Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħlas lil carers ta’ persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jsir l-ewwel ħlas għall-carers ta' persuna b’diżabilità severa matul din is-sena? Kemm se jkun dan il-ħlas lil kull ġenitur li hu carer ta' persuna b'diżabilità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Diviżjoni tax-xogħlijiet – xogħol għall-kunsilli lokali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7085 u 7351 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6862 dwar xogħol għall-kunsilli lokali mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet, jista’ l-Ministru jgħid liema kienu x-xogħlijiet li saru bil-modi indikati fit-tweġiba għas-sena 2022?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ xogħlijiet li saru bil-modi indikati fit-tweġiba mistoqsija parlamentari 6862 għas-sena 2022.

Diviżjoni tax-Xogħlijiet – xogħol għall-kunsilli lokali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7084 u 7350 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6862 dwar xogħol għall-kunsilli lokali mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet, jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti li qed jitwettqu bħalissa bil-mod kif indikat fir-risposta, kemm fejn ix-xogħol qed isir kollu mid-dipartiment, kif ukoll fejn il-kunsill qed jipprovdi l-materjal?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ xogħlijiet li qed jitwettqu bħalissa bil-mod kif indikat fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6862, kemm fejn ix-xogħol qed isir kollu mid-Dipartiment, kif ukoll fejn il-Kunsill qed jipprovdi l-materjal.

Direttorat għas-Saħħa Ambjentali – uffiċini

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema huma l-uffiċċji reġjonali tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ġewwa Malta u Għawdex fejn wieħed jista' jirrapporta nuqqas relatat mas-sanità? Minn fejn qed joperaw? X'inhuma l-ħinijiet tal-ftuħ ta' kull wieħed minn dawn l-uffiċċji?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 6600.

Awtorità tal-Ippjanar — fondi miġburin minn skemi diversi

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema linji gwida jintużaw biex l-Awtorità tal-Ippjanar tiddeċiedi li tgħaddi fondi miġbura mid-Development Planning Fund (DPF), mill-Commuted Parking Payment Scheme (CPPS) u fondi oħra li tiġbor, lil xi kunsill lokali jew lil xi entità oħra lokali, għal titjib fil-lokalità? Jista' jgħid ukoll liema dokumenti jkunu jridu jiġu sottomessi għall-konsiderazzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar f'dawn l-applikazzjonijiet qabel il-fondi jiġu approvati?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-Ċirkulari tal-Ippjanar numru 1 tas-sena 2022 tagħti linji gwida dwar kif jintużaw fondi tal-Awtorità fl-iskema magħrufa bħala “Locality Funding” tad-Development Planning Fund. Qiegħed inpoġġi kopja taċ-Ċirkulari u d-dokumenti relatati fuq il-Mejda tal-Kamra. Dokumenti li jkunu jridu jiġu sottomessi flimkien mal-applikazzjonijiet għall-fondi ħafna drabi jiddependu min-natura tal-applikazzjoni. F’każ ta’ applikazzjoni għall-fondi “full” tista’ tgħid li dejjem ikunu jinvolvu: Site plan Block Plan Plans, elevations etc. Bills of Quantities Specifications Approved Planning Consent References (eg. PA, DN etc. if relevant) Photographs F’każijiet oħrajn jistgħu jintalbu dokumenti oħra skont il-każ. L-applikazzjonijiet huma standard u jinkisbu minn fuq il-websajt tal-PA.

Kunsilli Lokali tat-12-il Distrett Elettorali – żvilupp ta’ bini

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7002 dwar xiri jew żvilupp ta' proprjetà minn kunsilli lokali jew kumitati reġjonali, billi fit-tweġiba ngħad li l-informazzjoni mitluba teħtieġ eżerċizzju li jieħu żmien twil u ħafna riżorsi, jista' l-Ministu jgħid liema kunsilli lokali fit-12-il Distrett Elettorali għandhom pjan li jwettqu żvilupp ta' bini matul is-sena 2023 jew is-snin ta' wara? Jista' jgħid liema huma dawn il-kunsilli lokali, xi żvilupp għandhom ippjanat u meta hu maħsub li jitwettaq dan l-iżvilupp?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tispeċifika eżatt dwar x’tip ta’ żvilupp qed tirreferi għalih.

Awtorità tal-Ippjanar — applikazzjonijiet mill-kunsilli lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kunsilli lokali għandhom applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar biex jiżviluppaw xi sit jew proprjetà? F'kull każ, liema huma l-applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar u minn liema kunsill lokali?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed nippreżenta t-tabella li turi n-numru t'applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar sa’ 17 ta’ Marzu 2023, fejn l-applikant huwa r-rappreżentant tal-Kunsill Lokali. Applikant Applikazzjonijiet pendenti Birkirkara 1 Birzebbuga 1 Bormla 2 Dingli 2 Floriana 2 Ghajnsielem 2 Gharb 3 Gharghur 3 Ghaxaq 1 Iklin 1 Kercem 4 Kirkop 1 Marsa 1 Marsaxlokk 1 Mellieha 2 Mqabba 1 Paola 1 Qala 1 Qormi 1 Qrendi 2 Rabat 6 San Giljan 2 San Pawl il-Bahar 1 Santa Lucija 1 Siggiewi 1 Xewkija 1 Xghajra 2 Zebbug (Gozo) 1 Zejtun 5 Zurrieq 2 Grand Total 55

San Pawl il-Baħar – Triq San Publiju kantuniera ma’ Triq San Franġisk – żbir ta’ siġar

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex is-siġar li hemm fi Triq San Publiju kantuniera ma' Triq San Franġisk, San Pawl il-Baħar, jinżabru hekk kif diġà saru rapporti lill-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar biex isir dan iż-żbir iżda dan baqa' ma sarx? Jista' jgħid meta mistenni jsir dan ix-xogħol?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi ż-żbir tas-siġar isir sabiex is-siġar jissaħħu u dan sakemm ma jkunx hemm xi periklu. Infurmat ukoll li l-istess Kunsill ma rriżultalux xi waħda minn dawn il-kriterji fil-każ tas-siġar imsemmija mill-Onor. Interpellanta.

Persuni li jagħmlu użu mis-servizz tat-trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif qed issir il-verifika ta' kemm passiġġieri jużaw it-trasport pubbliku? Jista' jgħid kif qed jitħallas l-operatur tat-trasport pubbliku min-naħa tal-Gvern?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li perjodikament l-operatur tat-Trasport Pubbliku joħroġ invoice lil Transport Malta bl-ammont ta’ vjaġġi li jkunu saru minn passiġġieri u vjaġġi li jikkwalifikaw mit-trasport pubbliku b’xejn. Flimkien ma dawn l-invoies l-operatur jibgħat ukoll rendikont ta’ kull vjaġġ li jikkwalifika għal vjaġġar b’xejn. Il-prinċipju huwa li dak li kien jiġi mħallas mill-passiġġier qabel ma daħlet din il-mi¿ura, illum qiegħed jitħallas mill-Gvern direttament lill-Operatur tat-trasport pubbliku. Ir-refużjoni issir skont it-tip ta’ card personalizzata li għandu il- passiġġier. Il-verifika ssir minn awditur indipendenti imqabbad min Transport Malta.

Kunsilli Lokali – bye-laws preżentati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena ġewx ippreżentati bye-laws mill-kunsilli lokali sabiex dawn jiġu approvati ħalli eventwalment jidħlu fis-seħħ fil-lokalitajiet rispettivi? Jekk iva, liema huma dawn il-bye-laws, meta ġew preżentati u minn liema kunsill lokali? Fiex wasal il-proċess tal-approvazzjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li din is-sena, s’issa, ġew ippreżentati żewġ proposti ta’ Bye-Laws li huma: a. Bye Laws dwar Kontroll tal-Ħamiem (Kunsill Lokali Marsa), ippreżentata mill-Kunsill Lokali tal-Marsa, fil-11 ta’ Jannar 2023 u li ġiet approvata fit-8 ta’ Frar 2023. b. Bye Laws dwar Użu ta’ Faċilità u Amministrazzjoni ta’ Parking f’Kulleġġ Marija Reġina, Qawra (Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar), ippreżentata mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, nhar il-21 ta’ Frar 2023. Din qed tiġi analizzata.

Kunsilli Lokali – bye-laws approvati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena ġewx approvati bye-laws li kienu ġew preżentati mill-kunsilli lokali u dan sabiex eventwalment jidħlu fis-seħħ fil-lokalitajiet rispettivi? Jekk iva, liema huma dawn il-bye-laws, meta ġew approvati u minn liema kunsill lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li din is-sena, s’issa, ġiet approvata proposta ta’ bye-laws waħda li hija Bye Laws dwar Kontroll tal-Ħamiem, ippreżentata mill-Kunsill Lokali tal-Marsa, u din ġiet approvata nhar it-8 ta’ Frar 2023.

San Pawl il-Baħar – trasferiment tal-għassa tal-pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-għassa tal-pulizija ta' San Pawl il-Baħar hux se tiġi trasferita għal post ieħor? Jekk iva, fejn hu mistenni li tiġi trasferita l-istess għassa? Meta hu mistenni li jseħħ dan it-trasferiment?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi mill-Għassa ta’ San Pawl il-Baħar jiġi provdut is-servizz ta' Pulizija tal-Komunità. M’iniex infurmat li din l-Għassa se tkun rilokata. Barra minn hekk, infurmat illi San Pawl il-Baħar għandu għassa oħra fil-Qawra li topera bil-mod tradizzjonali.

Project Green – applikazzjonijiet sottomessi minn Kunsilli Lokali, NGOs u entitajiet oħra

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7069 dwar applikazzjonijiet sottomessi lil Project Green, tista' l-Ministru tgħid liema kunsilli lokali, NGOs ambjentali u entitajiet oħra ssottomettew tali applikazzjonijiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, kif spjegajt fit-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 7069, id-dettalji tal-applikazzjonijiet se jiġu ppubblikati wara li jintemm il-proċess tal-evalwazzjoni.

Skejjel tal-Gvern — servizz ta’ interpretu

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7020 dwar servizz ta' interpretu għall-iskejjel tal-Gvern, jista' l-Ministru jgħid kemm-il interpretu hemm disponibbli għal dan is-servizz? Jista' jgħid ukoll kif jitħaddem dan is-servizz?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz ta’ interpretu jsir mill-Community Liason Workers u li bħalissa hemm 9. Dan is-servizz hu offrut lill-kulleġġi kollha madwar Malta u Għawdex.

Skejjel tal-Gvern — miżuri dwar studenti barranin

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6998 dwar miżuri ta' integrazzjoni soċjali għal studenti barranin fl-iskejjel tal-Gvern, jista' l-Ministru jgħid f'liema skejjel qegħdin jittieħdu dawn il-miżuri?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn il-miżuri jiġu addottati fl-iskejjel kollha skont il-ħtieġa.

Qawra – ħruġ tad-drenaġġ

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’passi ser jittieħdu biex jiġi assigurat li fl-inħawi tal-Qawra, u partikolarment qrib l-inħawi tal-kanal madwar is-salt pans, ma jibqax joħroġ id-drenaġġ? X’interventi saru fl-aħħar xhur f'dawn l-inħawi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fiż-żona indikata ma kien hemm l-ebda żbroff ta’ drenaġġ fil-jiem li għaddew. Minn żmien għal żmien il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tagħmel xogħlijiet ta’ manutenzjoni li jinkludu żblukkar tas-sistemi fejn u meta meħtieġ.

Kunsilli Lokali tat-12-il Distrett Elettorali – xiri ta’ proprjetà jew art

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7002 dwar xiri jew żvilupp ta' proprjetà minn kunsilli lokali jew kumitati reġjonali, billi fit-tweġiba ngħad li l-informazzjoni mitluba teħtieġ eżerċizzju li jieħu żmien twil u ħafna riżorsi, jista' l-Ministu jgħid liema kunsilli lokali fit-12-il Distrett Elettorali xtraw proprjetà jew art matul is-snin 2022 u 2023? Liema kunsilli lokali għandhom il-ħsieb li jixtru proprjetà jew art matul is-sena 2023?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali li l-informazzjoni rikjesta tinsab hawn taħt: Kunsill Lokali Xiri u Żviluppi ta' Proprjet à fil-Lokalitajiet 2022 2023 In-Naxxar NIL Xiri ta’ art biswit il-Mitħna tal-Għaqba Triq Giuseppe Stivala Data tal-kuntratt: 26/1/2023 In oltre, ninsab infurmat illi l-lokalitajiet l-oħrajn tat-12-il Distrett ċjoè l-Mellieħa u San Pawl il-Baħar issottomettew NIL reply.

Diviżjoni tax-Xogħlijiet – xogħol għall-kunsilli lokali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7084 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6862 dwar xogħol għall-kunsilli lokali mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet, jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti li qed jitwettqu bħalissa bil-mod kif indikat fir-risposta, kemm fejn ix-xogħol qed isir kollu mid-dipartiment, kif ukoll fejn il-kunsill qed jipprovdi l-materjal?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Diviżjoni tax-xogħlijiet – xogħol għall-kunsilli lokali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7085 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6862 dwar xogħol għall-kunsilli lokali mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet, jista’ l-Ministru jgħid liema kienu x-xogħlijiet li saru bil-modi indikati fit-tweġiba għas-sena 2022?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

San Pawl il-Baħar — Triq Toni Bajada - bozza ma tixgħelx

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6064 dwar bozza ma tixgħelx fi Triq Toni Bajada, San Pawl il-Baħar, fejn ingħad li din ġiet irranġata, tista' l-Ministru tassigura li din qiegħda tixgħel kif suppost hekk kif baqgħet ma tiffunzjonax, minkejja li saru rapporti lill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar dwar dan, anke wara d-data li fiha ġiet imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsijia parlamentari 6064, ninfurmaha li ressaqt mill-ġdid l-ilment lill-EneMalta.