San Pawl il-Baħar — Triq Marchesa - bozza mwaħħla mal-faċċata ta' proprjetà
Question
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5006 u 5188 jista' l-Ministru jieħu l-azzjoni neċessarja biex il-bozza fi Triq Marchesa Bugeja, San Pawl il-Baħar terġa’ tixgħel hekk kif sal-ġurnata li fiha qiegħda ssir din il-mistoqsija parlamentari, din il-bozza baqgħet ma tixgħelx għalkemm fit-tweġiba għal dawn il-mistoqsijiet ġejt infurmata li l-Kunsill Lokali indirizza din il-kwistjoni mal-entità kkonċernata, li l-lampi kollha reġistrati mal-Enemalta f'din it-triq huma kollha tal-Kunsill Lokali u li l-Enemalta m’għandha l-ebda talba pendenti dwar id-dawl pubbliku f’din it-triq?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi fi Triq il-Markiża Bugeja kien hemm rapport dwar:
a. Lampa mitfija W460/55 li tinsab faċċata tar-residenzi 19/21. Infurmat li saret il-manutenzjoni u l-każ meqjus mill-Kunsill Lokali li huwa magħluq.
b. Lampa mitfija W672/55 li tinsab viċin ir-residenza Carmen. Infurmat mill-Kunsill Lokali illi din ġiet mgħoddija lill-Kuntrattur tal-Kunsill, nhar il-31 ta’ Jannar 2023, fejn il-manutenzjoni hija ppjanata li ssir għad-data tat-2 ta’ Frar 2023.
Intant infurmat ukoll mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Bahar illi l-aħjar mod sabiex jiġu indirizzati l-ilmenti fl-iqsar żmien u bl-aktar mod ‘resource efficient’ huwa billi wieħed jilloġġja lment direttament mal-Kunsilli Lokali fejn tittieħed azzjoni opportuna minnufih.
San Pawl il-Baħar — Triq Marchesa - bozza mwaħħla mal-faċċata ta' proprjetà
Question
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 5006 u 5188, tista' l-Ministru tieħu l-azzjoni neċessarja biex il-bozza fi Triq Marchesa Bugeja, San Pawl il-Baħar terġa’ tixgħel hekk kif sal-ġurnata li fiha qegħda ssir din il-mistoqsija parlamentari din il-bozza baqgħet ma tixgħelx għalkemm fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5006 ġejt infurmata li l-Kunsill Lokali indirizza din il-kwistjoni mal-entità kkonċernata filwaqt li fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5188 fejn infurmata li l-Enemalta m’għandha l-ebda talba pendenti dwar id-dawl pubbliku f’din it-triq?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li mill-investigazzjonijiet li saru mill-Enemalta jirriżulta li l-lampa li qed tirreferi għaliha, skont ir-rekords tal-Enemalta ma tinsabx fi Triq Marchese Bugeja iżda fi Triq il-Paċi. Ittieħdu l-passi biex din tiġi rranġata.
Enemalta — talbiet għal Bozoz ġodda mill-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5511 u tagħti tagħrif dwar kemm-il talba għal bozoz pubbliċi ġodda rċeviet l-Enemalta mill-2019 sal-lum mill-kunsill lokali ta’ San Pawl il-Baħar? Kemm minn dawn ġew approvati u kemm ġew rifjutati? Fejn huma l-bozoz li ġew approvati?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li mill-2019 sal-aħħar tal-2022, il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar għamel 134 applikazzjoni għal bozoz pubbliċi. Numru sostanzjali minnhom kienu biex jiġu regolarizzati bozoz li saru b’mod irregolari qabel l-2019.
Minn dawn l-applikazzjonijiet, l-Enemalta tat is-servizz mitlub fuq 133 bozza, u waħda ġiet kanċellata. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-lista tat-toroq fejn saru dawn il-bozoz.
Il-Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar — proġetti li għandhom permessi validi mill-Awtorità tal-Ippjanar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5512 u jagħti tagħrif dwar liema huma l-proġetti li għalihom il-kunsilli lokali tal-Imġarr, Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar għandhom permessi validi tal-Awtorità tal-Ippjanar preżentement u għal liema xogħlijiet għandhom applikazzjoni pendenti?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub.
Attachments:PQ 5684 - Pending or Permitted Cases by Named LCs.pdf
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Kunsilli Reġjonali humiex ser ikunu qegħdin jagħmlu ġabra extra ta' boroż suwed kif, pereżempju, kien jagħmel il-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar wara li l-ġbir tal-borża s-sewda kien naqas għal tliet darbiet fil-ġimgħa, issa li dan il-ġbir naqas għal darbtejn fil-ġimgħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ġbir tal-iskart huwa regolat bi skeda nazzjonali.
Din l-iskeda dwar il-ġranet tal-ġbir tal-iskart hi waħda uniformi għal Malta u Għawdex, u dan skont il-Works Management Plan nazzjonali.
Naturalment l-awtoritajiet qed isegwu l-andament li jrid jingħad li sa issa kien wieħed pożittiv.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5509 dwar bye-laws, jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-tliet bye-laws li saret referenza għalihom fit-tweġiba u liema kunsill lokali ppreżenta kull waħda minn dawn il-proposta ta' bye-law?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-bye laws inkwistjoni huma kif ġej:
1. Bye Laws dwar Latrini – Kunsill Lokali Marsaxlokk
2. Bye Laws dwar Kontroll tal-Ħamiem – Kunsill Lokali Marsa
3. Bye Laws dwar Użu ta’ Faċilitajiet – Kunsill Lokali Fontana
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5507, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-gazzetta tal-Gvern li fiha dehret l-applikazzjoni tal-easement għall-permess li saret referenza għalih fil-mistoqsija parlamentari 5507? Tista' tagħti tagħrif dwar jekk it-talba għall-easement ġietx aċċettata?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-estratt mill-Gazzetta tal-Gvern tat-30 ta’ Settembru 2022 fejn fiha deher l-avviż qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tinvestiga x'inhi r-raġuni għala d-dawl pubbliku fil-maġġoranza tal-ewwel parti ta' Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar (minn fejn ir-roundabout ta' Erba' Mwieżeb) jinsab mitfi, filwaqt li tieħu l-azzjoni neċessarja biex id-dawl pubbliku hawnhekk jerġa’ jkun mixgħul?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Enemalta kellha żewġ notifiki li saru mill-istess persuna għal dawl mitfi f’din it-triq f’Burmarrad. Waħda saret fl-10 ta’ Jannar 2023 li ssewwiet dakinhar stess u oħra li saret fis-26 ta’ Jannar 2023 u ssewwiet l-għada fis-27 ta’ Jannar 2023.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5445 u jgħid kemm kien hemm kunsilli lokali li ħadu sehem fil-programm (proġett) imsejjaħ "Consolidating green soft area project"? Kemm proġetti fil-fatt twettqu u fejn? Kemm kienet in-nefqa involuta f kull każ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali li l-ebda kunsill mhu ingaġġat f’xi skema bl-isem indikat mill-Onor. Interpellanta.
B'referenza għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 5156, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif jekk Kunsill Lokali jistax japplika għal Communal Reserved Parking Bay għax-xhur tas-sajf biss jew għal xi perijodu ieħor? Jekk iva, x'inhi l-proċedura li tintuża f'dan il-każ? Jista' jgħid fejn jinsabu s-17-il applikazzjoni msemmija fit-tweġiba u jekk dawn humiex għal sena sħiħa jew għal perijodu speċifiku?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ ta’ Trasport mhux qed tipproċessa talbiet mill-Kunsilli lokali għall-Communal Reserved Parking Bays għax-xhur tas-sajf biss jew għal xi perjodu ieħor.
Kull applikazzjoni għall-Comunal Reserved Parking Bay tkun għal sena sħiħa.
Applikazzjonijiet pendenti għall-Communal reserved Parking Bays:
Iklin
Bormla
Marsa
Hamrun
Fgura
Birzebbugia (2)
Zurrieq
Gharghur
Birkirkara (2)
Qormi
Isla
Sliema
Santa Lucia
St Paul’s Bay
Waħda minnhom irtirat l-applikazzjoni u applikat għall-personalised reserved parking bay.
Applikazzjonijiet għal Personalised Reserved Parking Bays
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5157, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif jekk persuna tistax tapplika għal Personalised Reserved Parking Bay għax-xhur tas-sajf biss jew għal xi perijodu ieħor? Jekk iva, x'inhi l-proċedura li tintuża f'dan il-każ?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li persuna tista’ tapplika għall-Personalised Reserved Parking Bay għax-xhur tas-sajf biss fuq l-istess applikazzjoni skont kif stipulat fil-policy:
2.3 In the case that the person with disability has a winter and a summer residence, the application will be considered as follows:
• for the Winter residence. Reserved Parking Bay between October and May with Unrestricted Parking for Blue Badge Holders between June and September.
• for the summer residence. Reserved Parking Bay between June and September with Unrestricted Parking for Blue Badge Holders between October and May.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għadux possibbli li persuna b'diżabilità li għandha blue sticker tapplika għal reserved parking bay li mhux personalizzat u li allura jista' jipparkja fiha kull min għandu blue sticker?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tat-Trasport tipproċessa applikazzjonijiet għall-Communal Reserved Parking Bays mill-Kunsilli Lokali filwaqt li tilqa' applikazzjonijiet minn individwi għal personalised parking bays.
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal l-istudju li ġie kkummissjonat mill-Awtorità tat-Trasport flimkien mas-CRPD u l-Aġenzija Sapport dwar Reserved Parking Bays għal persuni b'diżabilità? Fiex jikkonsisti dan l-istudju?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Naxxar – breakwater in-naħa tas-Salina — manutenzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5379 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè jista’ jieħu l-passi neċessarji biex il-breakwater (mibni b'ġebel kbir) li hemm fit-tarf tal-kanal li jdawwar is-salini tal-melħ, in-naħa tas-Salina, Naxxar, jiġi rranġat qabel ma jitfarrak għal kollox?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, wara li kiseb il-permessi meħtieġa mingħand l-Awtorità tal-Ippjanar, qed jipprepara sejħa għall-offerti għal xogħol estensiv ta’ restawr fuq dan il-ħajt fil-baħar, li jagħmel parti mill-kumpless tas-salini tal-melħ fil-bajja tas-Salina. Ix-xogħlijiet ta’ restawr huma mistennja li jibdew kmieni s-sena id-dieħla.
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk ix-xogħol skont il-permess, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, għadux fil-pjan li jsir? Jekk iva, is-sidien tal-proprjetà li minnhom mistenni jsir ix-xogħol marbut ma' dan il-permess ġew ikkonsultati u mgħarrfa bix-xogħol li ser isir fil-proprjetà tagħhom?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol għadu ippjanat li jsir u t-tali proċess jinsab fi stadju ta’ għoti ta’ kuntratt. Kull applikazzjoni ta’ easement tiġi ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern. Il-Kunsill Lokali huwa mgħarraf dwar il-proġett u qiegħed fi qbil miegħu.
San Pawl il-Baħar – xogħol in konnessjoni man-new water
Question
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar meta mistenni jitlesta x-xogħol marbut man-new water fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar? Meta hu mahsub li l-istess ilma jibda jintuża mill-bdiewa tal-inħawi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li x-xogħlijiet fuq is-sistema tal-mejnijiet tad-distribuzzjoni tan-New Water f’San Pawl il-Baħar mistennija jitlestew aktar tard din is-sena.
Dispensers apposta ser jiġu nstallati għall-aħħar tas-sena 2023. B’hekk il-bdiewa mistenni jkollhom aċċess għan-New Water fl-2024.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm by-laws ippreżentati mill-kunsilli lokali li għadhom qed jistennew l-approvazzjoni neċessarja sabiex jiġu implimentati fil-lokalità rispettiva? Kemm normalment iddum biex tiġi approvata proposta għal by-law ta’ kunsill lokali wara li l-kunsill lokali jkun lesta l-istess by law?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm tlett (3) proposti ta’ bye-laws illi ġew ippreżentati u li għadhom qed jistennew l-approvazzjoni neċessarja sabiex jidħlu fis-seħħ fil-lokalitajiet rispettivi.
Infurmat wkoll li m’hemm l-ebda perjodu ta’ żmien stabbilit bil-liġi li fih trid tiġi finalizzata l-proċedura tal-approvazzjoni, għaldaqstant dan il-perjodu jista jvarja skont in-natura ta’ kull każ.
Intant infurmat li l-uniku żmien stabbilit hu dak ta’ tmien ġimgħat minn meta jkun preżentati l-abbozz tal-bye-laws bir-rekwiżiti statutorji u dan sabiex jekk il-Ministru responsabbli mill-Gvern Lokali jiddeċiedi li jipproponi xi emendi għalihom, huwa jgħarraf lill-Kunsill bil-miktub dwar dawk l-emendi kollha.
Enemalta — talbiet għal Bozoz ġodda mill-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar
Question
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm-il talba għal bozoz pubbliċi ġodda rċeviet l-Enemalta mill-2019 sal-lum mill-kunsill lokali ta’ San Pawl il-Baħar? Kemm minn dawn ġew approvati u kemm ġew rifjutati? Fejn huma l-bozoz li ġew approvati?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Il-Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar — proġetti li għandhom permessi validi mill-Awtorità tal-Ippjanar
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-proġetti li għalihom il-kunsilli lokali tal-Imġarr, Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar għandhom permessi validi tal-Awtorità tal-Ippjanar preżentement u għal liema xogħlijiet għandhom applikazzjoni pendenti?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qiegħed jinġabar.
Kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar — ġbir ta' boroz suwed
Question
Jista’ l-Ministru jagħti taghrif dwar jekk il-Kunsill lokali ta’ San Pawl il-Baħar hux mistenni li jibqa’ jagħmel il-ġabra extra ta' boroz suwed li kien jagħmel wara li l-ġbir tal-borza s-sewda kien naqas għal tliet darbiet fil-ġimgħa, issa li dan il-ġbir naqas għal darbtejn fil-ġimgħa? Kemm kienet l-ispiża għal din il-ġabra extra sakemm damet issir u għal liema perijodu saret?
Response (BONNICI, OWEN)
Gentilment infakkar lill-Onor. Interpellant illi l-ġbir ta’ l-iskart m’għadux fir-responsabilita’ tal-Kunsilli Lokali iżda qieghed issa responsabbilta' tal-Kunsilli Reġjonali, f'dan il-każ il-Kunsill Reġjonali tat-Tramuntana.