Awtorità tal-Ippjanar – appelli/rappreżentazzjonijiet pendenti dwar applikazzjoni mill-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar
Question
B'referenza għall-iżvilupp permess mill-applikazzjoni DN 648/22 – Proposed installation of ground fixed percussion exhibits – li saret mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar għandhiex quddiemha xi appell jew rappreżentazzjoni fuq dan il-permess jew permess fl-istess post li għad irid jiġi deċiż? Jekk iva, liema huma dawn l-appelli/rappreżentazzjonijiet pendenti?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Awtorità tal-Ippjanar m’għandhiex quddiemha appell jew rappreżentazzjoni fuq dan il-permess u lanqas permess fl-istess post li għad irid jiġi deċiż.
San Pawl il-Baħar – Pjanti dwar ix-xogħlijiet ta’ upgrading fis-sistema tad-drenaġġ
Question
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti dwar ix-xogħlijiet li se jsiru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għal dak li jikkonċerna l-upgrade tas-sistema tad-drenaġġ permezz ta’ mina fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar? Tista' tagħti tagħrif dwar min se jkun qed iwettaq ix-xogħol u meta mistenni jinbeda l-istess xogħol?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 7732, fejn spjegajt fid-dettall l-investiment li se tagħmel il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex ittejjeb sostanzjalment l-infrastruttura tad-drenaġġ fiż-żona. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti tax-xogħlijiet. Dawn ser isiru minn Rockcut Ltd. u mistenni li jinbdew fil-ġranet li ġejjin.
Tqassim ta’ fondi fuq Assistenti Personali u Independent Community Living
Question
Tista' l-Ministru tgħid kif inhu ppjanat li titqassam is-somma ta’ €4.2 miljun fuq il-konċett ta’ Assistenti Personali u Independent Community Living hekk kif ġie mħabbar fil-Baġit għal din is-sena?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fondi jiġu użati fuq persuni b’diżabilità li sena wara oħra kellhom diġà s-servizz tal-assistent personali mħallas jew sussidjat mill-Independent Commmunity Living, kif ukoll ser tiżdied ir-rata tas-sussidju għal dawk li jiġu sussidjati b’siegħa siegħa minn €6.50 għal €9. Aġenzija Sapport ukoll qed tressaq persuni ġodda li għandhom bżonn li jkollhom assistent personali sabiex jibbenefikaw mill-baġit ivvutat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta jew xi entità oħra li taqa’ taħtu għamlitx xi spezzjoni fuq il-Gżejjer ta’ San Pawl għal dak li jikkonċerna l-binja u l-istatwa li hemm fuq l-istess gżejjer? Jekk ma sarux spezzjonijiet, jista’ jieħu l-passi neċessarji biex issir spezzjoni u jiġi aċċertat li l-binja u l-istatwa li hemm jiġu restawrati kif meħtieġ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsba infurmat li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali spezzjonat is-sit f’nofs is-sena 2022, u sa dik id-data, l-istatwa kienet fi stat ta’ konservazzjoni tajjeb.
Fir-rigward tat-torri, infurmat li filwaqt li mill-ispezzjoni jirriżulta ċar li dan qiegħed fi stat dilapidat, is-Sovrintendenza m’għandhiex dettalji dwar is-sid/sidien tal-imsemmi torri.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7417, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar xi żviluppi kien hemm fuq din il-materja?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadhom għaddejjin diskussjonijiet sabiex jiġi ffaċilitat l-intervent meħtieġ. Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi intalab biex issir parti mix-xogħolijiet meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jgħid meta sar l-ewwel ħlas għall-carers ta' persuni b'diżabilità severa matul din is-sena? Kull meta se jkun qed isir dan il-ħlas? Preżentement kemm hu l-ħlas lil kull ġenitur li hu carer ta' persuna b'diżabilità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-ewwel ħlas, għal din is-sena, tal-Carers Grant li titħallas lill-ġenitur li ma jkunx qiegħed jaħdem minħabba li jkun qiegħed jieħu ħsieb ta’ wild jew ulied b’diżabilità severa u l-wild jew ulied ikun/u qed jirċievi/u l-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa, sar fit-8 ta’ April 2023. Hekk kif imħabbar fil-Baġit għas-sena 2023 dan il-ħlas tela’ minn €500 għal €4,510 fis-sena. Il-ħlas dovut qiegħed jitħallas kull tlett xhur fl-ammont ta €1127.50.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni nħarġet, xahar b'xahar, dwar ksur ta' by-law KLBL55/05/2021, liema by-law hi dwar il-konsum tal-alkoħol f'postijiet pubbliċi f'San Pawl il-Baħar, minn mindu daħlet fis-seħħ din il-by-law sal-aħħar ta' Marzu 2023? Minn dawn iċ-ċitazzjonijiet li nħarġu, kemm minnhom irriżulta li l-persuna lil min inħarġet iċ-ċitazzjoni kienet ħatja, ma kinitx ħatja u kemm hemm każijiet pendenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ ċitazzjonijiet li nħarġu kemm mill-Pulizija kif ukoll minn uffiċjali tal-LESA, xahar b'xahar, dwar ksur ta' by-law KLBL55/05/2021, dwar il-konsum tal-alkoħol f'postijiet pubbliċi f'San Pawl il-Baħar, minn Mejju 2021 sal-aħħar ta' Marzu 2023 kien ta’ mija u tlieta u sittin (163). Dettalji ta’ kemm minn dawn iċ-ċitazzjonijiet tħallsu mill-ewwel, kemm mill-persuni responsabbli nstabu ħatja jew kienu liberati wara smigħ, u dawk il-każijiet li għadhom pendenti, jidhru fit-tabella riprodotta hawn taħt:
Kontravenzjonijiet maħruġa abbażi ta’ KLBL 55/05/2021 - Alkoħol - San Pawl il-Baħar
Mejju 2021 sa Marzu 2023 - status sa 14042023
Sena u xahar
Imhallsa
Misjuba ħatja wara smigh
Liberati wara smigħ
Pendenti
Total
2021
6
14
6
26
May
4
4
8
Jun
6
7
2
15
Sep
3
3
2022
68
47
3
118
Feb
5
2
7
Mar
1
1
Apr
4
5
9
May
6
4
2
12
Jun
7
11
18
Jul
7
1
8
Aug
4
4
Sep
3
4
7
Oct
9
8
17
Nov
16
6
1
23
Dec
7
5
12
2023
10
1
8
19
Jan
3
1
4
Feb
4
1
1
6
Mar
3
6
9
Total
84
61
10
8
163
Ħruġ ta’ ċitazzjonijiet dwar storbju eċċessiv f’San Pawl il-Baħar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni nħarġet, xahar b'xahar, dwar storbju eċċessiv fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar minn Jannar 2021 sal-aħħar ta' Marzu 2023? Minn dawn iċ-ċitazzjonijiet li nħarġu, kemm minnhom irriżulta li l-persuna/stabbiliment eċċ. lil min inħarġet iċ-ċitazzjoni kienet ħatja, ma kinitx ħatja u kemm hemm każijiet pendenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ ċitazzjonijiet li nħarġu, xahar b'xahar, dwar każijiet ta’ ksur ta’ ordni pubbliku fejn kien hemm storbju eċċessiv, fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar bejn Jannar 2021 u l-aħħar ta' Marzu 2023 kien ta’ sebgħa u għoxrin (27). Minn dawn ħamsa nstabu ħatja, ħamsa għandhom il-każ pendenti u sbatax ġew illiberati.
Xahar
Numru ta’ Ċitazzjonijiet
Misjuba ħatja
Każijiet Pendenti
Liberati
2021
Jannar
2
2
Frar
2
2
Marzu
1
1
April
1
1
Mejju
-
Ġunju
-
Lulju
2
2
Awwissu
Settembru
3
3
Ottubru
1
1
Novembru
2
1
1
Diċembru
2
2
2022
Jannar
3
2
1
Frar
1
1
Marzu
-
April
Mejju
2
1
1
Gunju
2
1
1
Lulju
-
Awissu
-
Settembru
1
1
Ottubru
-
Novembru
1
1
Dicembru
1
1
2023
Jannar
-
Frar
-
Marzu
-
27
5
5
17
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti f'kull skola primarja f'Malta u Għawdex? Minn dawn l-istudenti, għal kull skola, kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom mhumiex Maltin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
San Pawl il-Baħar – żieda tal-frekwenza tal-vjaġġi tat-trasport pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji mal-operatur tat-trasport pubbliku biex tiżdied il-frekwenza tal-vjaġġi tal-karozzi tal-linja li joperaw fuq ir-rotot ta’ San Pawl il-Baħar, b'mod partikolari issa li ġej is-sajf, u allura jiżdiedu ferm il-persuni li joqogħdu f'din il-lokalità?
Response (FARRUGIA, AARON)
Waqt li nagħmel referenza għat-tweġiba li ngħatat fil-Mistoqsija Parlamentari 7997, ninforma lill-Onor. Interpellanta li hi prassi normali li minn żmien għal żmien l-operatur, bi qbil mal-awtoritajiet kompetenti, iżid il-frekwenzi fil-lokalitajiet kollha li jkunu qed jesperjenzaw żidiet fil-passiġġieri, mhux l-inqas f’dawk fejn tiżdied il-load fi żminijiet meta fostna jkun hawn ammont kbir ta’ turisti.
San Pawl il-Baħar – rotta tal-karozza tal-linja 250
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1717 dwar ir-rotta tal-karozza tal-linja 250, jista’ l-Ministru jgħid xi rriżulta mill-istudju li hemm referenza għalih fit-tweġiba għal din il-mistoqsija? X'inhi s-soluzzjoni li nstabet?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudji li qegħdin isiru fuq din ir-rotta u rottot oħra qegħdin jiġu finalizzati. Dan it-tibdil ser ikun qiegħed jitħabbar fil-futur qarib.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2912 dwar rotot tat-trasport pubbliku, jista' l-Ministru jgħid jekk is-suġġeriment mgħoddi fl-istess mistoqsija ġiex ikkonsidrat hekk kif fit-tweġiba ngħad li ttieħdet nota ta' dan is-suġġeriment? Jekk iva, x'azzjoni ttieħdet?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsabu infurmati li qiegħed jiġi finalizzat studju fuq in-network sabiex jiġu identifikati dawk ir-rotot li jinħtiġilhom li tiżdied il-frekwenza tagħhom. Fost dawn hemm dawk ir-rotot li jservu l-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar u li għalhekk jinkludu lil Buġibba, il-Qawra u x-Xemxija. Fil-futur qarib sejrin inkunu qegħdin inħabbru żidiet fil-frekwenza fuq diversi rotot.
Fl-istess ħin ta' min wieħed jinnota li qegħdin isiru numru ta' laqgħat ma’ diversi stakeholders, fosthom korpi kostitwiti u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali sabiex nifformulaw pjan li jara lis-servizz tat-trasport publiku jiġi mtejjeb.
Jista' l-Ministru jgħid meta saru l-aħħar interventi fuq il-banjijiet Rumani li hemm fil-limiti tal-Imġarr? X'kienu l-interventi li saru, u kif qed jiġi assigurat li dawn l-istess banjijiet ikunu mħarsin kull ħin?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Banjijiet Rumani f’Għajn Tuffieħa kienu l-lok ta’ sensiela ta’ proġetti tul l-aħħar deċennju, wara li sar studju estensiv tal-mużajk u l-pavimentar kollu tas-sit mill-ispeċjalista Dr Livia Alberti fl-2012, proġett iffinanzjat mill-UNESCO.
Permezz ta’ dan l-istudju ġew identifikati numru ta’ bżonnijiet sabiex is-sit ikun ikkonservat aħjar, bħat-tneħħija tal-kmamar li kienu nbnew direttament fuq il-fdalijiet u kienu qed jagħmlu ħafna ħsara. Dawn il-kmamar tneħħew ukoll fl-2012.
Bejn l-2013 u l-2016 is-sit ġie studjat b’mod estensiv f’aspetti xjentifiċi, naturali u arkeoloġiċi permezz ta’ finanzi mill-Fondi Strutturali Agrikoli Ewropej. Ġie stabbilit li s-sit, speċjalment il-pavimentar, ikun iktar protett jekk jitgħatta b’mod temporanju. Dan sar fuq żewġ fażijiet.
Fl-2019 imtliet il-vaska l-kbira b’materjal mixtri apposta mid-Dolomiti. Dan sar bħala prova, u kienet il-bażi li fuqha ġiet iffurmata l-metodoloġija biex jitgħattew il-pavimenti tas-sit. Dawn il-‘backfills’ saru fl-2021 u qed jiġu mmoniterjati regolarment.
Kunsilli Lokali tat-12-il Distrett – żvilupp ta’ bini
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7394 dwar żvilupp ta’ bini mill-kunsilli lokali tat-12-il Distrett, jista’ l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub għal dak li jikkonċerna żvilupp ta’ bini li se jkun qed isir mill-kunsill lokali rispettiv u li għalih hu meħtieġ permess mill-Awtorità tal-Ippjanar sabiex dan l-iżvilupp ikun jista’ isir?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta jew xi entità oħra li taqa’ taħtu għandhiex inventarju tal-proprjetajiet ta’ wirt storiku li jinsabu għand il-privat? Jekk għandha tali inventarju, jista’ jagħti tagħrif dwar il-mod kif dan l-istess inventarju jinżamm aġġornat?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li skont l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali, hija r-responsabbilità tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li tiġbor u żżomm inventarju nazzjonali.
Infurmat ukoll li l-proprjetà privata li hija inkluża fl-Inventarju nazzjonali tikkonsisti prinċiparjament fi proprjetà privata li hija skedata u dawk in-niċeċ li jiffurmaw parti minn proprjetà privata.
Intant infurmat ukoll li l-Inventarju Nazzjonali mhux wieħed finali, iżda jiġi aġġornat b’mod tematiku.
Xemxija, San Pawl il-Baħar – permess fuq is-sit tal-Mistra Village
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’azzjoni ttieħdet mill-Awtorità tal-Ippjanar jew mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) dwar il-permess PA6747/18 fuq is-sit tal-Mistra Village, Xemxija, San Pawl il-Baħar, hekk kif ix-xogħol inbeda fuq is-sit, minkejja li għad hemm każ pendenti l-Qorti dwar dan is-sit?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-permess PA6747/18 maħruġ fl-1 ta’ Frar 2019 huwa effettiv u mhux sospiż.
Xemxija, San Pawl il-Baħar – permess fuq is-sit tal-Mistra Village
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx sottomessi d-dokumenti kollha sabiex seta' jinbeda x-xogħol fuq il-permess PA6747/18 fuq is-sit tal-Mistra Village, Xemxija, San Pawl il-Baħar? Jista' jgħid jekk sarux ispezzjonijiet fuq is-sit sabiex jiġi żgurat li d-dokumenti meħtieġa kollha twaħħlu ma' dan is-sit? Jekk iva, meta saru dawn l-ispezzjonijiet u xi rriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet?
Xemxija, San Pawl il-Baħar – permess fuq is-sit tal-Mistra Village
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux ispezzjonijiet fuq is-sit relatat mal-permess PA6747/18 tal-Mistra Village, Xemxija, San Pawl il-Baħar, sabiex jiġi vverifkat ix-xogħol li qed isir? Jekk iva, meta saru dawn l-ispezzjonijiet u xi rriżulta minn dawn l-ispezzjonijiet?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-commencement notice ġiet sottomessa fil-21 ta’April 2022 u li d-dokument hu validu.
Saru tlett spezzjonijiet fuq is-sit:
Fit-12 ta’ Mejju 2022 – ma ġewx innutati xogħlijiet
Fit-8 ta’ Ġunju 2022 – ma ġewx innutati xogħlijiet
Fit-28 ta’ Marzu 2023 – Xogħlijiet jikkonsistu minn tħammil ta’ materjal inert u tindif tas-sit minn veġetazzjoni u materjal ieħor.
Ġie innutat ukoll, li fuq barra tas-sit twaħħlet l-ewwel paġna tal-permess biss. Għaldaqstant ġew mogħtija istruzzjonijiet lill-perit responsabbli mill-proġett sabiex titwaħħal kopja tal-permess kollu fl-intier tiegħu.
San Pawl il-Baħar – Qawra – tindif tal-kanal madwar is-salt pans
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7417, jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex jitnaddfu l-inħawi tal-kanal madwar is-salt pans fil-Qawra, San Pawl il-Baħar, hekk kif akkumula ilma maħmuġ flimkien ma' alka li qed jirriżulta fi rwejjaħ jintnu madwar din iż-żona?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
San Pawl il-Baħar – Qawra – proġetti ppjanati fl-inħawi tal-kanal madwar is-salt pans
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx proġetti ppjanati fl-inħawi tal-kanal madwar is-salt pans fil-Qawra, San Pawl il-Baħar? Jista' jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex jitnaddfu dawn l-istess inħawi hekk kif akkumula ilma maħmuġ flimkien ma' alka, li qed jirriżulta fi rwejjaħ jintnu madwar din iż-żona?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejjin diskussjonijiet bejn il-Ministeru tiegħi, il-Ministeru għall-Ambjent u l-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar biex isir l-koordinament meħtieġ biex isiru l-interventi meħtieġa.