultati ta' skejjel speċjali?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-Ċentri tar-Riżorsi, li preċedentement kienu jissejħu Special Schools, mhumiex full-up u qed jgħaqdu l-ħtiġijiet kollha neċessarji. Il-Ministeru kontinwament jevalwa programmi, li jiġu monitorjati mill-Uffiċċjali Edukattivi, u li jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għal ċertu studenti bi ħtiġijiet partikulari. B’hekk ċertu studenti jattendu istituzzjonijiet edukattivi bħall-Inspire LinC u Hand in Hand.

Skejjel li għandhom tfal bi bżonnijiet speċjali fil-klassijiet mainstream

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk f'dawk l-iskejjel li għandhom tfal bi bżonnijiet speċjali fil-klassijiet mainstream, hux qed ikun hemm nurse fl-istess skola biex tieħu/jieħu ħsieb il-ħtiġijiet li jistgħu jinqalgħu f'dawn iċ-ċirkostanzi fl-istess skejjel?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel ikun hemm l-assistenza kemm tal-first aiders u kif ukoll tan-nurse fejn ikun hemm il-ħtieġa. Mhux kull min għandu bżonnijiet speċjali għandu/għandha bżonn l-intervent tan-nurse.

PreTerm births

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm twelid 'preterm', kull sena, sena b'sena bejn l-2015 u llum? Jista' jagħti indikazzjoni dwar x'qed iwassal għal bidla fin-numru minn sena għal oħra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella hawn taħt mehmuża. It-tabella mehmuża ma turi l-ebda flattwazzjoni statistikament sinifikanti bejn sena u oħra. 2015 2016 2017 2018 2019 2020 2021 <28 weeks 24 36 21 30 22 30 16 28-31 weeks 30 35 35 33 30 30 28 32-36 weeks 261 319 306 244 285 256 266

NPICU — servizz

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' tfal li jattendu għal xi servizz fl-NPICU? Kif inbidel in-numru ta' persuni li jattendu għal xi servizz, bejn is-snin 2015 u 2022? Kemm kien, kull sena, in-numru ta' tfal li rċevew servizz f'dan iċ-ċentru? Kemm kien, kull sena, in-numru ta' tfal li kienu qegħdin fuq il-waiting list sabiex jirċievu servizz minn dan iċ-ċentru?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-NPICU hija Sala ta’ Kura Intensiva għat-Trabi. Għaldaqstant ma teżistix waiting list għal din is-sala.

San Pawl il-Baħar — Għoti ta' vaċċin tal-Influwenza u ta' kontra l-Covid-19 u l-Omicron

Question

Billi jidher li għal dak li jikkonċerna l-għoti tal-vaċċin kontra l-Covid-19 u Omicron, kif ukoll il-vaċċin kontra l-influwenza, instabet soluzzjoni għal lokalitajiet li m'għandhomx berġa jew klinika, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jassigura li dawn il-vaċċini jibdew jingħataw f'San Pawl il-Baħar, u fiż-żoni li jaqgħu taħt l-istess lokalità?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-iblut u l-irħula fejn hemm Ċentru għas-Saħħa Komunitarju, it-tilqim imsemmi qed jingħata minn dawn iċ-Ċentri. Fejn ma hemmx, it-tilqim qiegħed jingħata mill-binja tal-Kunsill Lokali kif jidher fit-tabella hawn taħt mehmuża. Dan l-arranġament jeskludi tfal taħt it-18-il sena. Dawn iridu jmorru fil-Kliniċi tal-NIS fiċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Furjana, Raħal Ġdid u l-Mosta. Monday 21st Birgu 08.30 - 16.00 hrs Wednesday 23rd Pembroke 08.30 - 17.00hrs Morning 08.00 -11.30 hrs Afternoon 12.30 - 16.00hrs Wednesday 23rd Lija Balzan Thursday 24th Swieqi 08.30 - 16.00hrs Morning 08.00 -11.30 hrs Afternoon 12.30 - 16.00hrs Friday 25th Mgarr Mdina Haz-Zebbug Siggiewi Monday 28th Mqabba Qrendi Isla Xaghjra Tuesday 29th Gharghur Iklin Wednesday 30th Luqa Safi San Pawl l-Baħar Mtarfa Thursday 1st Dec San Gwann San Giljan B’Bugia Msida

Aġenzija Sapport – ħaddiema Support Workers

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm l-Aġenzija Sapport tħaddem persuni u kemm hemm minnhom li jaħdmu bħala support workers? Tista’ tagħti tagħrif dwar jekk is-support workers u dawk li jaħdmu direttament mar-residenti, jingħatawx taħriġ kontinwu matul is-snin u x’tip ta’ taħriġ jingħataw?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li fi ħdan l-Aġenzija Sapport hemm 623 impjegat li sad-data tat-tweġiba, 428 minnhom huma fil-grad ta’ support worker. L-impjegati kollha jingħataw taħriġ skont il-bżonnijiet li jkunu ġew identifikati. Fir-rigward ta’ support workers u professjonisti li jaħdmu direttament tal-klijenti li jagħmlu użu mis-servizzi tal-Aġenzija, hemm taħriġ obbligatorju bħal First Aid, Food Handling, Mental Health First Aid u firxa wiegħsa ta’ taħriġ speċjalizzat ieħor, bħal dawk elenkati fit-tabella ta’ hawn taħt. Id-Dipartiment tar-Rizorsi Umani jikkordina dan it-taħrig u jimplimenta l-iskeda ta’ korsijiet li jkunu ġew identifikati wara li tkun saret analiżi ta’ x’taħriġ wieħed għandu bżonn (training gap analysis). L-Aġenzija tassisti wkoll lil dawk l-impjegati li jkomplu jistudjaw permezz ta’ study leave u toħroġ wkoll sejħiet għal sponsorship għal korsijiet akkreditati bħal dawk organizzati mid-Dipartiment tal-Istudju dwar id-Diżabilità fl-Università ta’ Malta. Taħriġ ieħor jinkludi: Autism and Spell Framework Programme for New Support Workers Self-Advocacy Training Award in Planning and Organisation Skills Supervision and Leadership Training Induction Training Training on Addiction IT Training Course on Sex Education Epilepsy Training Training on Bullying Developing Emotional Resilience Award in Occupational Health and Safety Psychiatric Medication Training Non-Abusive Psychological and Physical Intervention Training (NAPPI) Active Support and Positive Behaviour Support National Strategy on Disability Training

Għaqdiet volontarji — skemi/għotjiet/grants

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3525 u 3654 u jinforma lill-Kamra liema kienu dawk l-iskemi/għotjiet/grants li ġew offruti lill-għaqdiet volontarji minn dan il-Ministeru għall-2021 u għall-2022, b’mod separat u għal kull sena? Kemm kien il-valur allokat (budgeted) għal kull waħda minn dawn l-iskemi b’mod separat għall-2021 u l-2022? Kemm kien il-valur li fil-fatt ġie allokat għal kull waħda minn dawn l-iskemi u lil liema għaqda ġie allokat? Għall-2023, jista’ l-Ministru jinforma liema huma dawk l-iskemi/għotjiet/grants li hu ppjanat li jiġu offruti lill-għaqdiet volontarji minn dan il-Ministeru u kemm hu l-valur allokat (budgeted) għal kull waħda minn dawn l-iskemi?

Response (BONNICI, OWEN)

Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskemi li minnhom se jkunu jistgħu jgawdu għadd ta’ għaqdiet oħrajn matul l-2023 se jkunu qed jitħabbru aktar ’il quddiem, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-iskemi kollha li kienu disponibbli minn dan il-Ministeru fis-snin 2021 u 2022 u l-ammonti allokati lil kull waħda, u lista tal-għaqdiet kollha li bbenefikaw minnhom.