Jista’ l-Ministru jgħid f’liema lokalitajiet is-servizz mogħti mill-Pulizija tal-Komunità qed jiżdied għal matul il-lejl? Jista’ jgħid ukoll meta hu mistenni li dan is-servizz jiżdied f’lokalitajiet oħra, u b’kemm, għal kull lokalità?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-preżent il-Pulizija tal-Kommunità qed taħdem bil-lejl fil-lokalità tas-Swieqi, b’dan beda jsir minn Ġunju li għadda.
Fil-lokalitajiet oħrajn fosthom fil-kostitwenza tal-Onor. Interpellanta qed isiru patrols tal-pulizija minn taqsimiet oħra sa tard bil-lejl inkluż l-RIU li tkopri 24/7.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex jikkonsisti l-‘Police Community Partnership Award’? Jista’ jgħid ukoll:
i. meta twaqqaf dan l-award;
ii. min ħa dan l-award; u
iii. min jista’ jiġi nominat u kif?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Premju għas-Sħubija bejn il-Pulizija u l-Komunità (
Police/Community Partnership Award
) huwa waħda mill-kategoriji tal-unuri annwali tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta. Dan il-premju jingħata lil individwi, kunsilli lokali jew organizzazzjonijiet li jkunu wrew dedikazzjoni, kollaborazzjoni u appoġġ eċċezzjonali lejn il-Korp tal-Pulizija, b’mod partikolari fit-tisħiħ tal-inizjattivi tal-Pulizija fil-Komunità.
Ninsab infurmat li dan il-premju twaqqaf fl-2024 u sal-lum ingħata lil dawn li ġejjin:
2024
1 post:
FSWS (DAC/ACTS)
2 post:
George Farrugia – membru tal-pubbliku li ta appoġġ sinifikanti lill-Pulizija fil-Komunità.
2025
Maria Regina College Network (NSSS)
2026
1 post:
John Boxall – Sindku tal-Birgu
2 post:
Luke Farrugia – Sindku tal-Marsa
3 post:
Local Councils Association
Ninsab infurmat ukoll, li għal dan il-premju jistgħu jiġu nnominati individwi, organizzazzjonijiet jew uffiċjali tal-Pulizija li jkunu spikkaw għax-xogħol u l-kontribut eċċezzjonali tagħhom favur il-komunità u l-Korp tal-Pulizija. In-nominazzjonijiet jistgħu jsiru mill-Pulizija fil-Komunità, mid-distretti tal-Pulizija lokali, kif ukoll minn membri tal-pubbliku, billi dawn jinfurmaw lill-amministrazzjoni tal-Korp permezz tal-mezzi uffiċjali jew lill-Pulizija fil-Komunità tal-lokalità tagħhom sabiex in-nomina tiġi rreġistrata. Kull sottomissjoni tiġi riveduta minn Bord tal-Għażla li jara li l-kriterji stabbiliti għal kull kategorija jintlaħqu, qabel ma jiġu ffinalizzati r-rebbieħa.
Tista’ l-Ministru tgħid xi ħsarat kien hemm/għad hemm fil-faċilità tal-Wasteserv fil-Magħtab, li skont l-operaturi tal-ġbir tal-iskart qed jitilfu ħafna ħin minħabba dawn il-ħsarat? Tista’ tgħid ukoll jekk il-ħsarat li kien hemm ġewx imsewwija?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li WasteServ wettqet xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq il-weighbridge ta’ Malta North bejn it-30 ta’ Ġunju u l-5 ta’ Lulju 2026. Sabiex jitnaqqas kull inkonvenjent u jiġi faċilitat il-fluss tal-vetturi, matul il-perjodu tax-xogħlijiet il-weighbridge operators taw assistenza addizzjonali lis-sewwieqa. Mis-6 ta’ Lulju 2026, il-weighbridge reġa’ beda jopera b’mod normali u kompletament awtomatizzat.
In-Naxxar – Splużjoni tal-Kamra tan-Nar – Rapporti ta’ ħsarat
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 511 dwar ħsarat irrappurtati fl-għases tal-pulizija wara l-isplużjoni tal-Kamra tan-Nar fil-limiti tan-Naxxar, jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti ta' ħsarat fuq bini, inkluż ħsarat fuq twieqi u bibien? Jista’ jgħid ukoll:
i. f'liema għases daħlu dawn ir-rapporti, u kemm-il rapport daħal f'kull għassa; u
ii. f'liema lokalitajiet saru dawn il-ħsarat u kemm-il ħsara ġiet irrappurtata f'kull lokalità?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Nitlob lill-Onor Interpellant tispeċifika aħjar għal-liema ħsarat qed tirreferi
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) tinfurmax lill-kunsilli lokali meta toħroġ stop notice fuq ix-xogħol, biex f’dawn il-każijiet, il-kunsill ma jispiċċax joħroġ permessi fejn mhux suppost u jsiru xogħlijiet fejn ikun hemm diġà stop notices?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) toħroġ il-komunikati uffiċjali tagħha kemm lill-perit tal-proġett, kif ukoll lill-applikant.
Meta l-Awtorità toħroġ avviż ta’ Stop Works, dan il-komunikat ikun ukoll disponibbli għall-pubbliku permezz tal-portal eApps, fejn jista’ jiġi aċċessat u vverifikat minn kull min ikun interessat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il eżenzjoni ngħatat mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) għal dak li jirrigwarda xogħol f’toroq li fihom mhux suppost isir xogħol bejn il-15 ta’ Ġunju u l-aħħar ta’ Settembru? Jista’ jgħid ukoll f’liema lokalitajiet ingħataw dawn l-eżenzjonijiet u kemm ingħataw għal kull lokalità?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) toħroġ eżenzjonijiet għal xogħlijiet ta’ demolizzjoni u skavar f’dawk it-toroq fejn tali xogħlijiet ma jistgħux isiru bejn il-15 ta’ Ġunju u t-30 ta’ Settembru, u dan biss f’każijiet fejn il-perit tal-proġett jiddikjara li teżisti sitwazzjoni ta’ emerġenza.
Sal-lum, il-BCA irċeviet 46 talba, li wara li saret evalwazzjoni, 25 minnhom ingħataw eżenzjoni b' varji kundizzjonijiet.
Dawn huma imqassma kif ġej:
• San Ġiljan – 3
• Tas-Sliema – 4
• L-Isla – 1
• Buġibba – 1
• Il-Gżira – 2
• Il-Mellieħa – 1
• Ir-Rabat (Għawdex) – 1
• San Pawl il-Baħar – 4
• Il-Qawra – 1
• Marsaskala – 2
• Il-Belt Valletta – 1
• Is-Swieqi – 1
• Ix-Xemxija – 3
Il-Bidnija – Triq il-Girna – Tqegħid tas-sistema tad-drenaġġ
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk kienx hemm żviluppi dwar it-tqegħid tas-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi ta’ Triq il-Girna fil-Bidnija? Jekk iva, tista’ tgħid x’kienu dawn l-iżviluppi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fil-ġimgħat li ġejjin se tkun qed tinstalla sistema tad-drenaġġ, billi se jitpoġġew katusi fid-dawra tat-triq indikata u sentina biex tiġbor is-sistema b’mod kollettiv.
Tista’ l-Ministru tgħid x’qed iwassal biex l-ammont ta’ ilma li qed jingħataw il-bdiewa, minn New Water, qed ikun f’ammonti ferm inqas minn dak li jkollhom bżonn? Tista’ tgħid ukoll x’qed iwassal biex minkejja ż-żieda fid-drenaġġ li jmur fit-treatment plant taċ-Ċumnija, l-ilma disponibbli qed ikun ftit?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma tiddeterminax hi l-ammont ta’ New Water li jingħata lill-bdiewa individwali. Tajjeb jiġi ċċarat li l-ammont ta’ New Water prodott mhux relattiv mal-ammont tad-drenaġġ trattat. Dan għaliex il-produzzjoni tan-New Water issir ġewwa mpjant dedikat apposta għalhekk, u għaldaqstant il-kapaċità hija waħda definita. Fl-2025 il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma produċiet ammont rekord ta’ 1.6 miljun metru kubu ta’ New Water.
Is-settur edukattiv – Strateġija ġdida ta’ inklużjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet il-pre-konsultazzjoni dwar strateġija ġdida ta’ inklużjoni fis-settur edukattiv?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li biex jiġi assigurat proċess indipendenti u oġġettiv, il-Ministeru qiegħed f’kuntatt mal-UNESCO biex jassistu lill-istess Ministeru fl-iżvilupp tal-strateġija. Infurmat li fix-xhur li ġejjin huma pjanati id-diskussjonijiet preliminari biex jiġi imfassal pjan ta’azzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il eżenzjoni ngħatat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal dak li jirrigwarda xogħol f’toroq li fihom mhux suppost isir xogħol bejn il-15 ta’ Ġunju u l-aħħar ta’ Settembru? Jista’ jgħid ukoll f’liema lokalitajiet ingħataw dawn l-eżenzjonijiet u kemm ingħataw f’kull lokalità?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) ħarġet
seba’ (7) eżenzjonijiet
sabiex ikunu jistgħu jitwettqu xogħlijiet f’żoni turistiċi matul il-perjodu bejn il-15 ta’ Ġunju u l-aħħar ta’ Settembru.
Ingħatat
eżenzjoni waħda (1)
f’kull waħda minn dawn il-lokalitajiet:
· Marsaxlokk;
· Għajnsielem (Għawdex);
· Il-Belt Valletta;
· Swieqi;
· Tas-Sliema;
· Birżebbuġa; u
· Mellieħa.
Dawn l-eżenzjonijiet mhux neċessarjament ingħataw għal perjodu sħiħ.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel f’livell primarju li għandhom multi-sensory room? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawk l-iskejjel fil-livell primarju li hu ppjanat li jkollhom multi-sensory room fil-futur?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-kunċett tal-multisensory rooms, qed jiġi ikkumplimentat b’dak tal-calming spaces, bil-għan li jinħolqu ambjenti edukattivi aktar inklussivi u sensittivi għall-bżonnijiet differenti tal-istudenti.
Il-calming spaces jipprovdu opportunità lill-istudenti biex jieħdu ftit ħin barra mill-klassi meta jkollhom bżonn jirregolaw l-emozzjonijiet tagħhom, inaqqsu l-istress jew jerġgħu jiffukaw fuq it-tagħlim.
Il-Ministeru qed jinvesti b’mod attiv f’dawn l-ispazji anke permezz tal-programm EduInfrastructure, sabiex aktar skejjel ikollhom faċilitajiet adattati għall-benesseri tal-istudenti. Dawn l-ispazji jistgħu jinħolqu kemm ġewwa kif ukoll barra mill-bini tal-iskola, għalkemm qed inħeġġu b’mod partikolari l-iżvilupp ta’ outdoor calming spaces li joffru l-benefiċċji addizzjonali tal-kuntatt man-natura u ambjent aktar rilassanti.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm inġabru blue badges foloz mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) matul is-snin 2023, 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt:
Sena
Kemm inġabru Blue Badges foloz
2023
123
2024
53
2025
73
2026 (sal-ġurnata li qiegħda titwieġeb din il-mistoqsija)
9
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna preżentement għandha parkeġġ riservat (blue parking bay) skont id-data li għandha Transport Malta? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-parkeġġi huma personalizzati (bin-number plate jew bin-numru tar-reġistrazzjoni tal-blue badge) u kemm minn dawn mhumiex personalizzati u jaqsam din l-informazzjoni skont is-sess (irġiel, nisa, eċċ.) u skont l-età?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu l-ammont ta’ blue badge holders preżentement u taqsam din l-informazzjoni skont is-sess? Tista’ tgħid ukoll x’inhi l-età ta’ dawn il-persuni?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li preżentement hemm 13,670 detentur tal-Blue Badge. Din iċ-ċifra hija mqassma skont is-sess u l-età tad-detenturi fit-tabella t'hawn taħt.
Age Breakdown
M
F
X
Total
0–17
860
351
0
1,211
18–29
283
161
2
446
30–34
120
94
0
214
35–44
308
226
1
535
45–59
709
720
0
1,429
60–64
508
408
0
916
65–74
1,686
1,361
0
3,047
75+
2,944
2,927
1
5,872
Total
7,418
6,248
4
13,670
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 503, jista’ l-Ministru jaqsam l-informazzjoni f’tabella numru 1 skont jekk dawn il-blue badges inħarġux għall-ewwel darba, sarilhomx tiġdid jew sar stampar mill-ġdid ta’ Blue Badges irrappurtati bħala mitlufa jew imkagħbra?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew approvati blue parking spaces bejn Jannar 2025 u Ġunju 2026, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll kif dawn il-blue parking spaces huma maqsuma skont il-lokalitajiet differenti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Il-Qawra – Triq l-Isturjun u Dawret il-Qawra – Qtugħ tad-dawl tat-triq
Question
Tista’ l-Ministru tara li d-dawl tat-triq fi Triq l-Isturjun u parti minn Dawret il-Qawra fil-Qawra jkunu mixgħula kuljum matul il-lejl, hekk kif dan id-dawl kien jinsab mitfi matul l-aħħar jiem? Tista’ tgħid ukoll meta ssewwiet (jekk issewwiet) din il-ħsara?
Response (DALLI, MIRIAM)
Infurmata li fiż-żewġ toroq indikati kien hemm żewġ lampi maqtugħin u dawn inbidlu fil-ġranet li għaddew.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 507 u jgħid kemm ingħataw reserved parking bays għal persuni b’diżabilità minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ l-Ministru jaqsam din l-informazzjoni wkoll skont it-tip ta’ reserved parking bay (personalised, communal, eċċ.)?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 507.
Ix-Xemxija – Żona tal-Veċċja – Ħsarat fid-dawl tat-triq
Question
Tista’ l-Ministru tara li d-dawl tat-triq fiż-żona tal-Veċċja, ix-Xemxija jkun mixgħul kuljum matul il-lejl, hekk kif dan id-dawl kien jinsab mitfi matul din il-ġimgħa? Tista’ tgħid ukoll jekk issewwietx din il-ħsara u jekk iva, meta?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li d-dawl tat-triq fiż-żona indikata nxtegħel permezz ta’ provvista temporanja. Sadattant għaddej il-proċess biex Enemalta tikseb il-permessi meħtieġa biex isiru t-tiswijiet, minħabba li l-ħsara ġiet identifikata taħt l-art.
B’referenza għall-irbit fil-bajja ta’ Buġibba (wara l-breakwater) peress li jidher li l-irmiġġi żdiedu u mhux tnaqqsu bis-sistema ta’ poppa-pruwa, u peress li jidher li diġà tfaċċaw dgħajjes li ma kenux marbutin f’dawn l-akkwati qabel, jista’ l-Ministru jagħti l-kriterji li abbażi tagħhom tqassmu dawn l-irmiġġi ġodda u żejda, speċjalment meta numru ta’ sidien li kellhom dgħajjes irmiġġati hemmhekk għal iktar minn għoxrin sena, tilfu l-post li kellhom u ma ngħatawx alternattiva? Jista’ jgħid ukoll x’qed isir dwar dawk li ntlaqtu mill-fairway u mir-riorganizzazzjoni u tilfu posthom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-perimetru tal-
footprint
madwar il-moll ta’ Buġibba, fejn saret ir-riorganizzazzjoni tal-irmiġġi, senjatament fejn jopera l
-fast ferry
ma nbidilx. Madankollu, f’dak il-
footprint
kellu jittieħed spazju sabiex isiru l-
fairways
meħtieġa għall-operat tal-
fast ferry
, filwaqt li tiġi garantita s-sigurtà tan-navigazzjoni ta’ terzi. Dawk li kellhom l-irmiġġi tagħhom fil-konfini ta’ fejn ġew stabbiliti l-
fairways
ingħataw priorità fl-allokazzjoni ta’ post ta’ rmiġġ ġdid.
Għal dawk l-irmiġġi li kienu barra l-footprint fejn saret ir-riorganizzazzjoni, li kienu pożizzjonati fejn ġiet stabbilita l-
fairway
tal-
fast ferry
, u liema rmiġġi ma kienux regolari, iżda kienu ilhom tul ta’ żmien fil-post, ingħataw l-opportunità sabiex, flimkien mal-Awtorità, jidentifikaw u jaqblu fuq post fejn għandu jsir l-irmiġġ il-ġdid.
Dawk li qed isostnu li tilfu l-irmiġġi tagħhom huma ftit minn dawk li qed nirreferi għalihom fil-paragrafu preċedenti, ossia uħud minn dawk li ma kellhomx irmiġġ regolarizzat, kienu jinstabu fil-
fairway
, u rrifjutaw li jaslu mal-Awtorità sabiex jinstab post alternattiv għalihom, u dan minkejja li l-Awtorità kienet disposta li tkoprilhom l-ispejjeż ta’ tali rilokament.