San Pawl il-Baħar – siti storiċi taħt ir-responsabilità ta’ Heritage Malta
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma s-siti storiċi fil-limiti ta’ San Pawl il-Baħar li Heritage Malta għandha taħt ir-responsabilità tagħha? Liema minn dawn is-siti huma miftuħa għall-pubbliku? X'investiment sar f'kull wieħed minn dawn is-siti matul din is-sena? X'investiment hu mistenni li jsir f'dawn l-istess siti matul l-2023?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li Heritage Malta m’għandhiex siti fir-responsabbiltà tagħha li jinsabu f’San Pawl il-Baħar.
Naxxar – siti storiċi taħt ir-responsabilità ta’ Heritage Malta
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma s-siti storiċi fil-limiti tan-Naxxar li Heritage Malta għandha taħt ir-responsabilità tagħha? Liema minn dawn is-siti huma miftuħa għall-pubbliku? X'investiment sar f'kull wieħed minn dawn is-siti matul din is-sena? X'investiment hu mistenni li jsir f'dawn l-istess siti, matul l-2023?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-unika sit li tamministra Heritage Malta fl-inħawi tan-Naxxar huwa l-katakombi tas-Salini. Dawn jinfetħu għall-pubbliku b’appuntament.
Matul din is-sena sar tindif u manutenzjoni ġenerali, u sar 360 virtual tour li eventwalment se jkun viżibbli fuq il-website sabiex is-sit ikun aċċessibbli wkoll virtwalment.
Għas-sena d-dieħla se nkomplu bil-manutenzjoni regolari kif ukoll xogħlijiet oħrajn li jkunu bżonjużi.
Mellieħa – siti storiċi taħt ir-responsabilità ta’ Heritage Malta
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma s-siti storiċi fil-limiti tal-Mellieħa li Heritage Malta għandha taħt ir-responsabilità tagħha? Liema minn dawn is-siti huma miftuħa għall-pubbliku? X'investiment sar f'kull wieħed minn dawn is-siti matul din is-sena? X'investiment hu mistenni li jsir f'dawn l-istess siti, matul l-2023?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li Heritage Malta m’għandhiex siti fir-responsabbiltà tagħha li jinsabu l-Mellieħa.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1417 dwar bozoz f'Dawret in-Nawfraġju, San Pawl il-Baħar, tista’ l-Ministru taċċerta li d-dawl pubbliku kollu li hemm fiż-żona ta’ Dawret in-Nawfraġju, inkluż iż-żona tal-boathouses, qiegħed jaħdem kif suppost u li l-bozoz kollha, inkluż dawk fuq arbli, (inkluż il-bozza fuq l-arblu li r-ritratt tiegħu qed jintbagħat separatament) ikunu mixgħula bħall-bqija tat-toroq fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar, dan hekk kif din l-istess bozza fir-ritratt reġgħet tinsab mitfija? F’każ li hemm xi bozza/bozoz jew arblu/arbli li l-bozoz tagħhom mhux jixegħlu, x’inhi r-raġuni għal dan u meta hu mistenni li dan id-dawl jerġa’ jixgħel? Billi hemm ħtieġa ta’ iktar dawl fiż-żona, kif se jiġi assigurat li dan id-dawl jiġi installat u jixgħel minħabba d-dlam li wieħed isib f’din iż-żona?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li d-dawl kollu li jaqa’ taħt responsabiltà tal-Enemalta f’Dawret in-Nawfraġju qiegħed jaħdem wara li saru t-tiswijiet meħtieġa. Kawża tal-maltemp żviluppat ħsara fil-linja prinċipali li tagħti l-provvista lil dawn il-lampi. Din il-linja issewwiet nhar it-8 ta’ Diċembru 2022.
Dwar il-lampa indikat b’ritratt mibgħut separatament ma din il-mistoqsija, ninforma lill-Onor. membru li din mhix tal-Enemalta u kienet imqabbda b’mod irregolari. Għaldaqstant trid issir applikazzjoni ma l-ARMS biex tiġi regolarizzata. Rigward biex jiżdiedu l-bozoz hemm proċedura u trid issir applikazzjoni mill-Kunsill Lokali ma’ l-ARMS.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1418 dwar bozoz f'Dawret in-Nawfraġju, San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni se tittieħed mill-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar dwar il-ħtieġa ta' iktar dawl fiż-żona minħabba d-dlam li wieħed isib f’din iż-żona, hekk kif din is-sitwazzjoni kellha tiġi evalwata mill-istess kunsill lokali skont it-tweġiba għall-istess mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi wara evalwazzjoni li saret fuq il-post minn persuni tekniċi nstab li mhux faċli li jiġu installati bozoz ġodda fl-akkwati aktar minn dawk li ġew installati fl-aħħar żmien mill-istess Kunsill u dan minħabba li taħt it-triq u l-bankina eżistenti hemm il-‘boat houses’.
Qawra — San Pawl il-Baħar - Triq il-Frejgatina u Triq Porzjunkola – dawl pubbliku
Question
Tista’ l-Ministru taċċerta li d-dawl pubbliku kollu li hemm fil-pjazzetta bejn Triq il-Frejgatina u Triq Porzjunkola, Qawra, San Pawl il-Baħar (fiż-żona tal-housing estate) qiegħed jaħdem kif suppost u li l-bozoz kollha jkunu mixgħulin? F’każ li hemm xi bozza/bozoz mhux jixegħlu, tista’ tgħid x’inhi r-raġuni għal dan u meta hu mistenni li dan id-dawl jerġa’ jinxtegħel?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-Enemalta investigat dan il-każ. Fiż-żona indikata l-maġġoranza tal-lampi huma fir-responsabiltà tal-kunsill lokali u allura t-tiswija trid issir mill-kuntrattur tal-Kunsill Lokali. L-Enemalta tikkonferma li f’din iż-żona għandha rapport wieħed li hemm lampa mitfija u li ser tiġi irranġata fil-ġranet li ġejjin.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex ir-residenti ta' San Pawl il-Baħar, b'mod partikolari r-residenti li joqogħdu relattivament qrib il-bypass ta' San Pawl il-Baħar, ma jibqgħux jiġu soġġettati għal storbju qawwi ta' vetturi (minħabba veloċita eċċessiva) għaddejjin mill-istess bypass għaliex spiss qed jispiċċaw ma jistgħux jorqdu b'dan l-istess storbju?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
San Pawl il-Baħar – rapporti ta’ storbju lill-Kunsill Lokali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' storbju ġġenerat minn vetturi fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar ġie rrapportat lill-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar mill-1 ta' Jannar 2022 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? X'passi ttieħdu mill-Kunsill Lokali fuq dawn l-istess rapporti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li lmenti relatati ma' sewqan b'mod abbużiv jidħlu lill-Kunsill minn żmien għal żmien, prattikament dwar it-toroq kollha madwar il-lokalità. F'każi simili hija prassi li l-Kunsill Lokali jinnotifika lill-entità responsabbli mit-triq inkwistjoni skont il-każ.
Sptar Mater Dei – servizz ta’ qtugħ ta’ xagħar jew tqaxxir tal-leħja lill-pazjenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk fl-Isptar Mater Dei hemmx persuni li jagħtu servizz ta’ qtugħ ta’ xagħar, jew tqaxxir tal-leħja lill-pazjenti li jkunu rikoverati fl-isptar għal tul ta’ żmien? Jekk iva, kif jista’ pazjent jingħata dan is servizz?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-Isptar Mater Dei jingħata s-servizz ta' barbier lill-pazjenti li jitolbuh.
Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti u x’investiment huma maħsuba biex ix-Xemxija Heritage Trail, f’San Pawl il-Baħar, tingħata l-importanza mistħoqqa? Liema huma dawk ix-xogħlijiet li hu mistenni li jitwettqu f’dan il-post proprju sabiex dan jiġi mħares, jingħata l-importanza mistħoqqa u jkun hemm apprezzament aħjar ta’ dan il-wirt storiku tant importanti għal pajjiżna?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi fil-bidu ta’ din is-sena sar l-akbar investiment finanzjarju fix-Xemxija Heritage Trail, wara snin twal. Fil-fatt infurmat li wara proposta mressqa mill-Kunsill rispettiv, bank lokali ha l-inkarigu li jisponsorja r-restawr kollu tal-grada prinċipali u t-tisħiħ fis-sistema tal-elettriku tal-‘Underground Mill’. L-inizjattiva ħasbet ukoll biex saret tindifa ġenerali.
Intant infurmat ukoll li fil-preżent il-Kunsill qed jassisti NGO ġdida li twaqqfet minn esperti fil-qasam sabiex dan is-sit jingħata l-akbar attenzjoni possibbli.
B’referenza għad-domandi parlamentari 3902 u 4415 u r-risposti tagħhom dwar berġa fl-inħawi ta’ Pawl il-Baħar, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma jekk ġiex identifikat is-sit fejn ser tkun qiegħda tinfetaħ din il-Klinika tal-Komunità? Jekk iva f’liema triq ser tkun qiegħda tinfetaħ din l-istess klinika?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 3902.
Imġarr – siti storiċi taħt ir-responsabilità ta’ Heritage Malta
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma s-siti storiċi fil-limiti tal-Imġarr li Heritage Malta għandha taħt ir-responsabilità tagħha? Liema minn dawn is-siti huma miftuħa għall-pubbliku? X'investiment sar f'kull wieħed minn dawn is-siti matul din is-sena? X'investiment hu mistenni li jsir f'dawn l-istess siti, matul l-2023?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ż-żewġ siti li tamministra Heritage Malta fl-Imġarr huma t-tempji neolitici Ta’ Ħaġrat u Skorba. Dawn huma miftuħa għall-pubbliku regolarment.
Matul din is-sena sar tindif u manutenzjoni ġenerali, u ġie prodott dokumentarju għat-televiżjoni li jiffoka fuq id-daħla ewlenija għal Ta’ Haġrat u r-rwol tal-komunità tal-Imġarr fl-amministrazzjoni tas-sit minn meta ġie skopert. Dan l-episodju se jidher fl-2023.
Għas-sena d-dieħla se nkomplu bil-manutenzjoni regolari kif ukoll xogħlijiet oħrajn li jkunu bżonjużi.
Għaqdiet Sportivi reġistrati mal-Kunsill Malti għall-Isports
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4177 u 4377 u jagħti tagħrif dwar in-numru ta' għaqdiet sportivi li huma reġistrati mal-Kunsill Malti għall-Isports, lokalità b’lokalità? F'kull każ, f’liema dixxiplini sportivi huma attivi l-għaqdiet li huma reġistrati mal-Kunsill Malti għall-Isports?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-Kunsill Malti għall-Isport ma baqax jiffunzjona mit-twaqqif ta’ Sport Malta fl-2014. L-għaqdiet sportivi jammontaw għal 384 u l-attività sportiva kondotta minnhom qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li tali għaqdiet joperaw minn faċilitajiet sportivi vari u b’hekk ma jistgħux jiġu distinti lokalità b’lokalità.
Eżamijiet jew assessments għal tfal bi bżonnijiet speċjali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4408 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3903 rigward eżamijiet jew assessments għal tfal bi bżonnijiet speċjali, jista' l-Ministru jgħid jekk il-karta livellata hux se tkun standardizzata għal kull student?
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 3299 u 4410 u t-tweġibiet għalihom, tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) għandhiex informazzjoni ta’ fejn hemm u fejn ma hemmx sistema tad-drenaġġ ikkomunikata mas-sistema prinċipali tad-drenaġġ u fejn hemm din is-sistema kkommunikata fin-Naxxar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għar-risposti li ngħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari 3299 u 4410 fejn intalbet tgħarraf lill-Kamra jekk taf b’xi nħawi fin-Naxxar li mhumiex imqabbdin mas-sistema tad-drenaġġ prinċipali.
Il-WSC tipprovdi dan is-servizz tad-drenaġġ skont il-Customer Charter, li qed inpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra u li jinstab ukoll fuq il-websajt, Sezzjoni 2.3 għal kull lokalità mingħajr eċċezzjoni.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 3298 u 4411 u t-tweġibiet għalihom, tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) għandhiex informazzjoni ta’ fejn hemm u fejn ma hemmx sistema tad-drenaġġ ikkomunikata mas-sistema prinċipali tad-drenaġġ u fejn hemm din is-sistema kkommunikata fil-Mellieħa?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 4665.
Special Olympics – għajnuna lil sportivi b’diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4416 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3785 rigward għajnuna lil sportivi b’diżabilità, jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija u jagħti tagħrif dwar liema għajnuna speċifika, inkluż dik finanzjarja, tingħata lil dawk l-isportivi b'diżabilità (jew lill-ġenituri tagħhom) li jkunu qegħdin jippreparaw biex jieħdu sehem fil-Paralympics?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' storbju ġġenerat fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar ġie rrapportat mill-1 ta’ Jannar 2022 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? X'kienet il-kawża ta' dawn ir-rapporti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi minn Jannar sal-aħħar ta’ Novembru ta’ din is-sena ma kienx hemm rapporti ta' storbju ġġenerat fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar fis-sistema elettronika ta’ Pulizija.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il uffiċċju ta' informazzjoni għat-turisti jew tourist information points għandha l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) jew il-Ministeru? F’liema lokalitajiet jinsabu dawn? X'inhuma l-ħinijiet ta' ftuħ għal kull każ?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija pubblika u tinsab fuq il-website tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fuq:
https://www.visitmalta.com/en/info/tourist-information-offices/
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-webpage.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn il-parkeġġ tal-Iskola Primarja tal-Qawra għadu mhux miftuħ għall-użu tal-pubbliku?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li nirreferih għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 2538, ninfurmah ukoll li ser jiġi ffirmat ftehim fit-12 ta’ Diċembru.
(Informazzjoni Addizzjonali: Ara Dokument PL 1027 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 68, nhar l-Erbgħa, 7 ta' Diċembru 2022)