Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qawra – Skola Primarja — parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx jew kienx hemm diffikultajiet dwar aċċessibbilta u ingress ta’ ilma fil-parkeġġ tal-Iskola Primarja tal-Qawra li għadu mhux miftuħ għall-użu tal-pubbliku? Jekk iva, jista’ l-Ministru jagħti iktar tagħrif dwar dawn iż-żewġ materji?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4526.

Qawra – Skola Primarja – compliance certificates

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk inħarġux il-compliance certificates kollha relatati mal-Iskola Primarja tal-Qawra u l-parkeġġ tal-istess skola? Jekk dawn il-compliance certificates ma nħarġux kollha, liema huma dawk li għad iridu jinħarġu u fiex wasal il-proċess għal kull każ?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4526. (Informazzjoni Addizzjonali: Ara Dokument PL 1027 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 68, nhar l-Erbgħa, 7 ta' Diċembru 2022)

Interventi fuq bajjiet ramlin

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar fejn hu mistenni li jsiru interventi fuq bajjiet ramlin matul is-sena 2023? F’kull każ x’inhu mistenni li jkun l-intervent li ser isir? Jista’, għal kull każ, jagħti tagħrif dwar jekk hux diġà nħarġu l-permessi neċessarji għal dan ix-xogħol, u f’kull każ fejn wasal il-proċess tat-tendering għall-istess xogħol?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għadha fi stadju ta’ studju ta’ fejn ser tagħmel interventi fil-2023.

San Pawl il-Baħar – Sistemi tad-drenaġġ

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar liema partijiet tal-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar għandha s-sistema tad-drenaġġ tagħha mqabbda mas-sistema prinċipali li tgħaqqad is-sistema tad-drenaġġ? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanti li juru liema partijiet minn din il-lokalità għandha s-sistema tad-drenaġġ ikkomunikata?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tkun aktar speċifika fit-talba tagħha. Dak li qed jiġi mitlub jirrikjedi ammont konsiderevoli ta’ ħin biex l-informazzjoni tinġabar u tkun analizzata.

San Pawl il-Baħar – żbroff tad-drenaġġ fil-baħar

Question

Billi matul il-jiem li għaddew reġa’ kien hemm żbroff ta’ drenaġġ li mar il-baħar ġewwa l-lokalità ta' San Pawl il-Baħar, tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar x'passi ttieħdu wara dan l-iżbroff?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-aħħar żbroff ta’ drenaġġ irreġistrat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-llma li mar il-baħar fl-akwati ta’ San Pawl il-Baħar seħħ fl-20 ta’ Ottubru 2022 fi Triq l-iskola. Dan l-iżbroff kien ikkawżat minn ħsara kkaġunata minn kuntrattur, liema ħsara ġiet imsewwija mill-Korporazzjoni dakinhar stess.

Skemi għal enerġija effiċjenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru hux ser ikollu skema/i fl-2023 li permezz tagħha/tagħhom għaqdiet volontarji u sportivi jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja biex ikunu jistgħu jinvestu f'enerġija effiċjenti pereżempju billi jinstallaw apparat li jkun iktar energy efficient matul l-2023? Tista' tagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm tali skemi fl-2022 jew fis-snin preċedenti u jekk iva kemm kien hemm għaqdiet li bbenefikaw minn tali skemi, kif ibbenefikaw u kemm kien l-ammont li fil-fatt intuża għal tali skemi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma ser tkun qed toħroġ skema fl-2023 għal għaqdiet volontarji u sportivi sabiex jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja biex ikunu jistgħu jinvestu f’enerġija effiċjenti. Skemi simili għal għaqdiet volontarji u sportivi ilhom jinħarġu mill-Aġenzija sa mill-2019. Minn dawn l-iskemi ibbenefikaw 82 għaqda volontarja u sportiva, li ngħataw “grants” sabiex iwettqu proġetti biex itejbu l-użu tal-enerġija u l-ilma fil-premises tagħhom. Il-valur totali ta’ finanzjament taħt dawn l-iskemi huwa ta’ €1,830,000.

San Pawl il-Baħar – Berġa

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3902 rigward il-Klinika tal-Komunità f'San Pawl il-Baħar, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti tagħrif dwar l-indirizz ta' fejn ser tkun qiegħda tinfetaħ din il-klinika, x'servizzi ser ikunu offruti u min ser ikun jista' juża dawn is-servizzi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 3902.

Special Olympics – għajnuna lil sportivi b’diżabilità

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3785 rigward għajnuna lil sportivi b’diżabilità, jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija u jagħti tagħrif dwar liema għajnuna speċifika, inkluż dik finanzjarja, tingħata lil dawk l-isportivi b'diżabilità (jew lill-ġenituri tagħhom) li jkunu qegħdin jippreparaw biex jieħdu sehem fil-Paralympics?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

L-Imġarr Malta – sistemi tad-drenaġġ

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema partijiet tal-lokalità tal-Imġarr, Malta għandha s-sistema tad-drenaġġ tagħha mqabbda mas-sistema prinċipali li tgħaqqad is-sistema tad-drenaġġ? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanti li juru liema partijiet minn din il-lokalità għandha s-sistema tad-drenaġġ ikkomunikata?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tkun aktar speċifika fit-talba tagħha. Dak li qed jiġi mitlub jirrikjedi ammont konsiderevoli ta’ ħin biex l-informazzjoni tinġabar u tkun analizzata.

Għaqdiet Sportivi reġistrati mal-Kunsill Malti għall-Isports

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4177 u jagħti tagħrif dwar in-numru ta' għaqdiet sportivi li huma reġistrati mal-Kunsill Malti għall-Isports, lokalità b’lokalità? F'kull każ, f’liema dixxiplini sportivi huma attivi l-għaqdiet li huma reġistrati mal-Kunsill Malti għall-Isports?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Il-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar – Benefiċċji Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4178 u jgħid kemm huma l-persuni li jingħataw benefiċċji soċjali bħala single parents, fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar, separatament għal kull lokalità? Jista' jgħid kemm hu t-total ta' persuni li jingħataw tali benefiċċju bħala single parents?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba minnha hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: SINGLE PARENTS L-IMĠARR MELLIEĦA NAXXAR SAN PAWL IL-BAĦAR TOTAL SEPARATI DE FACTO 2 1 2 12 17 DIVORZJATI 1 0 1 3 5 LEGALMENT SEPARATI 2 3 13 38 56 XEBBA/GĦAŻEB 10 22 15 74 121 ARMEL/ARMLA 0 1 1 1 3 TOTAL 15 27 32 128 202

Eżamijiet jew assessments għal tfal bi bżonnijiet speċjali

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3903 rigward eżamijiet jew assessments għal tfal bi bżonnijiet speċjali, jista' l-Ministru jgħid jekk il-karta livellata hux se tkun standardizzata għal kull student?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ta’ Qali – Pitkalija — investiment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema investiment sar fil-Pitkalija ġewwa Ta' Qali, minn Jannar 2021 sal-ġurnata li qiegħda tiġi mwieġba din id-domanda parlamentari? Fiex kienu jikkonsistu x-xogħlijiet li saru? Liema xogħol ieħor hu mistenni li jsir matul is-sena d-dieħla, fl-istess pitkalija?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta li l-investimenti li saru fil- Pitkalija minn Jannar 2021 sal-lum huma dawn li ġejjin, installazjoni ta’ makkinarju ġdid, titjib ta’ faċilitajiet, titjib f’infrastruttura, titjib f’infrastruttura tal-IT u tagħmir ieħor. Għas-sena 2023 qed naħsbu li jsiru dawn l-investimenti bħal, makkinarju għall-ippakkjar tal-basal u l-patata (proċess ta’ klassifikazzjoni/gradazzjoni), provvista ġdida tan-netwerk għad-distribuzzjoni fl-istalls tal-Pitkalija, impjant tal-bojler fil-bini tal-ħasil tal-kannestri biex jitnaqqas il-konsum tal-elettriku, titjib fil-PMMS u applikazzjonijiet tal-Artificial Intelligence.

In-Naxxar – Sistemi tad-drenaġġ

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar liema partijiet tal-lokalità tan-Naxxar għandha s-sistema tad-drenaġġ tagħha mqabbda mas-sistema prinċipali li tgħaqqad is-sistema tad-drenaġġ? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanti li juru liema partijiet minn din il-lokalità għandha s-sistema tad-drenaġġ ikkomunikata?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tkun aktar speċifika fit-talba tagħha. Dak li qed jiġi mitlub jirrikjedi ammont konsiderevoli ta’ ħin biex l-informazzjoni tinġabar u tkun analizzata.

Il-Mellieħa – Sistemi tad-drenaġġ

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar liema partijiet tal-lokalità tal-Mellieħa għandha s-sistema tad-drenaġġ tagħha mqabbda mas-sistema prinċipali li tgħaqqad is-sistema tad-drenaġġ? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanti li juru liema partijiet minn din il-lokalità għandha s-sistema tad-drenaġġ ikkomunikata?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tkun aktar speċifika fit-talba tagħha. Dak li qed jiġi mitlub jirrikjedi ammont konsiderevoli ta’ ħin biex l-informazzjoni tinġabar u tkun analizzata.

San Pawl il-Baħar – Triq l-Artikli — bozza

Question

Tista’ l-Ministru tikkonferma li l-Enemalta waslilha rapport li l-bozza (ir-ritratti qed jintbagħtu separatament) li qiegħda fuq arblu fi Triq l-Artikli, San Pawl il-Baħar tinsab mitfija? Jekk iva, meta wasal dan ir-rapport? Tista' tieħu l-passi neċessarji biex din il-bozza terġa' tibda tixgħel?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-bozza li qed tirreferi għaliha ssewwiet.

Qawra – skola primarja – applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3674 u 4038 u jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar li jikkonċernaw l-iskola primarja tal-Qawra? Min kien/u l-perit/periti li ssottomettew kull applikazzjoni u taħt liema entità/dipartiment eċċ. għamlu dan? Għal kull applikazzjoni, jista’ jgħid meta ġiet sottomessa, meta ġiet approvata u meta ħareġ il-compliance certificate? X'kienet ir-raġuni għal tibdil fil-perit bejn applikazzjoni u oħra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar huma: PA/00283/16, PA/1696/16, PA/2166/18 u PA/7961/21. Il-periti konċernati huma: il-Perit Andrew Ellul, il-Perit Charles Buhagiar u l-Perit Nicholas Inguanez.

Impieg ta’ persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4104 u jagħti tagħrif dwar kif qed tiġi infurzata l-liġi dwar l-impjieg tal-persuni b’diżabilità (1969) li tobbliga kumpaniji li jimpjegaw aktar minn għoxrin ruħ, biex jimpjegaw 2% tal-impjegati tagħhom li jkunu fuq ir-Reġistru tal-Persuni b’Diżabilità? Jista’ jgħid mill-2015 sal-lum, għal kull sena, kemm kien hemm kumpaniji f’Malta u Għawdex li nstabu li ma kinux konformi mal-liġi? Il-Gvern kemm ġabar flus minn dawn il-kumpaniji li ma kinux konformi mal-liġi? Il-Gvern kemm għadda flus lill-Fondazzjoni Lino Spiteri minħabba din ir-raġuni, sena b’sena, mill-2015 sal-lum,? Kemm għenet persuni b’diżabilità din il-Fondazzjoni biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol sa mit-twaqqif tagħha, sena b'sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li fl-2015, Jobsplus introduċiet emendi f’l-Att dwar l-Impjieg ta’ Persuni b'Diżabilità, Kap. 210. Wara dawn l-emendi, ġie ffirmat ftehim bejn l-Assoċjazzjoni Maltija ta’ min iħaddem u Jobsplus dwar l-implimentazzjoni tagħhom. Jobsplus bdiet proċess biex il-prinċipji ta’ dan il-ftehim jiġu riflessi fil-ligi u b’hekk jibda jsir l-infurzar ma’ dawk il-kumpaniji li jirrifjutaw li jimpjegaw persuni b'diżabilità u ma jħallsux l-kontribuzzjoni. Fit-tabella t’hawn taħt issib in-numru ta’ kumpaniji f’Malta u Għawdex li nstabu li ma kinux konformi mal-liġi mill-2015 sal-aħħar ta’ Settembru 2022. Sena Numru ta’ kumpaniji 2015 699 2016 747 2017 477 2018 495 2019 615 2020 639 2021 633 l-aħħar ta’ Settembru 22 728

Każijiet ta’ vandaliżmu fuq vetturi

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 111 dwar każijiet ta’ vandaliżmu fuq vetturi, jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' vandaliżmu seħħ f'kull xahar bejn l-1 ta' Mejju 2021 u t-30 t'April 2022?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-każijiet ta' vandaliżmu fuq vetturi, li kienu ndikati fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 111, hija riprodotta fit-tabella t’hawn taħt, xahar b’xahar bejn l-1 ta' Mejju 2021 u t-30 t'April 2022. Town May-21 Jun-21 Jul-21 Aug-21 Sep-21 Oct-21 Nov-21 Dec-21 Jan-22 Feb-22 Mar-22 Apr-22 Total ATTARD 5 2 2 1 1 0 0 0 2 0 0 1 14 BALZAN 1 0 0 0 0 1 1 0 0 0 0 1 4 BIRGU 0 1 0 0 0 0 0 0 1 0 0 0 2 BIRKIRKARA 3 3 2 6 2 5 3 1 2 1 3 2 33 BIRZEBBUGIA 1 0 3 1 3 1 3 1 0 1 3 1 18 BORMLA 1 2 0 0 0 1 1 0 1 0 1 0 7 FGURA 1 2 1 1 0 0 1 1 3 0 3 1 14 FLORIANA 0 2 0 6 2 0 0 1 0 1 0 1 13 G’SIELEM - GHAWDEX 2 2 3 0 0 0 0 0 0 1 0 0 8 GHARB - GHAWDEX 0 1 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 1 GHARGHUR 1 3 1 1 0 0 1 0 0 2 0 0 9 GHAXAQ 0 0 0 1 0 0 0 1 0 0 0 0 2 GUDJA 0 0 1 1 0 0 0 0 0 1 2 0 5 GZIRA 2 3 3 7 7 5 27 2 4 1 2 1 64 HAMRUN 3 0 6 0 1 5 3 0 2 2 0 1 23 IKLIN 1 0 0 0 0 0 1 0 0 0 0 0 2 ISLA 0 0 0 1 0 0 0 0 0 0 1 1 3 KALKARA 1 0 0 0 0 0 1 0 0 0 0 0 2 KERCEM - GHAWDEX 0 0 1 0 1 0 0 0 2 0 0 0 4 KIRKOP 0 1 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 1 LIJA 0 0 0 1 1 0 0 2 0 0 0 0 4 LUQA 0 1 1 0 0 0 0 0 0 0 0 0 2 MARSA 1 3 1 2 3 3 0 4 5 1 1 7 31 MARSASKALA 3 0 1 5 0 2 1 0 4 1 1 0 18 MARSAXLOKK 0 2 2 1 0 1 1 1 0 0 0 0 8 MDINA 0 0 0 0 0 0 0 0 0 1 1 1 3 MELLIEHA 2 6 0 1 2 1 0 2 1 0 2 0 17 MGARR 0 1 1 4 0 0 1 0 0 0 0 0 7 MOSTA 1 1 4 2 1 0 2 4 2 0 0 7 24 MQABBA 0 1 1 1 0 0 0 0 0 0 0 0 3 MSIDA 0 3 1 3 2 19 3 9 0 2 5 2 49 MTARFA 0 0 0 0 0 0 1 0 0 0 0 0 1 MUNXAR - GHAWDEX 1 4 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 5 NADUR - GHAWDEX 0 1 1 3 0 0 0 0 0 1 0 2 8 NAXXAR 1 0 1 2 0 0 1 1 1 1 1 3 12 PAOLA 3 2 1 2 1 4 2 2 0 1 0 0 18 PEMBROKE 1 0 0 0 0 1 0 0 0 0 2 1 5 PIETA' 1 0 2 0 2 1 2 0 1 2 0 2 13 QALA - GHAWDEX 0 0 1 0 0 0 0 0 0 0 0 0 1 QORMI 1 1 1 0 2 2 1 1 1 2 3 6 21 QRENDI 0 0 0 0 0 0 0 0 0 1 1 0 2 RABAT 1 6 3 3 1 3 0 0 0 3 3 0 23 RABAT - GHAWDEX 0 0 0 2 3 1 2 0 1 0 1 0 10 SAFI 0 0 1 0 0 0 0 0 0 0 0 0 1 SAN GILJAN 0 2 3 2 2 2 5 2 2 1 3 2 26 SAN GWANN 2 1 1 1 3 0 0 0 0 4 1 1 14 SAN PAWL IL-BAHAR 6 11 8 14 12 9 6 9 13 11 15 9 123 SANTA LUCIJA 0 0 0 0 0 1 0 0 0 0 1 0 2 SANTA VENERA 0 1 1 0 0 0 0 1 0 0 1 0 4 SIGGIEWI 0 0 0 0 0 1 0 0 1 0 0 2 4 SLIEMA 1 6 2 4 11 1 2 2 3 4 4 2 42 SWIEQI 0 1 0 1 0 0 2 1 0 0 0 1 6 TA' XBIEX 0 1 0 0 0 0 0 1 1 0 0 0 3 TARXIEN 2 0 0 1 0 0 1 1 1 1 0 4 11 VALLETTA 1 0 2 1 1 1 2 2 2 2 0 2 16 XAGHRA - GHAWDEX 1 1 0 1 0 0 1 0 0 2 1 0 7 XEWKIJA - GHAWDEX 2 0 0 3 0 1 0 0 0 0 0 0 6 XGHAJRA 0 0 0 0 0 0 2 0 1 1 0 1 5 ZABBAR 10 0 2 3 1 2 1 0 1 0 2 1 23 ZEBBUG 1 1 0 1 1 1 2 0 0 0 0 1 8 ZEBBUG - GHAWDEX 1 1 2 0 0 1 0 0 1 0 0 0 6 ZEJTUN 0 0 0 1 0 3 2 1 0 1 0 0 8 ZURRIEQ 1 1 1 2 0 0 1 0 1 0 0 0 7 Grand Total 66 81 68 93 66 79 86 53 60 53 64 67 836