B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1417 dwar bozoz f'Dawret in-Nawfraġju, San Pawl il-Baħar, b'mod partikolari b'referenza għal bozza partikolari li ma kinitx tixgħel, fejn fit-tweġiba ngħad li l-bozoz li ma kinux jixegħlu nbidlu għal bozoz LED, tista' l-Ministru tassigura li din il-bozza qiegħda tixgħel kif suppost, hekk kif din tinsab mitfija u dan minkejja li sar rapport lill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar madwar xahar ilu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta ġiet infurmata mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-kuntrattur tal-kunsill informa lill-Kunsill li l-bozza f’Dawret in-Nawfraġju qiegħda tiffunzjona.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1418 dwar bozoz f'Dawret in-Nawfraġju, San Pawl il-Baħar, u b'referenza għal bozza partikolari li ma kinitx tixgħel, peress li fit-tweġiba ngħad li kienet diġà ttieħdet azzjoni biex il-bozoz jiġu rranġati, jista' l-Ministru jassigura li din il-bozza qiegħda tixgħel kif suppost, hekk kif din tinsab mitfija u dan minkejja li sar rapport lill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar madwar xahar ilu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi l-lampa li qed tagħmel referenza għaliha l-Onor. Interpellant issewwiet.
Intant infurmat mill-istess Kunsill Lokali li dwar kwistjonijiet ta’ din in-natura jsiru follow-ups regolari min-naħa tal-Kunsill Lokali sabiex jitranġa dak kollu li jkun hemm bżonn fil-lokalità relattiva.
Sptar Mater Dei – Art Clinic – proċess ta’ embryo transfer permezz tal-IVF
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux minnu li pazjenti li kienu waslu biex jibdew il-proċess ta' embryo transfer permezz tas-servizz tal-IVF mogħti fl-Art Clinic fl-Isptar Mater Dei, matul l-aħħar jiem ġew informati li għalissa ma jistgħux jibdew dan il-proċess? Jekk iva, x'inhi r-raġuni għal dan u meta mistenni jerġa’ jibda s-servizz ta' embryo transfer?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-proċess ta’ l-embryo transfer ġewwa l-ART Clinic fl-isptar Mater Dei ġie temporanjament sospiż , għaliex l-Awtoritajiet Maltin irċevew notifika ta’ recall ta’ medical device li jintuza fil-proċess tal-IVF, u għaldaqstant dan il-posponiment qed isir fuq raġuni teknika. Dan il-posponiment temporanju qed isir biex nassiguraw is-safety tal-pazjent.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema xogħlijiet fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tal-Ministeru għat-Turiżmu, jew l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), jew xi entità oħra li taqa’ taħtu, huma għaddejjin bħalissa? Liema xogħlijiet li għaddejjin bħalissa, jew li mistenni jinbdew fil-futur qarib, ħarġu t-tenders għalihom? Fejn il-proċess ta' evalwazzjoni ġie konkluż, min hu l-kuntrattur/i li ġie magħżul u kemm hu l-valur tax-xogħol li ġie aġġudikat? Fejn il-proċess ta' evalwazzjoni għadu mhux konkluż, meta hu mistenni li jiġu evalwati dawn it-tenders u kemm hi l-istima għal kull proġett?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema xogħlijiet fil-lokalità tal-Mellieħa li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tal-Ministeru għat-Turiżmu, jew l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), jew xi entità oħra li taqa’ taħtu, huma għaddejjin bħalissa? Liema xogħlijiet li għaddejjin bħalissa, jew li mistenni jinbdew fil-futur qarib, ħarġu t-tenders għalihom? Fejn il-proċess ta' evalwazzjoni ġie konkluż, min hu l-kuntrattur/i li ġie magħżul u kemm hu l-valur tax-xogħol li ġie aġġudikat? Fejn il-proċess ta' evalwazzjoni għadu mhux konkluż, meta hu mistenni li jiġu evalwati dawn it-tenders u kemm hi l-istima għal kull proġett?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema xogħlijiet fil-lokalità tan-Naxxar li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tal-Ministeru għat-Turiżmu, jew l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), jew xi entità oħra li taqa’ taħtu, huma għaddejjin bħalissa? Liema xogħlijiet li għaddejjin bħalissa, jew li mistenni jinbdew fil-futur qarib, ħarġu t-tenders għalihom? Fejn il-proċess ta' evalwazzjoni ġie konkluż, min hu l-kuntrattur/i li ġie magħżul u kemm hu l-valur tax-xogħol li ġie aġġudikat? Fejn il-proċess ta' evalwazzjoni għadu mhux konkluż, meta hu mistenni li jiġu evalwati dawn it-tenders u kemm hi l-istima għal kull proġett?
Xemxija, San Pawl il-Baħar – xogħol fuq is-sistema tad-drenaġġ
Question
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-pjan, inkluż is-sejħa għall-offerti, għal xogħol fuq is-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi tax-Xemxija, San Pawl il-Baħar? Meta hu mistenni li jinbeda u jitlesta dan ix-xogħol?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-proċess relatat ma’xogħol fuq is-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi tax-Xemxija jinsab għaddej u s-sejħa għall-offerti tinsab fi stadju ta’ vvettjar.
Wara li din tiġi ppubblikata, evalwata u jintgħażel l-offerent, ix-xogħlijiet mistennija jibdew aktar tard din is-sena.
San Pawl il-Baħar – xogħol fuq is-sistema tad-drenaġġ
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema xogħlijiet huma mistennija li jsiru fuq is-sistema tad-drenaġġ li sservi l-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar u għal meta huma ppjanati dawn ix-xogħlijiet?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-imsemmija xogħlijiet jinvolvu tħaffir ta’ trinek, liema xogħol mistenni jibda lejn l-aħħar tas-sena 2023 u jitlesta lejn l-aħħar tal-2024, kif ukoll xogħlijiet ta’ Microtunneling li mistennija jibdew f’Mejju 2023 u jitlestew f’Ġunju 2024.
San Pawl il-Baħar – xogħol marbut man-new water – sistema tad-drenaġġ
Question
Billi wħud mill-inħawi fejn bħalissa qed isir ix-xogħol marbut man-new water, fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, għad m'għandhomx sistema tad-drenaġġ, tista' l-Ministru tgħid jekk mal-istess xogħol hux qed jittieħdu passi biex jgħaddi wkoll main tad-drenaġġ?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ix-xogħlijiet marbuta man-new water huma mmirati sabiex aktar bdiewa jkollhom aċċess għall-ilma fl-għelieqi tagħhom u allura dan it-tip ta’ xogħol mhux relatat mas-sistema tad-drenaġġ kemm fil-miri tiegħu iżda iktar u iktar fin-natura nnifisha tax-xogħlijiet meħtieġa.
F’dan l-istadju m’hemmx il-ħsieb li tkun estiża s-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6880 u jgħid liema skejjel tal-Gvern għandhom servizz ta’ interpretu, u fejn hemm tali interpretu, jista’ jgħid minn liema lingwa għal liema lingwa hemm interpretazzjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz ta’ interpretu hu disponibbli għall-iskejjel kollha. Il-lingwi interpretati huma; l-Għarbi, is-Serb, l-Armen, l-Urdu, l-Ukren, ir-Russu u ċ-Ċiniż.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6918, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk fil-binjiet li nbnew wara l gwerra, u li wara li nbnew mill-ġdid kienu nkrew lil dawk li kellhom bżonn residenza, is-sidien ta’ dawk il-postijiet (illum l-eredi taghhom) għadhomx jitħallsu bl-istess rata li kienu jitħallsu meta l-proprjetà nkriet għall-ewwel darba?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sidien baqgħu jitħallsu l-istess kera skont kuntratti ta' pussess u użu jew dominju pubbliku li kienu ffirmati minnhom jew mill-antenati tagħhom. Liema kuntratti kienu ffirmati a tenur tal-Ordinanza dwar l-akkwist ta' artijiet għal skopijiet pubbliċi (Kap. 88 tal-Liġijiet ta' Malta).
Green Malta – diskussjonijiet ma’ kunsilli/ kumitati reġjonali dwar proġetti ta’ tħaddir
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6879, tista’ l-Ministru tgħid liema kienu dawk l-entitajiet, inkluż kunsilli lokali u għaqdiet mhux governattivi, li ssottomettew proposti lil Project Green? F’kull każ, liema kien/kienu l-proposti li ġew sottomessi? Liema minn dawn il-proposti ġew aċċettati? Liema proposti għadhom qed jiġu kkonsidrati?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li bħalissa l-applikazzjonijiet li ġew sottomessi qegħdin jiġu proċessati u evalwati skont il-linji gwida stabbiliti u ppubblikati fuq is-sit project green.
F’dan l-istadju nista’ nikkonferma li ġew sottomessi 58 applikazzjoni minn kunsilli lokali, 4 mill-NGOs ambjentali, u 10 minn entitajiet oħra fosthom għaqdiet sportivi, każini tal-baned, skejjel, fondazzjonijiet u għaqdiet volontarji.
Aktar dettalji dwar dawn l-applikazzjonijiet se jiġu ppubblikati wara li jiġi terminat il-proċess ta’ evalwazzjoni.
Diviżjoni tax-xogħlijiet – xogħol għall-kunsilli lokali
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6862, dwar xogħol għall-kunsilli lokali mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet, jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti li qed jitwettqu bħalissa bil-mod kif indikat fir-risposta, kemm fejn ix-xogħol qed isir kollu mid-dipartiment, kif ukoll fejn il-kunsill qed jipprovdi l-materjal?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Diviżjoni tax-xogħlijiet – xogħol għall-kunsilli lokali
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6862, dwar xogħol għall-kunsilli lokali mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet, jista’ l-Ministru jgħid liema kienu x-xogħlijiet li saru bil-modi indikati fit-tweġiba għas-sena 2022?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Diviżjoni tax-xogħlijiet – xogħol għall-kunsilli lokali
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6862, dwar xogħol għall-kunsilli lokali mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li hemm indikat fir-risposta, bejn id-dipartiment u l-kunsilli lokali?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim bejn id-Dipartiment tax- Xogħlijiet Pubbliċi u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6725 u jagħti tagħrif dwar x'miżuri partikolari ta' integrazzjoni soċjali qed jittieħdu fl-iskejjel tal-Gvern f'kull livell fejn hemm numru sostanzjali ta' studenti li mhumiex Maltin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskejjel jeżertiċaw inklużjoni wiesgħa u huma sensittivi għall-integrazzjoni soċjali ta’ studenti barranin. Fost il-miżuri meħuda hemm;
· Laqgħat mal-ġenituri fil-bidu ta’ kull sena skolastika jew meta jkunu rreġistrati l-istudenti;
· Familjarizazzjoni mal-ambjent fiżiku tal-iskola;
· Sapport materjali fejn ikun meħtieġ;
· Sistema ta’ “buddy” biex jagħtu sapport għall-integrazzjoni;
· Lezzjonijiet tal-Malti bħala lingwa barranija;
· Attivitajiet li jinvolvu ċelebrazzjoni tal-multikulturiżmu u d-diversità.
Awtorità tal-Ippjanar — fondi miġburin minn skemi diversi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6810 u jgħid kemm għandha fondi l-Awtorità tal-Ippjanar li huma miġburin permezz tal-Commuted Parking Payment Scheme (CPPS), id-Development Planning Fund jew xi skemi oħrajn ta' ġbir ta' fondi mill-istess Awtorità, lokalità lokalità? Kemm minn dawn il-fondi huma committed ma' kunsilli lokali, jew xi għaqdiet volontarji oħra, lokalità lokalità, u f'kull każ għal liema żviluppi huma committed dawn il-fondi, kemm hu l-valur approvat committed u minn liema kunsill lokali jew għaqda saret l-applikazzjoni? Meta ġew approvati u meta ġie ffirmat kull ftehim li għad irid jitħallas?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għall-ewwel sentenza fil-mistoqsija parlamentari 6810 tinsab f’Tabella A li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Din l-istess tabella tagħti wkoll tagħrif kemm fuq id-diversi fondi kif ukoll fuq il-fondi li hemm “committed” imma li għadhom mhux imħallsa.
Rigward applikazzjonijiet u kuntratti, l-applikazzjonijiet jitqiesu bħala “appovati” meta jkunu kuntratti. Tabella B turi l-kuntratti bl-ammonti u d-dati tal-kuntratt mill-bidu tat-2017 sal-bidu ta’ Marzu 2023. Tabella C turi l-ħlasijiet li saru fuq l-istess perjodu ta’ żmien.
Attachments:PQ6999 -PQ6810 - Fondi ta' l-Awtorita' ta' L-Ippjanar - Graziella Galea - 2023-03-07 (003)(2).pdf
Kunsilli Lokali u Kumitati Reġjonali – xiri/żvilupp ta’ proprjetà
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6860, dwar liema kunsilli lokali u kumitati reġjonali ngħataw permess dwar xiri u żvilupp ta’ proprjetà fil-lokalità tagħhom, jista’ l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub għal kull sena: 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023 sad-data li fiha qiegħda ssir din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil u li jeħtieġ użu ta' ħafna riżorsi, liema riżorsi jistgħu jintużaw fuq ħidma ħafna aktar produttiva u effettiva b'risq iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin. Għaldaqstant, infurmat li t-tagħrif mitlub ma jistax jiġi kkompilat u jingħata f’dan l-istadju.
Kunsilli Lokali u Kumitati Reġjonali – talba għal devoluzzjoni ta’ proprjetà
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6861 dwar talba għal devoluzzjoni ta’ proprjetà, jista’ l-Ministru jgħid meta saru t-talbiet għad-devoluzzjoni msemmija fit-tweġiba? F’kull każ, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-site plan taż-żoni li għalihom saret it-talba għad-devoluzzjoni? F’kull każ, fiex wasal il-proċess?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' meta saru t-talbiet għad-devoluzzjoni u fiex wasal il-proċess.
Kunsilli Lokali u Kumitati Reġjonali – talbiet għall-Project Green
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6861 dwar talba għal devoluzzjoni ta’ proprjetà, billi f'din it-tweġiba hemm referenza għall-Project Green, jista’ l-Ministru jgħid liema kunsilli lokali oħrajn issottomettew talbiet għall-istess Project Green?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.