B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6865 dwar kollaborazzjoni bejn l-Aġenzija Sapport u Spero, tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar l-indirizz/i tal-faċilità/faċilitajiet tal-koperattiva li qiegħda ssir referenza għalihom fit-tweġiba mogħtija u fejn proprju jsiru laqgħat għall-persuni li jagħmlu użu minn dan is-servizz?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-faċilità tal-Koperattiva tinsab fi Triq l-Iskultur, Ħal Qormi fejn fl-istess faċilità jsiru l-programmi u t-taħriġ skont il-bżonnijiet partikolari li jkollhom bżonn il-persuni li jagħmlu użu minn dan is-servizz.
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar liema skemi ta’ għajnuna lill-għaqdiet volontarji huma miftuħa preżentement? Liema għaqdiet jistgħu japplikaw għal dawn l-iskemi partikulari?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat bħalissa għandu l-Iskema ta’ Servizz Volontarju taż-Żgħażagħ u l-Iskema ta’ Inizjattiva ta’ Taħriġ miftuħa għall-Organizzazzjonijiet Volontarji kollha rreġistrati mal-OCVO.
Green Malta – diskussjonijiet ma’ kunsilli/ kumitati reġjonali dwar proġetti ta’ tħaddir
Question
Tista’ l-Ministru tgħid ma’ liema kunsilli lokali jew kumitati reġjonali għaddejjin diskussjonijiet bħalissa biex fil-lokalitajiet rispettivi jkun hemm proġetti ta’ tħaddir minn Green Malta? Liema proposti qed jiġu kkunsidrati u f’liema lokalità jinsabu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Qed nassumi li l-Onor. Interpellanta qed tirreferi għall-entità Project Green peress li ma teżisti l-ebda entità bl-isem Green Malta. Jekk qed tirreferi għall-Project Green, allura ngħarrafha li l-aġenzija Project Green ħabbret skema ambjentali fejn l-oġġettiv kien li jingħata r-riżorsi kollha meħtieġa lil kunsilli lokali kollha u entitajiet non-governattivi, biex jirriġeneraw u joħolqu spazji miftuħa ġodda fil-lokalitajiet tagħhom. L-aġenzija rċeviet aktar minn sebgħin applikazzjoni mingħand entitajiet differenti, prinċiparjament kunsilli lokali.
Matul dan il-proċess l-entità Project Green baqgħet għaddejja b’diskussjonijiet ma’ diversi kunsilli lokali interessati biex tinċentiva aktar applikazzjonijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid liema skejjel tal-Gvern għandhom servizz ta’ interpretu, u fejn hemm tali interpretu jista’ jgħid minn liema lingwa għal liema lingwa hemm interpretazzjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Foundation for Tomorrow’s School – ftehim mal-Kunsill Lokali Marsaskala
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li l-Ministeru jew il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (FTS) iffirmaw mal-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6065 dwar reverse vending machines, tista’ l-Ministru tgħid fejn jinsabu t-8 RVMs li kellhom jibdew joperaw u s-7 RVMs li kien fadal biex jiġu installati? Minn dawn liema bdew joperaw, liema ġew installati iżda ma bdewx joperaw, u liema għadhom ma ġewx installati?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li bħalissa hemm 6 RVMs li qed joperaw u dawn jinstabu 2 f’Cospicua, 2 f Ta’ Xbiex u 2 il-Marsa. It-2 li hemm B’Kara huma installati u se jibdew joperaw fil-jiem li ġejjin. 7 RVMs li għadhom ma ġewx installati jinsabu 2 Santa Luċija, 2 fil-Belt Valletta, 2 il-Mosta u 1 f’Senglea.
Awtorità tad-Djar – kiri ta' binjiet li nbnew wara l-gwerra
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-binjiet li nbnew wara l gwerra, u li wara li nbnew mill-ġdid kienu nkrew lil dawk li kellhom bżonn residenza, is-sidien ta’ dawk il-postijiet (illum l-eredi taghhom) għadhomx jitħallsu bl-istess rata li kienu jitħallsu meta l-proprjetà nkriet għall-ewwel darba?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Kunsilli Lokali u Kumitati Reġjonali – xiri/żvilupp ta’ proprjetà
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kunsilli lokali u kumitati reġjonali ngħataw permess li jixtru proprjetà, jew li jiżviluppaw art fil-lokalità tagħhom? Liema minn dawn il-kunsilli lokali jew kumitati reġjonali kellhom it-talba tagħhom aċċettata, u kif ser isir il-finanzjament tal-proġetti approvati?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tindika għal liema perjodu ta’ żmien speċifiku qiegħda tirreferi.
Kunsilli Lokali u Kumitati Reġjonali – talba għal devoluzzjoni ta’ proprjetà
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kunsilli lokali jew kumitati reġjonali li għandhom talba għal devoluzzjoni ta' bini jew art li jixtiequ jiżviluppaw? F'kull każ, liema huma l-kunsilli lokali jew kumitati reġjonali li għandhom tali talba pendenti? Għal liema skop qed jitolbu li tiġi devoluta l-proprjetà li qed jitolbu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kunsilli lokali jew kumitati reġjonali li għandhom talba għal devoluzzjoni ta' bini jew art li jixtiequ jiżviluppaw u r-raġuni għat-talba għad-devuluzzjoni.
Diviżjoni tax-xogħlijiet – xogħol għall-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet hux qed iwettqu xogħol għall-kunsilli lokali? Jekk iva, liema xogħlijiet qed iwettqu u kif isir il-ħlas ta’ tali xogħlijiet? F’liema lokalitajiet qed jitwettaq xogħol bħalissa?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li iva, il-ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi qed jaħdmu fuq numru ta’ proġetti madwar Malta bi qbil mal-kunsilli lokali li qed isiru fl-intier tagħhom mill-istess Dipartiment. Hemm numru ta’ proġetti oħra li qed isiru bis-saħħa ta’ ftehim bejn id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-kunsilli lokali, fejn il-materjal jitħallas mill-kunsill u x-xogħol isir minn ħaddiema tal-istess Dipartiment.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ sajjieda (full-time u part-time separatament) li huma reġistrati f’kull wieħed mill-portijiet fejn hemm sajjieda reġistrati?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rekords fir-Reġistru tal-Bastimenti tas-Sajd, fi ħdan id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura, jinżammu abbażi tal-bastimenti tas-Sajd reġistrati u mhux fuq sajjieda. Ninsab infurmat li n-numru ta’ bastimenti tas-sajd reġistrati bħala full-time u part-time f’kull port huwa kif ġej:
Port
Numru ta’ bastimenti
part-time
Numru ta’ bastimenti
full-time
Total
Anchor Bay
3
1
4
Armier
9
2
11
Baħar iċ-Ċagħaq
1
0
1
Birżebbuġa (Pretty Bay)
1
0
1
Birżebbuġa (St. George's Bay)
19
9
28
Buġibba
9
1
10
Dwejra
7
5
12
Għar Lapsi
6
2
8
Ġnejna
33
8
41
Gżira (Lazzaretto Creek)
2
0
2
Gżira (Sliema Creek)
2
0
2
Kalkara
8
4
12
Marfa
4
1
5
Marsa
2
2
4
Marsalforn
12
9
21
Marsaskala
21
15
36
Marsaxlokk (il-Magħluq)
35
68
103
Marsaxlokk (ix-Xatt)
47
106
153
Marsaxlokk (Kavallerizza)
1
15
16
Mellieħa Bay
16
3
19
Mġarr (Gozo)
63
57
120
Mgġarr ix-Xini
2
0
2
Mistra Bay
3
2
5
Msida Creek
26
14
40
Pieta’
2
1
3
Qawra
6
0
6
Qbajjar
1
1
2
Ramla tal-Qortin
5
0
5
Ramla tat-Torri
2
0
2
Salina
7
0
7
Senglea (Dockyards Creek)
1
0
1
St. Julian's Bay
13
14
27
St. Paul's Bay (il-Gillieru)
6
4
10
St. Paul's Bay (il-Veċċa)
10
27
37
St. Thomas Bay
2
0
2
Ta' Xbiex
6
1
7
Valletta (Grand Harbour)
0
10
10
Valletta (Marsamxett)
0
1
1
Valletta (Pixkerija)
0
3
3
Wied izż-Żurrieq
2
0
2
Xemxija
8
11
19
Xemxija (il-Fekruna)
0
1
1
Xlendi
8
3
11
TOTAL
411
401
812
Sajjieda li applikaw għal għajnuna biex jixtru l-fuel
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm sajjieda li applikaw biex jieħdu għajnuna biex jixtru l-fuel li għandhom bżonn għax-xogħol tagħhom? X’tip ta’ limitu huma intitolati għalih dawn l-istess sajjieda?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-ġurnata tal-llum, id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura rċieva total ta’ 209 applikazzjoni biex sajjieda jibbenefikaw mill-estensjoni ta’ din l-inizjattiva. Bħala limitu, kull intrapriża li ser tissottometti rċevuti tal-fjuwil, ser tiġi kkumpensata fuq il-bażi tar-rati applikabbli ta’ dak ix-xahar partikolari. Barra minn hekk, kull intrapriża tista’ tibbenefika sa massimu ta’ €75,000.
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar x’tip ta’ kollaborazzjoni hemm bejn l-Aġenzija Sapport u l-grupp SPERO? Fejn qed jitlaqqgħu l-membri ta’ dan il-grupp, u x’taħriġ qed jingħataw? Kemm hemm persuni li jagħtu taħriġ u kif jintgħażlu dawk li jingħataw it-taħriġ? Tista’ l-Ministru tagħti dwar kif inhu aċċessibbli l-post li fih qed isir it-taħriġ preżentement?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija Sapport toffri servizz lil persuni li għandhom nuqqas ta’ vista permezz ta’ servizz ta’ matul il-jum li huwa outsourced minn SPERO. Il-persuni li jagħmlu użu mis-servizz jiltaqgħu fil-faċilitajiet tal-koperattiva li l-Aġenzija Sapport għandha l-kuntratt magħha għall-provediment ta’ dan is-servizz. It-taħriġ jinkludi programmi dwar ħiliet relatati mal-ħajja indipendenti, ħiliet relatati mat-teknoloġija tal-informatika u l-użu tal-Braille, ħiliet artistiċi u wkoll programmi soċjali. Bħalissa fi ħdan il-kumpanija hemm 6 ħaddiema li jagħtu t-taħriġ u minn żmien għal żmien jiġu mistiedna professjonisti li joffru taħriġ ieħor varjat. Il-persuni li jattendu SPERO kollha jipparteċipaw fi programmi u taħriġ skont il-bżonnijiet partikolari tagħhom. Il-post kurrenti fejn qiegħed jiġi provdut dan is-servizz huwa aċċessibbli permezz ta’ taraġ u lift.
Billi mill-aħħar informazzjoni ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) jidher li ċerti lokalitajiet għandhom eluf ta’ residenti barranin, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema inizjattivi partikolari ta' integrazzjoni soċjali qed jittieħdu mill-kunsilli lokali, b'mod partikolari mill-kunsilli lokali ta' Birżebbuġa, l-Imsida, il-Marsa, Marsaskala, San Ġiljan, San Pawl il-Baħar, Tas-Sliema u s-Swieqi?
Response (BONNICI, OWEN)
Preliminarjament ninsab infurmat li s-suġġett tal-Inklużjoni, fejn għandhom x’jaqsmu l-Kunsilli Lokali, huwa premessa ewlenija ta’ din l-Amministrazzjoni tant illi ssir referenza għalih fil-Manifest Elettorali tal-2022 (Proposata Nru 692), illi tgħid: ‘Flimkien mal-Kunsilli Lokali u l-komunitajiet, nippromwovu programmi, attivitajiet u inizjattivi mmirati biex iwasslu għal integrazzjoni ġenwina f’pajjiżna.’
Intant, fit-tabella t’hawn taħt qed jitniżżel il-feedback miġbur mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali dwar is-suġġett inkwistjoni.
Kunsill Lokali
Feedback mill-Kunsilli Lokali għall-PQ 6724
Birżebbuġa
Infurmat li r-residenti barranin ikunu mistiedna wkoll għal attivitajiet li jkunu qegħdin isiru u/jew jiġu organizzati mill-Kunsill Lokali.
In ol
tre
, infurmat li meta jkun hemm avviż ta’ ċertu importanza dawn jintbgħatu b’kemm jista’ jkun lingwi differenti (apparti l-Malti u l-Ingliż). Dan isir biss meta jkun avviż ta’ materja importanti għal kulħadd.
Marsa
Infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Marsa fis-sena 2019-2021 kien parteċipant fi programm Ewropew ‘Snapshot from the Borders’ ma’ diversi kunsilli lokali madwar il-fruntieri tal-Ewropa.
L-iskop ta’ dan il-programm kien proprju biex inrawmu fost ir-residenti għarfien li l-persuni barranin huma kontribut għas-soċjetà.
Infurmat ukoll li fis-Sena 2022, il-Kunsill nieda programm kulturali li kien jinkludi fost affarijiet oħra l-input ta’ komunitajiet barranin. Kien hemm anke Clean Up fil-lokalità mill-komunità Indjana u dik Sudaniża.
Infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Marsa huwa dejjem kommess biex persuni barranin ikunu membri b’mod sħiħ tal-komunità Marsija mingħajr ebda distinzjoni.
Marsaskala
Infurmat li l-Kunsill Lokali ta' Marsaskala għandu kunsillier responsabbli minn dan is-settur li jieħu interess kbir f'dan il-qasam u li jipparteċipa kull darba li jkun hemmmeetingta' xi għaqdiet fil-lokalità bħalma huma ‘
Friends
of Mskala’
li hija komunità ta'
expats
li jiġu minn madwar l-Ewropa kollha.
L-Imsida
Infurmat li ġewwa l-Imsida saru diversi attivitajiet hawn imsemmija dwar l-integrazzjoni u anke jeżisti kuntatt tajjeb mal-komunitajiet diversi. L-għan ewlieni huwa biex kulturi differenti jersqu lejn xulxin u jgħarrfu jaħdmu flimkien bħal voluntiera għal ġid tal-lokalità.
• Connecting People – attività minn diversi komunitajiet fejn kienu bil-kostumi tradizzjonali,żfin u ikel. (Ottubru 2017)
• Breakfast at the Pjazza – attività fejn komunitajiet barranin ġabu ikel mill-pajjiżi rispettivi tagħhom u n-nies preżenti daqu diversi ikel. (Ottubru 2019)
• Parteċipazzjoni fl-inter faith conference aal- Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta.
• Parteċipazzjoni fil-proġetti tal- EU ‘Europe of Diversity, Integration and Socialization of Migrants’ fejn il-Kunsill Lokali Msida ħa ħsieb ukoll l-organizzazzjoni ta’ waħda mill-konferenzi ġo Malta.
• Proġett ieħor huwa SIREN Project mal-Border Town and Islands Network u f’Marzu ser isir konferenza Malta li qed jgħin fiha il-Kunsill.
• Clean Ups fejn anke ipparteċipaw komunitajiet barranin fosthom mill-Filippini u l-Bangladesh.
• Membri mill-komunità Indjana iffurmaw Ċrieket Club fejn għamlu kuntatt u tkellmu mal-Kunsill Lokali biex jagħmlu l-isem Msida Warriors u jkunu jistgħu jieħdu sehem fil-kampjunat lokali.
• Saret laqgħa mal-Kummissarju Għoli għal-Indja dwar kollaborazzjoni għal attivitajiet li jistgħu jkunu organizzati aktar 'il quddiem biex jinkoraġġixxu prattiki tajbin għal ambjent nadif u stil ta' ħajja sana ( Jannar 2023).
•Flimkien mal-Human Right Directorate (l-istrageja kontra r-razziżmu 2021-2023) u r-Reġjun Lvant saret laqgħa għall-pubbliku fil-Kunsill Lokali Msidadwar Patrijottiżmu = Anti-Razziżmu (25 ta' Frar 2023)
• Fil-25 ta’ Marzu ser isir attività bejn il-Kunsill, l-Ahmadiyaa, il-Komunità Marokkina ta’ Malta u l-Parroċċa fuq il-kunċett tas-sawm, ser isir f’Misraħ San Gużepp.
San Ġiljan
Infurmat li f’dan l-istadju, tali Kunsill kien ghadu ma bagħatx il-feedback tiegħu.
San Pawl il-Baħar
Infurmat li l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar jieħu diversi inizjattivi favur il-lokalità b'mod ġenerali li fl-istess waqt jgħinu tissaħħaħ l-integrazzjoni fil-komunità.
Fost dawn hemm sezzjonijiet ta'Yoga uVolleyball, lezzjonijiet fil-lingwa Maltija u Ingliża u attivitajiet għat-tfal. Ġiet organizzata għall-ewwel darba l-‘Qawra CommunityChristmas Fair’bil-parteċipazzjoni ta' diversi komunitajiet barranin li kienet suċċess kbir.
Tas-Sliema
Infurmat li dan il-Kunsill jorganizza diversi livelli ta’ lezzjonijiet ta’ Malti bħala lingwa barranija flimkien mad-Dipartiment tal-Life Long Learning.
Is-Swieqi
Infurmat li l-fatt li f'din il-lokalità ma ssirx festa, m'hawnx għaqdiet ta' baned/każini sfortunatament tagħmel is-sitwazzjoni iktar diffiċli. Għalhekk, il-Kunsill jagħmel l-almu kollu tiegħu sabiex imqar darba fis-sena jorganizza SwieqiFest fejn ir-residenti kollha jingħataw l-opportunità li jiltaqgħu f'attività komuni.
Infurmat ukoll li matul is-sena jinżammu kuntatti ma' leaders ta' ċertu komunitajiet żgħar li jeżistu fil-lokalità msemmija bħala Bulgari, Ċiniżietc.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'miżuri partikolari ta' integrazzjoni soċjali qed jittieħdu fl-iskejjel tal-Gvern f'kull livell fejn hemm numru sostanzjali ta' studenti li mhumiex Maltin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpelant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Awtorità tal-Ippjanar – fondi miġbura minn skemi diversi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandha fondi l-Awtorità tal-Ippjanar li huma miġbura permezz tal-Commuted Parking Payment Scheme (CPPS), id-Development Planning Fund jew xi skemi oħra ta' ġbir ta' fondi mill-istess Awtorità, lokalità lokalità? Kemm minn dawn il-fondi huma committed ma' kunsilli lokali, jew xi għaqdiet volontarji oħra, lokalità lokalità, u f'kull każ għal liema żviluppi huma committed dawn il-fondi, kemm hu l-valur approvat committed u minn liema kunsill lokali jew għaqda saret l-applikazzjoni? Meta ġew approvati u meta ġie ffirmat kull ftehim li għad irid jitħallas?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li minħabba n-natura dettaljata tal-PQ ngħarraf li t-tagħrif mitlub se jingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn postijiet li għandhom pulizija ‘fixed point’ magħhom? F’liema lokalitajiet, separatament, jinsabu dawn il-‘fixed points’? Jista’ jgħid ukoll jekk il-pulizija li jkunu ‘fixed point’ fil-fatt jonqsux mill-complement li jkun hemm assenjat għal dik il-lokalità jew inkella jkunux żieda mal-complement tal-għasses?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ postijiet li li għandhom pulizija ‘fixed point’ magħhom bħalissa huma tmienja u għoxrin. Dawn id-doveri jkunu assenjati lill-uffiċjali barra mill-ħinijiet normali tax-xogħol tagħhom u għalhekk l-uffiċjali li jkun hemm, ma jonqsux mill-complement li jkun hemm assenjat għal xi lokalità jew sezzjoni. Mhix il-prassi li tingħata informazzjoni dwar il-lokalitajiet fejn hemm dawn il-fixed points.
Inċidenti fuq siti ta’ kostruzzjoni – pulizija preżenti waqt li jkunu għaddejjin inkjesti maġisterjali
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6493, jista’ l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub, u ċjoè kemm u fejn hemm siti ta' kostruzzjoni li dwarhom għaddejjin inkjesti maġisterjali u li għandhom pulizija għassa magħhom? Liema huma s-siti kollha li magħhom bħalissa hemm għassa ta' pulizija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi din l-ordni tkun fid-diskrezzjoni tal-Maġistrat Inkwerenti. Infurmat li preżentament hemm tliet siti li għandhom xi tip ta' għassa li huma f'Raħal Ġdid, Santa Venera u San Pawl il-Baħar.
Pulizija għassa ma’ siti ta’ kostruzzjoni li dwarhom tkun għaddejja inkjesta maġisterjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm, u liema huma s-siti li l-maġistrat li kien qed jagħmel, jew għadu għaddej b'inkjesta fuq inċidenti li seħħew fuq siti ta' kostruzzjoni fil-fatt ordna li jkun hemm għassa ta' pulizija mal-istess sit, u dan għaliex skont it-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6493, huma l-maġistrati inkwerenti li jordnaw jew le li jkun hemm għassa ta' pulizija ma’ tali siti li dwarhom tkun qed issir (jew saret) l-inkjesta maġisterjali?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li in vista tal-artikolu 518 tal-Kodiċi Kriminali l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.
San Pawl il-Baħar – Telgħet ix-Xemxija – tiswija tal-moll
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6269, li oriġinarjament saret lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar u li issa ġiet riferuta lilu, u jieħu l-passi neċessarji biex il-moll li jinsab taħt it-triq prinċipali tax-Xemxija, jiġifieri Telgħet ix-Xemxija, San Pawl il-Baħar, jiġi rranġat qabel jitkisser iktar, hekk kif bħalissa dan diġà fih ħafna ħsara?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta se tagħmel spezzjoni tal-moll imsemmi biex jiġu identifikati l-interventi neċessarji.