Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kontroll tal-mard tas-siġar tal-frott

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk minn Jannar 2022 sal-lum kienx identifikat xi mard ġdid għal dak li jikkonċerna s-siġar tal-frott f’Malta u f'Għawdex? Jekk iva, liema kien dan il-mard identifikat, fuq liema tipi ta’ siġar, u x'miżuri qed jittieħdu biex il-mard jiġi kkontrollat u ma jitħalliex jinfirex?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar 2022 sal-lum, id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti ma identifika l-ebda organiżmi ta’ ħsara ġodda fuq is-siġar tal-frott.

Għajnuna mill-Gvern lil tfal ta’ taħt is-16-il sena bi bżonnijiet speċjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8232 u jgħid kemm hu n-numru ta' tfal u żgħażagħ li għandhom taħt is-16-il sena li huma intitolati għal għajnuna mill-Gvern minħabba li għandhom bżonnijiet speċjali? Xi skemi ta' għajnuna partikulari hemm f'ċirkostanzi bħal dawn?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Buġibba – shelter bħala lqugħ mix-xemx għaż-żwiemel

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex ix-shelter maħsub bħala lqugħ mix-xemx għaż-żwiemel qrib il-Pjazza ta’ Buġibba jiġi rranġat u miżbugħ qabel ma ssirlu iktar ħsara?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

San Pawl il-Baħar – ħofra ħdejn l-Iskola Primarja

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhu l-għan li għalih saret ħofra kbira ħdejn l-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar? Għal xiex se tintuża? Tista’tgħid jekk hux se jkun hemm ħofor (ġibjuni oħra simili) fin-network ta’ San Pawl il Baħar? Jekk iva, fejn?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-għan ta’ dan it-tħaffir huwa sabiex titkabbar il-kapaċità tal-ħażna tal-Waste Water Pumping Station. B’hekk, fl-eventwalità li jkun hemm bżonn li ssir manutenzjoni fil-pompi, titnaqqas il-possibbiltà ta’ overflow u għaldaqstant ikun hemm biżżejjed żmien biex isir ix-xogħol meħtieġ. Preżentament m’hemmx pjanijiet għal tħaffir ta’ ġibjuni oħra simili fl-akkwati.

San Pawl il-Baħar – xogħol li se jitwettaq mill-Ministeru għat-Turiżmu

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 3296 u 5183, jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm dwar il-proġett tal-Belveder fi Triq San Publju? Meta hu ppjanat li jibda u jitlesta dan il-proġett?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qiegħda taħdem flimkien ma’ entità oħra fuq id-draft tat-tender. Ix-xogħol fuq dan il-proġett mistenni jibda wara s-sajf.

Ċentri S.T.E.A.M.

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8248 u jgħid kemm hawn ċentri S.T.E.A.M. madwar Malta u Għawdex? Fejn jinsabu dawn iċ-ċentri? Kif titħaddem din is-sistema f'dawn iċ-ċentri? Kemm sar investiment f'dawn iċ-ċentri u kemm sar investiment f'kull ċentru?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Skejjel tal-Istat – Ħruġ ta’ inviti f’okkażjonijiet uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8249 u jgħid jekk il-Ministeru jew xi entità oħra li taqa’ taħtu ħarġux xi direttiva/direttivi, jew ordnijiet biex fl-okkażjonijiet uffiċjali li jinżammu fl-iskejjel tal-Gvern ma jinħarġux inviti lill-kunsilliera lokali kif ukoll lill-Membri Parlamentari? Jekk iva, x'inhi r-raġuni għal tali direttiva? Meta ħarġet id-direttiva jew il-policy li tali inviti ma jinħarġux u minn meta kellha tibda tapplika?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ħarġet l-ebda direttiva li tirregola min ikun mistieden għall-attivitajiet uffiċjali. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-kapijiet huma ggwidati biex ikunu sensittivi għall-imparzjalitá politika f’dan ir-rigward.

Każijiet ta’ serq minn residenzi privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ serq minn residenzi privati (appartamenti, djar eċċ.) ġie rrappurtat, xahar b’xahar, minn Jannar 2021 sad-data ta’ meta qiegħda ssir din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ każi ta’ serq minn residenzi li ġew irrappurtati fis-sistema tal-Pulizija xahar b’xahar, bejn Jannar 2021 sal-aħħar ta’ Marzu 2023, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt. Il-figuri fis-sistema jinkludu kull tip ta’ residenza, inkluż dawk mikrija, kif ukoll residenzi li jintużaw bħala djar tal-anzjani, kif jidher taħt il-kategoriji indikati fl-intestatura fl-istess tabella. Residenza - minn barra Residenzi – Okkupati Residenzi – Mhux okkupati Serq minn residenzi bejn Jannar 2021 u Marzu 2023 2021 January 13 19 15 February 10 31 11 March 7 41 7 April 10 33 3 May 14 39 4 June 6 41 5 July 9 31 2 August 10 48 4 September 4 30 3 October 8 29 8 November 9 23 8 December 10 25 3 2022 January 12 31 7 February 10 26 7 March 6 16 5 April 6 28 7 May 10 28 8 June 8 25 5 July 11 26 6 August 7 38 8 September 4 20 5 October 9 25 10 November 12 20 3 December 8 26 10 2023 January 5 28 15 February 3 24 3 March 12 22 5

L-Imbordin l/o San Pawl il-Baħar – xogħol fis-sistema tan-new water

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk ix-xogħol relatat mas-sistema ta' new water fl-inħawi tal-Imbordin l/o San Pawl il-Baħar hux se jibqa' sejjer sal-Mellieħa? X'passi qed jittieħdu biex ir-residenti tal-Imbordin ikunu jistgħu jaslu d-dar mingħajr problemi żejda? Kif se jiġi assigurat li dawk li jaħdmu r-raba’ fl-inħawi tal-Miżieb jitħallew jaslu sal-għelieqi tagħhom?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li x-xogħol relatat mal-proġett biex inkabbru u nsaħħu s-sistema ta’ new water, f’din iż-żona ser jestendi minn Triq Għajn Tuffieħa sal-inħawi magħrufa bħala l-Imbordin. Dan ix-xogħol ġie ppjanat li jsir f’żewġ fażijiet, min-naħa tal-Mellieħa sal-Imbordin u minn hemm jissokta sa Għajn Tuffieħa. Għaldaqstant, waqt li għaddejjin ix-xogħlijiet dejjem ser ikun hemm aċċess miftuħ kemm għar-residenti kif ukoll għal dawk li jaħdmu r-raba’ fl-inħawi. Infurmata wkoll li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħadet ħsieb li ssir komunikazzjoni kontinwa mar-residenti u l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar sabiex l-inkonvenjent għar-residenti jkun l-inqas possibbli, filwaqt li jitwettaq dan il-proġett infrastrutturali li se jwassal biex iżjed bdiewa jkollhom aċċess għal ilma riċiklat għat-tisqija, b’beneffiċċji ambjentali diretti.

Persuni b’diżabilità li qed jibbenefikaw mis-servizz ta’ assistent personali

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8180, tista' l-Ministru tgħid preżentement kemm hemm persuni b'diżabilità jibbenefikaw mis-servizz ta' assistent personali mħallas jew sussidjat mill-Independent Community Living?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent it-tim tal-Independent Community Living fi ħdan l-Aġenzija Sapport qed isegwi 328 każ ta’ persuni b’diżabilità li jibbenefikaw minn skemi ta’ sussidju jew ħlas għal assistent personali tal-għażla tagħhom.

Persuni b’diżabilità li jibbenefikaw mis-servizz ta’ assistent personali

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-proċedura li qiegħda tintuża mill-Aġenzija Sapport jew minn entitajiet oħrajn li jaqgħu taħtha biex persuna b'diżabilità tibda tibbenefika mis-servizz tal-assistent personali mħallas jew sussidjat mill-Independent Community Living?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ladarba tidħol riferta lit-tim tal-Independent Community Living fi ħdan l-Aġenzija Sapport minn persuna b’diżabilità jew minn professjonisti oħrajn li jkunu qed jassistuha, isir assessjar dettaljat sabiex ikun identifikat il-bżonn attwali għal assistent personali. Meta r-rapport ikun finalizzat, dan jiġi preżentat quddiem bord indipendenti mill-Aġenzija. Dan il-bord jisma’ l-każ u jiddeċiedi l-pakkett finanzjarju li l-applikant (klijent) ikun ser jingħata. Il-klijent ikun notifikat bil-miktub (decision letter) dwar il-pakkett finanzjarju li hu jkun ser jirċievi u wara, jiġi ffirmat ukoll kuntratt (Service Agreement). Kull xahar il-klijent għandu jgħaddi t-timesheets mimlijin u ffirmati mill-persuna li qed tagħti s-servizz, lid-Dipartiment tal-Finanzi fi ħdan Aġenzija Sapport. Kull klijent li jibbenifika mis-servizz tal-assistent personali jiġi monitored mill-professjonisti fi ħdan l-ICLM tim tal-Aġenzija sabiex ikun assigurat li jkun qed jingħata s-servizz kif maqbul u skont il-pjan personalizzat kif ikun ġie mħejji skont il-bżonnijiet tal-persuna.

Home Help – servizzi mogħtija f’Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8230 u jgħid kemm hawn persuni li qed jingħataw is-servizz tal-Home Help f'Malta u f’Għawdex? Kif inhuma mqassmin dawn is-servizzi, lokalità b'lokalità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Ħlas lil persuni li jieħdu ħsieb il-ġenituri tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8231 u jgħid kemm hemm persuni li qed jingħataw ħlas talli jieħdu ħsieb lill-ġenituri tagħhom, fid-djar tagħhom? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawk li qed jingħataw din l-għajnuna għandhom ’il fuq minn 60 sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-riforma fil-Carers Allwoances ġiet imnedija fl-2017 u li permezz tagħha aktar anzjani baqgħu jgħixu fil-komunità. L-informazzjoni li qiegħda ssegwi tirreferi għal statistika ta’ April 2023: Benefiċċjarji tal-Allowance għal Carers: 368 benefiċċjarju - minnhom 48 għandhom jew se jkunu għalqu 60 sena sal-aħħar ta’ Mejju. Benefiċċjarji tal-Allowance Miżjuda għal Carers: 1282 benefiċċjarju - minnhom 386 għandhom jew se jkunu għalqu 60 sena sal-aħħar ta’ Mejju.

BCA – każijiet dwar twaqqif ta’ xogħol fuq siti ta’ kostruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-każijiet li fihom l-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) waqqfet ix-xogħol fuq siti ta' kostruzzjoni matul din is-sena? X'kienu r-raġunijiet għala twaqqaf ix-xogħol li kien qed isir u kemm-il każ kien hemm għal kull tip ta' raġuni?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li matul din is-sena, l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) irreġistrat 194 każ b’ordni ta’ waqfien mix-xogħol fuq siti ta’ kostruzzjoni. In-numru ta’ każijiet flimkien mar-raġunijiet għaliex twaqqaf ix-xogħol qed jiġu spjegati hawn taħt: Numru ta’ każijietRaġuni 139 każBidu ta’ xogħlijiet mingħajr dokumentazzjoni/ approvazzjoni bil-miktub ta’ l-Awtorità 11-il każNuqqas ta’ responsabbilitajiet għall-implimentazzjoni tal-miżuri tad-dikjarazzjoni tal-metodu 42 każNuqqas ta’ prekawzjonijiet meħtiega sabiex ma jirriżultax ħsara mill-infiltrazzjoni ta’ ilma lill-proprjetajiet kontigwi 2 każijiet Xogħlijiet barra mill-ħin permissibli

Skejjel Sekondarji — Studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti f'kull skola sekondarja f'Malta u Għawdex? Jista’ għal kull skola jgħid kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom mhumiex Maltin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel Post-Sekondarji — Studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti f'kull skola post-sekondarja f'Malta u Għawdex? Jista’ għal kull skola jgħid kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom mhumiex Maltin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Skola Studenti Maltin Studenti mhux Maltin Junior College 1713 98 GEM 16 + 42 45 Giovanni Curmi Higher Secondary 827 135 Sir MA Refalo Sixth Form 358 38 MCAST 7865 2776

Awtorità tal-Artijiet – bejgħ ta’ proprjetà

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8226 u jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm tenders għal bejgħ ta’ proprjetà mill-Awtorità tal-Artijiet fil-lokalitajiet tat-12-il Distrett Elettorali mill-2020 sal-lum? Liema kienet il-proprjetà f’kull tender? Liema minn dawn it-tenders ġew konklużi u liema għadhom pendenti? Fejn it-tenders ġew konklużi, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur stmat mill-Awtorità, f’kull każ separatament u kemm kien il-valur tal-offerta li ġiet aċċettata?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

In-Naxxar/Is-Salini – proġett ta’ main tal-ilma

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanta tar-rotta tal-main tal-ilma bejn il-ġibjun fin-Naxxar u r-roundabout tas-Salini kif indikat fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8225? Tista’ wkoll tindika liema parti tar-rotta (kif indikat fit-tweġiba) fil-fatt hija lesta?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti relatati mal-proġett indikat. Il-parti mmarkata bil-kulur isfar f’waħda mill-pjanti huwa x-xogħol imwettaq mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma filwaqt li dik immarkata roża saret minn Infrastructure Malta.

Każijiet ta’ serq minn residenzi privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ serq minn residenzi privati (appartamenti, djar eċċ.) ġie rrappurtat, lokalità lokalità, minn Jannar 2021 sad-data ta’ meta qiegħda ssir din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar 2021 u l-aħħar ta’Marzu 2023 in-numru ta’ każi ta’ serq minn residenzi li ġew irrappurtati fis-sistema tal-Pulizija skond il-lokalità, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt. Il-figuri fis-sistema jinkludu kull tip ta’ residenza, inkluż dawk mikrija, kif ukoll residenzi li jintużaw bħala djar tal-anzjani u kif jidher taħt il-kategoriji indikati fl-intestatura fl-istess tabella. Residenzi – minn barra Residenzi – Okkupati Residenzi – mhux okkupati 2021 ATTARD 4 4 1 BALZAN 2 2 0 BIRGU 0 3 0 BIRKIRKARA 5 16 4 BIRZEBBUGIA 3 14 4 BORMLA 5 8 1 DINGLI 0 0 1 FGURA 5 5 0 FLORIANA 1 4 0 GHAJNSIELEM - GHAWDEX 0 0 2 GHARB - GHAWDEX 0 0 1 GHARGHUR 0 1 0 GHAXAQ 0 2 1 GUDJA 2 0 1 GZIRA 10 8 1 HAMRUN 2 9 4 ISLA 0 8 0 KALKARA 1 1 0 LIJA 0 1 0 LUQA 0 2 0 MARSA 2 18 2 MARSASKALA 7 21 0 MARSAXLOKK 0 1 0 MELLIEHA 0 10 1 MGARR 1 2 1 MOSTA 2 11 0 MSIDA 5 4 6 MUNXAR - GHAWDEX 0 2 0 NAXXAR 0 12 4 PAOLA 0 6 3 PEMBROKE 0 7 0 PIETA' 0 6 4 QORMI 4 17 2 QRENDI 0 2 1 RABAT 2 3 0 RABAT - GHAWDEX 1 0 0 SAFI 0 1 0 SAN GILJAN 3 17 1 SAN GWANN 3 17 2 SAN PAWL IL-BAHAR 14 56 6 SANNAT - GHAWDEX 0 0 1 SANTA LUCIJA 0 2 0 SANTA VENERA 0 4 5 SIGGIEWI 2 7 0 SLIEMA 1 14 1 SWIEQI 0 20 0 TA' XBIEX 0 2 0 TARXIEN 0 3 1 VALLETTA 10 9 0 XAGHRA - GHAWDEX 0 3 1 XEWKIJA - GHAWDEX 1 2 1 XGHAJRA 0 0 1 ZABBAR 4 5 2 ZEBBUG 3 8 2 ZEBBUG - GHAWDEX 1 1 0 ZEJTUN 2 4 3 ZURRIEQ 2 5 1 2022 ATTARD 0 10 0 BALZAN 0 3 0 BIRGU 0 2 0 BIRKIRKARA 7 15 2 BIRZEBBUGIA 1 9 5 BORMLA 5 7 3 FGURA 1 3 1 FLORIANA 3 4 1 GHAJNSIELEM - GHAWDEX 0 1 1 GHARGHUR 2 1 0 GHAXAQ 1 2 2 GUDJA 1 1 0 GZIRA 1 11 2 HAMRUN 4 9 3 ISLA 0 3 0 KIRKOP 1 1 1 LIJA 0 3 0 LUQA 1 0 1 MARSA 1 6 3 MARSASKALA 2 9 2 MARSAXLOKK 3 0 1 MELLIEHA 2 7 1 MGARR 0 1 0 MOSTA 4 8 2 MSIDA 4 12 1 MTARFA 0 1 0 MUNXAR - GHAWDEX 0 1 0 NADUR - GHAWDEX 2 0 2 NAXXAR 3 7 2 PAOLA 4 8 0 PEMBROKE 0 2 0 PIETA' 1 3 2 QALA - GHAWDEX 2 1 0 QORMI 2 5 3 QRENDI 0 3 0 RABAT 0 4 0 RABAT - GHAWDEX 0 0 2 SAFI 1 3 0 SAN GILJAN 3 14 4 SAN GWANN 4 4 1 SAN PAWL IL-BAHAR 5 35 8 SANNAT - GHAWDEX 2 1 0 SANTA LUCIJA 1 2 1 SANTA VENERA 1 9 3 SIGGIEWI 3 3 1 SLIEMA 5 17 4 SWIEQI 4 9 2 TA' XBIEX 0 1 0 TARXIEN 2 2 2 VALLETTA 4 12 4 XAGHRA - GHAWDEX 1 1 0 XEWKIJA - GHAWDEX 0 1 0 XGHAJRA 0 1 0 ZABBAR 1 6 1 ZEBBUG 6 3 2 ZEBBUG - GHAWDEX 2 3 0 ZEJTUN 0 18 4 ZURRIEQ 0 1 1 2023 ATTARD 0 1 0 BALZAN 0 1 1 BIRKIRKARA 1 1 1 BIRZEBBUGIA 1 2 4 BORMLA 1 5 2 FLORIANA 0 1 0 FONTANA - GHAWDEX 0 1 0 GHAJNSIELEM - GHAWDEX 0 2 0 GHAXAQ 1 1 0 GZIRA 0 1 0 HAMRUN 1 2 1 ISLA 1 0 0 KALKARA 0 1 0 MARSA 0 3 1 MARSASKALA 1 1 1 MELLIEHA 0 1 0 MOSTA 0 2 0 MQABBA 0 1 0 MSIDA 1 1 2 MUNXAR - GHAWDEX 0 3 0 NAXXAR 0 1 0 PAOLA 2 1 0 PIETA' 0 0 4 QORMI 0 3 0 RABAT 0 4 0 RABAT - GHAWDEX 0 2 0 SAFI 1 1 0 SAN GILJAN 1 2 1 SAN GWANN 1 3 1 SAN PAWL IL-BAHAR 1 5 2 SANNAT - GHAWDEX 1 0 0 SANTA LUCIJA 1 0 0 SLIEMA 2 7 0 SWIEQI 0 4 0 TARXIEN 0 2 0 VALLETTA 0 0 1 XAGHRA - GHAWDEX 1 0 0 XEWKIJA - GHAWDEX 0 1 0 XGHAJRA 0 1 0 ZABBAR 1 0 0 ZEBBUG - GHAWDEX 0 3 0 ZEJTUN 0 3 1

San Pawl il-Baħar – Triq it-Trunċiera – talba għal zebra crossing jew pelican lights

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta rċevietx talba biex issir zebra crossing, pelican lights jew xi forma ta' mezz ieħor sabiex persuni jkunu jistgħu jaqsmu t-triq b'mod sigur fi Triq it-Trunċiera, San Pawl il-Baħar, fiż-żona ta' Triq il-Klamari, hekk kif hawnhekk hawn numru ta' postijiet ta' parkeġġ li jintużaw minn diversi li jkunu jridu jimxu max-xatt tal-Qawra? Jekk le, jista' jikkonsidra din it-talba?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta fi ħdan il-Ministeru ma rċevietx talba sabiex ikun hemm xi mezz ta’ crossing fiż-żona msemmija. Transport Malta ser tkun qed tirreferi għand il-kunsill biex tara x’inhuma l-bżonnijiet.