Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Pawl il-Baħar — Triq San Pawl u Triq Parades - bozoz

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jassigura li l-bozoz kollha li jinsabu fi Triq San Pawl u Triq Parades, San Pawl il-Baħar, ikunu qegħdin jiffunzjonaw hekk kif numru minn dawn il-bozoz jinsabu mitfija sa meta qiegħda ssir din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar li l-istess Kunsill dejjem jieħu azzjoni immedjata sabiex jiġu indirizzati kwalsiasi lmenti.

Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar — Skeda ġdida ta' ġbir ta' skart

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif il-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar informa lir-residenti dwar l-iskeda l-ġdida tal-ġbir ta' skart li bdiet titħaddem mit-2 ta' Jannar 2023?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi l-istess Kunsill Lokali, inkluż il-Kunsilliera, qegħdin kollettivament iwasslu l-messaġġ b’diversi metodi, fosthom, permezz tal-midja soċjali u tqassim ta’ avviżi bl-idejn fejn meħtieġ. Dan fl-istess waqt li l-Gvern għaddej b’kampanja ta’ informazzjoni fuq diversi stazzjonijiet tar-radju u televiżjoni, fuq il-midja soċjali kif ukoll fit-toroq lokali permezz ta’ billboards.

Qawra – Skola Primarja — parkeġġ

Question

B’referenza għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 4526 dwar il-parkeġġ tal-Iskola Primarja tal-Qawra, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li ġie ffirmat iktar kmieni llum 12 ta’ Diċembru, 2022?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-kuntratt qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — biċċeriji privati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4845 u jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' biċċeriji privati, reġistrati mal-Ministeru u fejn jinsabu lokalità b’lokalità? Liema annimali/tjur huma awtorizzati li jinqatlu f'dawn il-biċċeriji privati?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hemm ħames biċċeriji privati, reġistrati mal-Ministeru, tliet biċċeriji awtoriżżati biex joqtlu tjur u dawn jinsabu l-Qrendi, Burmarrad u s-Siġġiewi u żewġ biċċeriji awtorizzati biex joqtlu fniek u dawn jinsabu ż-Żurrieq u l-Magħtab.

Qawra — San Pawl il-Baħar - Triq il-Frejgatina u Triq Porzjunkola – dawl pubbliku

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4810 dwar dawl pubbliku fil-pjazzetta bejn Triq il-Frejgatina u Triq Porzjunkola, Qawra, San Pawl il-Baħar, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar irċeviex ilmenti dwar bozza/bozoz li mhumiex jixgħelu f’din il-pjazzetta? Jekk iva, x’azzjoni ttieħdet mill-Kunsill Lokali u meta ttieħdet? X’azzjoni qiegħda tittieħed mill-Kunsill Lokali sabiex tiżgura li d-dawl f’din il-pjazzetta jkun kollu mixgħul?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi l-ħsara msemmija ġiet imsewwija.

Qawra — San Pawl il-Baħar - Triq il-Frejgatina u Triq Porzjunkola – dawl pubbliku

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4809 dwar dawl pubbliku fil-pjazzetta bejn Triq il-Frejgatina u Triq Porzjunkola, Qawra, San Pawl il-Baħar, tista’ l-Ministru tgħid xi żviluppi kien hemm minn mindu ngħatat it-tweġiba għall-istess mistoqsija parlamentari?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li f’din iż-żona t-tiswijiet neċessarji tal-lampi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Enemalta tlestew.

Qawra — San Pawl il-Baħar - Triq il-Frejgatina u Triq Porzjunkola – dawl pubbliku

Question

B’referenza għad-domanda parlamentari 4809, dwar dawl pubbliku fil-pjazzetta bejn Triq il-Frejgatina u Triq Porzjunkola, Qawra, San Pawl il-Baħar, tista’ l-Ministru tgħid x’azzjoni ttieħdet mill-Enemalta dwar dan id-dawl mitfi hekk kif min ressaq ilment mal-Kunsill Lokali ġie infurmat li dan ir-rapport għadda għand l-Enemalta?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 4923.

San Pawl il-Baħar – Triq It-Turisti – pjanti tal-proġett tal-playing field

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-pjanti tal-proġett tal-playing field fi Triq it-Turisti kantuniera ma’ Triq Cassarino, Qawra, San Pawl il-Baħar u jinforma fiex ħa jkun qed jikkonsisti dan il-proġett? Kemm hi l-istima ta’ dan il-proġett u kif ser jiġi ffinanzjat? Meta hu ppjanat li jitlesta dan il-proġett?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi l-pjanti tal-proġett tal-playing field imsemmi, liema pjanti qed jiġu mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra, ġew approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar u mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar fil-leġiżlatura preċedenti. Infurmat ukoll li l-offerta mitfuħa approvata mill-istess Kunsill hi ta’ €434,610 (Vat eskluż). Intant infurmat ukoll li l-proġett diġà kkwalifika mill-iskema ‘Finanzjament ta’ Proġetti Kapitali – Komunitajiet isbaħ u aktar b’saħħithom’, bl-ammont ta’ €107,000.00 fejn €80,000.00 minhom ġew iddepożitati fil-kont tal-Kunsill f’Novembru 2022. Ma jżomm xejn lill-Kunsill milli japplika għal fondi addizzjonali oħra. Finalment, infurmat li l-proġett huwa mistenni li jitlesta kompletament għall-aħħar tas-sena 2023.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — irziezet tal-majjal

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' rziezet tal-majjal reġistrati mal-ministeru/dipartimenti li jaqgħu taħtu, lokalità b’lokalita? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' majjali reġistrati f'dawn l-irziezet?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 813.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — irziezet tat-tiġieġ tas-simna

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' rziezet tat-tiġieġ tas-simna reġistrati mal-ministeru/dipartimenti li jaqgħu taħtu, lokalità b’lokalità? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' tiġieġ tas-simma reġistrati f'dawn l-irziezet?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 812.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — irziezet tat-tiġieġ tal-bajd

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' irziezet tat-tiġieġ tal-bajd reġistrati mal-ministeru/dipartimenti li jaqgħu taħtu, lokalità b’lokalità? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' tiġieġ tal-bajd reġistrati f'dawn l-irziezet?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 812.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — irziezet tal-mogħoż

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' irziezet tal-mogħoż reġistrati mal-ministeru/dipartimenti li jaqgħu taħtu, lokalità b’lokalità? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' mogħoż reġistrati f'dawn l-irziezet?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 809.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — irziezet tan-nagħaġ

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' irziezet tan-nagħaġ reġistrati mal-ministeru/dipartimenti li jaqgħu taħtu, lokalità b’lokalità? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' nagħaġ reġistrati f'dawn l-irziezet?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 809.

San Pawl il-Baħar – Triq il-Mosta – pelican lights

Question

Jista’ l-Ministru jassigura li l-pelican lights li hemm fi Triq il-Mosta, San Pawl il-Baħar mhumiex ta’ periklu u li jsiru t-tiswijiet neċessarji, hekk kif sa meta qiegħda ssir din id-domanda parlamentari waħda minn dawn il-pelican lights kellha l-kaxxa, li tintuża biex il-persuni li jridu jaqsmu t-triq jagħfsuha, miftuħa u bil-wires jidhru?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infurmat li din il-ħsara ssewwiet wara li l-Awtorità rċeviet rapport li dan il-pelican kellu l-ħsara.

Qawra — San Pawl il-Baħar - Triq il-Frejgatina u Triq Porzjunkola – dawl pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jaċċerta li d-dawl pubbliku kollu li hemm fil-pjazzetta bejn Triq il-Frejgatina u Triq Porzjunkola, Qawra, San Pawl il-Baħar (fiż-żona tal-housing estate) qiegħed jaħdem kif suppost u li l-bozoz kollha jkunu mixgħulin? F’każ li hemm xi bozza/bozoz mhux jixegħlu, jista’ jgħid x’inhi r-raġuni għal dan u meta hu mistenni li dan id-dawl jerġa jinxtegħel?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mil-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-Kunsill Lokali mhux responsabbli mit-tiswijiet tal-provistà tad-dawl tat-toroq. Għalhekk, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex għal aktar informazzjoni tirreferi għall-Ministeru kkonċernat.

Pulizija – każijiet ta’ vandaliżmu fuq vetturi

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 4352 u 4354 dwar każijiet ta' vandaliżmu fuq vetturi, jista' l-Ministru jgħid f'liema toroq fil-lokalitajiet tan-Naxxar, Mellieħa u San Pawl il-Baħar seħħew dawn il-każi ta' vandaliżmu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi b’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 4352 u 4354, dwar każi ta' ħsara vonlontarja fuq vetturi, id-dettalji dwar it-toroq fejn seħħew dawn il-każijiet fil-lokalitajiet tan-Naxxar, Mellieħa u San Pawl il-Baħar, qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pulizija – każijiet ta’ vandaliżmu fuq vetturi

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 4352 u 4354 dwar każijiet ta' vandaliżmu fuq vetturi, fejn it-tweġibiet għall-istess mistoqsijiet juru li San Pawl il-Baħar hi l-lokalità li fiha l-iktar li jsiru rapporti dwar dan il-vandaliżmu, jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni qiegħda tittieħed biex tali vandaliżmu jitnaqqas kemm jista' jkun? X'azzjoni hi ppjanata li tittieħed biex dan il-vandaliżmu jonqos?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi b'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 4352 u 4354 dwar każijiet ta' vandaliżmu fuq vetturi, il-pulizja konxja li San Pawl il-Baħar kien hemm l-iktar każi ta’ dan il-ġeneru. Infurmat illi l-pulizija tad-distrett bl-assistenza ta’ taqsimiet oħra tal-Korp, qed tagħmel dak kollu possibbli u ser tkompli tinvestiga biex dawk responsabbli jiġu identifikati u jitressqu l-Qorti. Sadanittant il-pulizija qed tkompli bir-ronda u sorveljanza tagħha, anke bis-support tal-komunità.

Special Olympics – għajnuna lil sportivi b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4416 u 4667 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3785 rigward għajnuna lil sportivi b’diżabilità, jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal- mistoqsija u jagħti tagħrif dwar liema għajnuna speċifika, inkluż dik finanzjarja, tingħata lil dawk l-isportivi b'diżabilità (jew lill-ġenituri tagħhom) li jkunu qegħdin jippreparaw biex jieħdu sehem fil-Paralympics?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Paralympic Committee tibbenefika mill-iskema International Participation u matul dawn is-snin, ngħataw għajnuna finanzjajra b’total ta’ €53,397.14.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — biċċeriji privati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' biċċeriji privati, reġistrati mal-Ministeru u fejn jinsabu lokalità b’lokalità? Liema annimali/tjur huma awtorizzati li jinqatlu f'dawn il-biċċeriji privati?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — irziezet tal-baqar tal-ħalib

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' rziezet tal-baqar tal-ħalib li hemm reġistrati mal-ministeru/dipartimenti li jaqgħu taħtu, lokalità b’lokalità? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' baqar reġistrati f'dawn l-irziezet?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari Nru 4440.