B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 4686, 5053 u 5158, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-NGO li hemm referenza għaliha f’dawn il-mistoqsijiet u jwieġeb il-partijiet tal-mistoqsijiet li baqgħu mhux imwieġba? Għaldaqstant jista’ jgħid għal liema NGO qiegħda ssir referenza għaliha, x'assistenza qed tingħata mill-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar, u x'qed jitwettaq mill-istess NGO? Jista' jgħid ukoll kemm ilha mwaqqfa din l-NGO u fejn hi reġistrata?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi fil-preżent il-Kunsill qed jassisti NGO ġdida li twaqqfet minn esperti fil-qasam, biex dan is-sit jingħata l-akbar attenzjoni possibbli, liema NGO hija l-Malta Industrial Heritage Association.
Infurmat li f’Dicembru 2022, il-Kunsill għamel l-underground mill għad-dispożizzjoni tal-NGO u dan sabiex, il-membri tal-NGO jkunu jistaw janalizzaw u jiddokumentaw il-mitħna.
Domandi marbuta ma’ informazjoni dwar registrazzjoni ta' NGOs ghandhom isiru lill-Ministru koncernat.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 4686, 5053 u 5158 jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema xogħol sar kull sena, mill-2019 sal-lum, bħala maintenance tax-Xemxija Heritage Trail u f'kull każ jgħid meta sar dan ix-xogħol?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li ma nbidel xejn minn dak li kien isir fi żminijiet passati. Infurmat li l-uniku differenza hija, li llum, ix-xogħol meħtieġ qed isir mill-ħaddiema tal-Kunsill filwaqt li qabel kien isir minn persuni b'mod volontarju.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kunsilli lokali li ħadu sehem fil-programm (proġett) imsejjaħ "Consolidating green soft area project"? Kemm proġetti fil-fatt twettqu u fejn? Kemm kienet in-nefqa involuta f kull każ?
San Pawl il-Baħar — Triq San Pawl u Triq Parades - bozoz
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 5007 u 5187 dwar bozoz mitfijin fi Triq San Pawl u Triq Parades, San Pawl il-Baħar, tista' l-Ministru tgħid jekk l-Enemalta rċevietx rapporti dwar dawn il-każijiet u jekk iva mingħand min waslu dawn ir-rapporti u meta waslu? Tista’ tgħid meta u kif ġew indirizzati l-ilmenti dwar bozoz mitfijin fl-imsemmijin toroq, jekk dan hu l-każ?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-Enemalta m’għandha l-ebda notifika dwar bozoz mitfijin fi Triq Parades. Dwar rapporti fuq ħsarat fid-dawl pubbliku fi Triq San Pawl, l-Enemalta kellha żewġ rapporti mill-Kunsill ta’ bozoz mitfija u dawn ġew irranġati.
Mellieħa, Mġarr, Naxxar u San Pawl il-Baħar – tneħħija ta’ karozzi abbandunati
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5196, jista’ l-Ministru jgħid mil-liema toroq tneħħew is-sitt karozzi abbandunati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi verifiki saru fuq tlett vetturi li tneħħew mill-Pulizija għax kienu abbandunati u ttieħdu fil-kumpless tagħhom f’ta’Kandja. Dawn tneħħew minn Triq l-Ibħra, San Pawl il-Baħar, minn Triq il-Kappella ta’ Sta Marija in-Naxxar u minn Triq in-Naħal il-Mellieħa. L-ohrajn tneħħew min aġenzija oħra. Nitlob lill-Onorevoli Membru illi jekk għandha jew trid aktar tagħrif fuq dan is-suġġett li jista’ jgħin lill-Pulizija, tgħaddihuli bi kwalunkwe mod anke kunfidenzjali.
Mellieħa, Mġarr, Naxxar u San Pawl il-Baħar – talbiet għal tneħħija ta’ karozzi abbandunati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Pulizija għandhiex talbiet pendenti sabiex jitneħħew karozzi abbandunati fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar separatament għal kull lokalità? Għal kull lokalità fejn jinsabu dawn l-istess karozzi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-proċess ta’ tneħħija ta’ vetturi abbandunati fil-lokalitajiet imsemmija mill Onorevoli Membru huwa kontinwu, bħal ma jsir f’kull parti oħra ta’ dawn il-gżejjer. Dan isir kemm mill-Korp tal-Pulizija u kif ukoll entitajiet oħrajn responsabbli.
Il-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar – rapporti ta’ każijiet ta’ ġlied f’postijiet pubbliċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti dwar każijiet ta’ ġlied f'postijiet pubbliċi li fihom intervjeniet il-Pulizija matul l-aħħar 12-il xahar fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar separatament għal kull lokalità?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fis-sistema elettronika tal-Pulzija informazzjoni relatata ma ġlied tidħol taħt kategoriji ta’ ‘Ksur ta’ l-Ordni u Paċi Pubblika - Argument’, li barra ġlied tinkludi wkoll argumenti verbali u/jew fiżiċi. Meta dawn il-każi jinvolvu xi ferimenti, dawn jidħlu taħt il-kategorija ta’ ‘Offiżi fuq il-persuna’. Fis-sistema l-figuri jirreferu għal kull rapport li setgħa seħħ f’kull post, inkluż fid-djar privati, u mhux f’postijiet pubbliċi biss. It-tabella hawn taħt tiġbor dawn id-dettalji:
Kazijiet ta’ Offiżi fuq il-persuna rrapurtati fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, Mġarr, Naxxar u San Pawl il-Baħar – Sena 2022
Kategorija tar-reat
Sotto-Kategorija
Mellieħa
Mġarr
Naxxar
San Pawl il-Baħar
Total
Offiżi fuq il-persuna’
Feriti gravi bil-forza fiżika
0
0
1
10
11
Feriti gravi b’armi rregolari
2
0
0
3
5
Feriti gravi b’armi regolari
1
0
0
0
1
Feriti ħfief bil-forza fiżika
5
3
10
52
70
Feriti ħfief b’armi rregolari
1
1
1
8
11
Feriti ħfief b’armi regolari
0
0
0
1
1
Total
9
4
12
74
99
Ksur ta’Paċi u Ordni Pubblika - Argument fil-Mellieħa, Mġarr, Naxxar u San Pawl il- Baħar - sena 2022
Klassi tal-Inċident
Sotto Klassi
Mellieħa
Mġarr
Naxxar
San Pawl il-Baħar
Total
Ksur ta’ Paċi Pubblika
Argument
2
0
7
19
28
Total
2
0
7
19
28
Pulizija – tfal u żgħażagħ li ġew deportati minn Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal u żgħażagħ sa 18-il sena li ġew deportati minn Malta matul l-aħħar 12-il xahar? X kienet ir-raġuni għal din id-deportazzjoni u, f'kull każ, lejn liema pajjiż ġew deportati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-awtoritajiet ma jirritornawx minuri sakemm dawn ma jkollhomx is-salvagwardji u l-protezzjoni meħtieġa fil-pajjiż tal-oriġinu. Infurmat li ma kien hemm l-ebda deportazzjoni ta' minuri fl-2022. Kien hemm każ wieħed ta' ripatrijazzjoni ta' żewġt itfal fejn missierhom, li kien qed joqgħod Malta mingħajr permess, talab l-għajnuna tal-awtoritajiet sabiex jirritornaw volontarjament lura s-Serbja flimkien.
Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar – ġbir ta’ skart mill-ħaddiema tad-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5186, billi l-ħaddiema tad-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni ilhom żmien, f'ċertu lokalitajiet, iduru t-toroq u jiġbru dak l-iskart li ma jkunx inġabar, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk dak il-ġbir issa hux se jieqaf minħabba l-iskeda l-ġdida tal-ġbir tal-iskart?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li s-servizz ta’ ġbir ta’ skart addizzjonali li qed toffri d-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni huwa temporanju sakemm tindara l-bidla fl-iskeda l-ġdida ta’ ġbir ta’ skart.
Naxxar – breakwater in-naħa tas-Salina — manutenzjoni
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-breakwater (mibni b'ġebel kbir) li hemm fit-tarf tal-kanal li jdawwar is-salini tal-melħ, in-naħa tas-Salina, Naxxar, jiġi rranġat qabel ma jitfarrak għalkollox?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5379 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’tip ta’ spezzjonijiet isiru fuq il-prodotti li jiddaħħlu l-Pitkalija biex jiġi assigurat li l-prodott agrikolu li jiddaħħal fil-Pitkalija jkun imkabbar fl-għelieqi f’Malta u Għawdex u mhux f’xi pajjiż ieħor?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li twaqqfet l-Unita’ tas-Sorveljanza f’Ġunju tal-2022, il-prodotti agrikoli li jiddaħħlu għall-bejgħ fil-Pitkalija huma soġġetti għall-spezzjonijiet mill-uffiċjala ta’ l-istess Unita’. Kontinwament isiru spezzjonijiet ta’ rutina fil-Pitkalija u kif ukoll fl-għelieqi f’Malta u f’Għawdex fejn jitkabbru l-prodotti agrikoli. Grazzi għall-aċċess għall-informazzjoni, l-uffiċjala għandhom il-faċilita’ meħtieġa li jqabblu l-kwantita' u t-tip ta’ prodott. Matul dawn l-aħħar sitt xhur li ilha imwaqqfa din l-Unita’, saru ‘il fuq minn mitejn spezzjoni fil-Pitkalija u għand il-bdiewa. Dan l-ewwel perjodu mit-twaqqif tal-Unita’ tas-Sorveljanza huwa importanti biex jitkompla t-taħriġ tal-uffiċjala u titkabbar l-esperjenza fin-natura partikolari tax-xogħol.
Pitkalija – bejgħ ta’ prodotti agrikoli mhux imkabbra f’Malta – każijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każi fejn ittieħdu passi kontra persuni li ppruvaw ibiegħu fil-pitkalija prodotti agrikoli mhux imkabbra f’Malta? Jekk kien hemm każi simili, x’passi ttieħdu fil-konfront tal-persuni involuti?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm numru ta’ każijiet li ġew segwiti iktar mill-qrib u tkompliet iktar investigazzjoni, għalkemm sa llum ma kien hemm l-ebda każ ikkonfermat. Ta’ min wieħed jgħid li permezz tal-ħidma viġilanti tagħha, l- Unita’ tas-Sorveljanza qed twassal messaġġ ċar li l-kontrolli u l-verifiki qed isiru kontinwament. Fejn ikun meħtieġ lil-Malta Food Agency ser tkun qed timplimenta l-miżuri maħruġa mill-liġijiet rispettivi u l-proċeduri interni stabbiliti.
San Pawl il-Baħar — Triq San Pawl u Triq Parades - bozoz
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5007 dwar bozoz mitfijin fi Triq San Pawl u Triq Parades, San Pawl il-Baħar, fejn fit-tweġiba ngħad li l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar "dejjem jieħu azzjoni immedjata sabiex jiġu indirizzati kwalsiasi lmenti", jista' l-Ministru jgħid kif ġew indirizzati l-ilmenti dwar bozoz mitfijin fl-imsemmijin toroq hekk kif dawn il-bozoz baqgħu mitfijin wara li ġiet imwieġba din l-istess mistoqsija parlamentari u allura l-ilmenti ma ġewx indirizzati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi b’rabta mas-suġġett inkwistjoni saru diversi rapporti lill-entità kkonċernata.
San Pawl il-Baħar — Triq Marchesa - bozza mwaħħla mal-faċċata ta' proprjetà
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5006 dwar bozza mitfija fi Triq Marchesa, San Pawl il-Baħar, tista' l-Ministru tieħu l-azzjoni neċessarja sabiex terġa’ tinxtegħel hekk kif din il-bozza baqgħet mitfija, filwaqt li l-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar fit-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari informa sabiex din il-kwistjoni tiġi indirizzata mal-entità konċernata?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-lampi kollha li hemm fi Triq Marchese u li huma reġistrati mal-Enemalta huma kollha tal-Kunsill Lokali. Infurmata wkoll li l-Enemalta m’għandha l-ebda talba pendenti dwar id-dawl pubbliku f’din it-triq. Sadanittant tajt struzzjoni lill-Enemalta tikkomunika mal-Kunsill Lokali.
San Pawl il-Baħar — Triq Toni Bajada - bozza mwaħħla ma' faċċata ta' proprjetà
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5005 dwar bozza mitfija fi Triq Toni Bajada, San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni ħa l-Kunsill Lokali hekk kif permezz tal-istess mistoqsija parlamentari ġie informat li din il-bozza tinsab mitfija?
Response (BONNICI, OWEN)
Filwaqt li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-ebda lment ma wasal fl-uffiċini tal-istess Kunsill dwar bozoz ma jixegħlux fit-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant, infurmat illi l-istess Kunsill Lokali ta istruzzjonijiet lill-‘Contracts Manager’ tal-Kunsill biex jikkonferma liema bozza mhux qed tiffunzjona biex tittieħed l-azzjoni li jkun hemm bżonn.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’passi ħa l-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar biex ikun jista’ jibda jopera parti mill-parkeġġ ta’ taħt l-iskola tal-Qawra minn mindu l-istess kunsill iffirma l-ftehim dwar dan l-istess parkeġġ? Meta mistenni jibda jintuża dan il-parkeġġ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi għadha kemm saret konferenza stampa mis-Sindku tal-istess Kunsill fejn ingħad illi hemm bosta stadji li jeħtieġu li jgħaddu qabel il-parkeġġ ikun adegwatament sigur sabiex jinfetaħ għall-pubbliku, skont kif jiddettaw il-liġijiet tal-pajjiż.
In oltre, infurmat illi għad trid tiġi mħejjija Bye-Law li tirregola l-użu tal-istess parkeġġ mill-pubbliku u mir-residenti ta’ San Pawl il-Baħar, u li din trid tgħaddi mill-proċess ta’ approvazzjoni għall-bye-laws sabiex din tkun tista tidħol fis-seħħ.
Infurmat illi l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar jinsab għaddej bil-proċess biex dan isir.
San Pawl il-Baħar – Triq ix-Xagħra tal-Bandieri – dawl pubbliku
Question
Tista' l-Ministru tinvestiga x'inhi r-raġuni għala d-dawl pubbliku fi Triq ix-Xagħra tal-Bandieri, San Pawl il-Baħar, qiegħed jintefa' f'ċertu ġranet, filwaqt li tieħu l-azzjoni neċessarja biex id-dawl pubbliku jibqa' mixgħul matul il-lejl kollu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Infurmata li l-Enemalta għamlet it-tiswijiet meħtieġa f’din it-triq fejn instab contacter bil-ħsara u ġie mibdul.
Il-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar – tneħħija ta’ karozzi abbandunati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-każijiet ta’ karozzi abbandunati li tneħħew minn fejn kienu matul l-aħħar 12-il xahar, fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar separatament għal kull lokalità? Fejn tpoġġew dawn l-istess karozzi wara li tneħħew?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi matul l-aħħar 12-il xahar, u ċjoè bejn 1 ta’ Jannar 2022 u l-31 ta’ Diċembru 2022, kien hemm sitt każi fejn karozzi abbandunati li effettivament tneħħew mill-Pulizija minn fejn kienu fil-lokalitajiet riferuti mill-Onor. Interpellanta. Kull waħda minn dawn il-karozzi ttieħdet fil-kumpless ġewwa ta’ Kandja.
San Pawl il-Baħar – triq/moll taħt Triq San Pawl — manutenzjoni
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex it-triq/moll li jinsab taħt it-triq prinċipali (Triq San Pawl) u li jwassal sal-Veċċja (il-parti fejn hemm il-luzzijiet), jiġi rranġat qabel jitkisser iktar, hekk kif dan qiegħed ta' periklu għal kull min irid jgħaddi minn hawnhekk?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li riċentament l-Aġenzija għamlet intervent fuq dan il-moll sabiex tissewwa ħsara lokalizzata. Barra minn hekk, ix-xogħol ta’ tiswija ta’ dan il-moll/triq qiegħdha fil-lista ta’ xogħlijiet ta’ Infrastructure Malta li huma ppjanati li jitwettqu fil-futur qarib.
San Pawl il-Baħar – triq/moll taħt Triq San Pawl — manutenzjoni
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex it-triq/moll li jinsab taħt it-triq prinċipali (Triq San Pawl) u li jwassal sal-Veċċja (il-parti fejn hemm il-luzzijiet), jiġi rranġat qabel jitkisser iktar, hekk kif dan qiegħed ta' periklu għal kull min irid jgħaddi minn hawnhekk?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.