Persuni b’diżabilità li qed jibbenefikaw mis-servizz ta’ assistent personali
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8378 dwar persuni b'diżabilità li qed jibbenefikaw mis-servizz ta' assistent personali, tista' l-Ministru tgħid kemm mit-328 każ jibbenefikaw mis-servizz ta' assistent personali mħallas u kemm mit-328 każ jibbenefikaw mis-servizz ta' assistent personali sussidjat mill-Independent Community Living?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni b’diżabilità/familji li jibbenefikaw mill-iskema tal-Independent Community Living jingħataw somma skont kif ikun ġie deċiż u approvat mill-Bord. Din is-somma tikkunsidra l-bżonnijiet tal-persuna/familja li min-naħa tagħha tqabbad assistent personali tal-għażla tagħha u tingħata sussidju fuq din l-ispiża skont il-każ.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8227 dwar servizz ta' tobba stand by fid-djar tal-anzjani, jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk id-djar tal-anzjani privati fejn hemm sodod mixtrija u li l-kuntratt tagħhom jitlob li jkun hemm servizz ta' tabib il-ġimgħa kollha bejn it-8.00a.m. u l-5.00p.m.? Liema huma dawk id-djar tal-anzjani privati fejn hemm sodod mixtrija u li m’għandhomx dan is-servizz?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Linji Gwida Standard Soċjali Regolatorji, standard numru 3 tgħid li ‘Il-provditur tas-servizz għandu jassigura li d-dar ta’ kura residenzjali għandha jkollha kopertura medika billi jaħtar tabib mediku li jkun lest joffri l-assistenza professjonali tiegħu kull meta jkun meħtieġ.’ Dan ifisser li f’kull dar irid ikun hemm servizz ta’ tabib irrispettivament mill-kuntratt.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew reġistrati għaqdiet volontarji ġodda bejn l-1 ta' Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema kienu dawn l-għaqdiet? F'liema setturi ġew reġistrati dawn l-għaqdiet, skont l-oqsma li jaħdmu fihom?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3452, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni PA3420/22 fuq il-Palazz ta' Selmun, Mellieħa?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni PA 3420/22 ġiet approvata.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar għandhiex quddiemha applikazzjonijiet pendenti biex isir xi żvilupp jew xogħol fuq il-Palazz ta' Selmun, Mellieħa? Jekk iva, jista' jgħid liema huma dawn l-applikazzjonijiet, fiex jikkonsistu u min issottometta kull applikazzjoni?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għall-mistoqsija parlamentari 8675, peress li hija identika.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar irċevietx applikazzjonijiet biex isir xi żvilupp jew xogħol fuq il-Palazz ta' Selmun, Mellieħa matul l-aħħar sena? Jekk iva, jista' jgħid liema huma dawn l-applikazzjonijiet, fiex jikkonsistu u min issottometta kull applikazzjoni?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-sena l oħra l-Awtorità tal-Ippjanar irċeviet applikazzjoni waħda hekk kif inhu inidikat:
· Numru ta’ applikazzjoni: PA 3420/22
· Proposta:
Restoration of facades including courtyard, roof structures and bellcote, removal of cement tiles from roof and installation of new roof screed including new rainwater catchment system and installation of external lighting at Selmun Palace, Mellieha.
· Applikant: Selmun Palace Hotel Co Ltd. (Ministry of Finance)
· Permess: Approvat fis-6 ta’Jannar 2023
Selmun Palace Hotel — applikazzjonijiet - xogħlijiet
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3452, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li ġie approvat msemmi fit-tweġiba għal din il-mistoqsija fuq is-Selmun Palace Hotel u allura applikazzjonijiet PA0719/99, PA6825/95 u PA2568/01, twettaqx, u dan għal kull applikazzjoni?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub se jingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar għandhiex quddiemha applikazzjonijiet pendenti bex isir xi żvilupp jew xogħol fuq is-Selmun Palace Hotel, Mellieħa? Jekk iva, jista' jgħid liema huma dawn l-applikazzjonijiet, fiex jikkonsistu u min issottometta kull applikazzjoni?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Awtorità tal-Ippjanar m’għandha l-ebda applikazzjoni pendenti fuq s-sit imsemmi.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità tal-Ippjanar irċevietx applikazzjonijiet biex isir xi żvilupp jew xogħol fuq is-Selmun Palace Hotel, Mellieħa matul l-aħħar sena? Jekk iva, jista' jgħid liema huma dawn l-applikazzjonijiet, fiex jikkonsistu u min issottometta kull applikazzjoni?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għall-mistoqsija Parlamentari 8673, peress li hija identika.
Taċ-Ċumnija l/o Mellieħa – ħruġ ta’ drenaġġ fil-baħar
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'wassal biex fl-inħawi Taċ-Ċumnija, fil-limiti tal-Mellieħa, kien hemm drenaġġ li ħareġ fil-baħar matul l-aħħar jiem? X'passi ttieħdu biex l-istess drenaġġ ma jibqax ħiereġ fil-baħar? X'passi oħrajn ittieħdu biex każi bħal dawn ma jirrepetux ruħhom?
Response (DALLI, MIRIAM)
Infurmata li milli jidher fl-impjant inkwistjoni qed jintefa’ mhux biss drenaġġ urban iżda wkoll skart mitfuħ minn irziezet fl-inħawi. Dan l-iskart mill-irziezet jikkawża problemi fil-proċess, partikolarment f’perjodi fejn l-influss tad-drenaġġ ikun elevat għaliex l-impjant ikollu jopera lil hinn mill-kapaċità tiegħu. Wara l-inċident imsemmi, l-impjant saritlu manutenzjoni u tindif meħtieġ sabiex jitneħħa materjal akkumulat.
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja b’diskussjonijiet sabiex jiddaħħlu miżuri aktar stretti sabiex jiġi rregolat l-iskart tal-irziezet. Barra minn hekk, għaddejjin ukoll pjanijiet sabiex titkabbar il-kapaċità tat-tisfija tad-drenaġġ ta’ dan l-impjant.
Impjant taċ-Ċumnija l/o Mellieħa – tisfija ta’ new water
Question
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar l-ammont ta' new water li qed jiġi msoffi (prodott) mill-impjant taċ-Ċumnija fil-limiti tal-Mellieħa? Kemm minn dan l-ilma qed jintuża mill-bdiewa fil-preżent? F’liema nħawi qed jintuża dan l-ilma sal-lum?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li matul l-aħħar sena ġie prodott 900,365m3 new water mill-impjant taċ-Ċumnija fil-limiti tal-Mellieħa, li ġie utilizzat kollu. Fil-preżent dan l-ilma qed jasal fl-inħawi ta’ wara l-Għadira, jitla’ lejn il-ġibjun Ta’ Pennellu u jinżel il-Manikata, Għajn Tuffieħa kif ukoll l-Imġarr (limiti Santi u Fomm ir-Riħ).
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8226 u 8357 u jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm tenders għal bejgħ ta’ proprjetà mill-Awtorità tal-Artijiet fil-lokalitajiet tat-12-il Distrett Elettorali mill-2020 sal-lum? Liema kienet il-proprjetà f’kull tender? Liema minn dawn it-tenders ġew konklużi u liema għadhom pendenti? Fejn it-tenders ġew konklużi, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur stmat mill-Awtorità, f’kull każ separatament u kemm kien il-valur tal-offerta li ġiet aċċettata?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba, kif ingħatatli mill-Awtorità tal-Artijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar għandhiex quddiemha applikazzjonijiet pendenti biex isir xi żvilupp jew xogħol f’Fortizza Campbell, Selmun, Mellieħa? Jekk iva, jista' jgħid liema huma dawn l-applikazzjonijiet, fiex jikkonsistu u min issottometta kull applikazzjoni?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, skont il-pjanta li ġiet sottomessa, l-unika applikazzjoni relatata ġġib in-numru ta’ riferenza PA 1977/00 li ġiet irtirata fl-2012.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Ippjanar irċevietx applikazzjonijiet biex isir xi żvilupp jew xogħol f’Fortizza Campbell, Selmun, Mellieħa matul l-aħħar sena? Jekk iva, jista' jgħid liema huma dawn l-applikazzjonijiet, fiex jikkonsistu u min issottometta kull applikazzjoni?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8668, peress li l-mistoqsija hija identika.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3452, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li ġie approvat imsemmi fit-tweġiba għal din il-mistoqsija fuq il-Palazz ta' Selmun, Mellieħa u allura applikazzjonijiet PA4631/93, DS00130/18 u DS00246/20, twettaqx, u dan għal kull applikazzjoni?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub se jingħata f’seduta oħra.
Awtorità tal-Artijiet – ħruġ ta’ tenders għall-bejgħ ta’ proprjetà tal-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8251 u jgħid kemm-il tender għall-bejgħ ta' proprjetà tal-Gvern ħarġet l-Awtorità tal-Artijiet f'San Pawl il-Baħar mill-2020 sal-ġurnata li qiegħda ssir din il-mistoqsija parlamentari? Meta nħarġu dawn it-tenders għal tali proprjetà, f'kull każ separatament? F'kull każ kemm kien hemm tenders li nxteħtu, kemm kien il-valur stmat mill-Awtorità u kemm kien il-valur li bih inbiegħet il-proprjetà li għaliha nħarġet it-tender, separatament għal kull każ? Kemm fadal proprjetajiet li għalihom it-tender għadha ma ġietx iffinalizzata ġewwa l-lokalità ta' San Pawl il-Baħar?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba kif ingħatat lili mill-Awtorità tal-Artijiet.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu hux se jkunu qed jiftħu xi uffiċċju ġdid fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar? Jekk iva, fejn ser ikun qed jinfetaħ dan l-uffiċċju? X'servizzi ser ikunu qed jingħataw minnu? Meta ser jinfetaħ? Il-post li ser jinfetaħ huwa tal-privat jew inkella tal-Gvern?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Ministeru tiegħi kif ukoll id-Dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħti, mhux pjanati li jiftħu xi uffiċċju ġdid fil-lokalita ta’ San Pawl il-Baħar.
Jista' l-Ministru jgħid liema mill-bordijiet tal-Awtorità tal-Ippjanar qed jiltaqgħu bil-pubbliku preżenti waqt il-laqgħat? Liema bordijiet mhux qed jaċċettaw li l-pubbliku jkun preżenti waqt l-istess laqgħat tal-bord, iżda għadhom jinsistu li l-laqgħat isiru biss online? X'inhi r-raġuni għal dan, issa li r-restrizzjonijiet tal-COVID-19 tnaqqsu sostanzjalment?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Awtorità tikkonferma li l-Kunsill Eżekuttiv, il-Bord ta’ l-Ippjanar u l-Kummissjoni għall-Barra miż-Żona tal-Iżvilupp u Żoni ta’ Konservazzjoni Urbana huma miftuħa għall-pubbliku biex ikunu preżenti għal waqt il-laqgħat tagħhom. Għalkemm il-Kummissjoni għaż-Żona tal-Iżvilupp ma tinfurmax lill-pubbliku li jista’ jattendi fiżikament waqt is-seduti, kull min attenda jew talab biex jattendi, dejjem kienu infurmati li jistgħu jattendu. L-unika Kummissjoni li mhix miftuħa għall-pubbliku hija l-Kummissjoni tal-Iskema ta’ Regolarizzazzjoni li għandha restrizzjoni ta’ spazju.
Enemalta – informazzjoni dwar il-bozoz f’Malta u Għawdex
Question
Tista' l-Ministru tgħid x’informazzjoni għandha l-Enemalta għal dak li jikkonċerna l-bozoz pubbliċi madwar Malta u Għawdex? Meta nġabret l-informazzjoni dwar dawn il-bozoz? Għal dak li jikkonċerna l-bozoz li kienu diġà jeżistu qabel it-twaqqif tal-Enemalta, tista’ l-Ministru tgħid kif inġabret l-informazzjoni dwar dawk il-bozoz li diġà kienu installati?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Enemalta għandha Geographical Information System, fil-qosor GIS, li hija wkoll disponibbli għall-Kunsilli Lokali. Din is-sistema tiġi aġġornata kontinwament u tinkludi fost oħrajn kull bozza pubblika li saret jew hija fir-responsabbiltà tal-Enemalta.
Sad-9 ta’ Mejju 2023, fis-sistema GIS kienu reġistrati total ta’ 53,764 lampa fit-toroq ta’ Malta u Għawdex. Dawn jinkludu wkoll il-bozoz pubbliċi li saru qabel twaqqfet l-Enemalta fl-1977.
Tagħrif dwar bozoz installati qabel it-twaqqif tal-Enemalta kien inġabar f’eżerċizzju li beda fl-2001 u ssokta fis-snin ta’ wara.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu preżentement għal dak li jikkonċerna l-kontroll tal-bagħal taż-żunżan (hornet)? Jista' jgħid jekk hemmx indikazzjoni ta’ kemm żdiedet jew ċkienet il-problema tal-bagħal taż-żunżan din is-sena meta mqabbel mas-sena li għaddiet? Jista’ jgħid ukoll jekk hux qed issir koordinazzjoni ma' Ministeri jew awtoritajiet oħrajn biex din il-problema tiġi indirizzata fl-inħawi urbani wkoll?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li d-Direttorat għall-Agrikoltura, lejn l-aħħar tal-2022, organizza numru ta’ korsijiet lin-naħħal dwar il-bagħal taż-żunżan fejn ingħata għarfien dwar iċ-ċiklu bijoloġiku ta’ dan l-insett kif ukoll fuq il-mezzi li hemm bżonn sabiex dan l-insett jiġi kkontrollat. Għal dan il-għan, ħejjejna wkoll dimostrazzjonijiet ta’ kif wieħed għandu jibni nases apposta sabiex jinqabdu l-irġejjen tal-bagħal taż-żunżan fir-rebbiegħa. Dan għaliex minn studji xjentifiċi joħroġ ċar li l-aktar mod effiċjenti ta’ kontroll ta’ dan l-insett huwa jekk jinqabdu l-irġejjen qabel ma jbejtu.
Għaldaqstant, il-Ministeru matul ix-xhur li għaddew kompla jinforma s-settur tal-apikoltura bil-bżonn li jitqiegħdu nases għall-irġejjen fil-perjodu tal-ħarifa. Ta’ min isemmi li fi Frar ta’ din is-sena, il-Ministeru ħejja skema ta’ għajnuna lin-naħħala sabiex jingħataw kumpens għat-telf ta’ produzzjoni marbuta mal-ħsara kkawżata mill-bagħal taż-żunżan, kif ukoll biex isservi ta’ stimulu sabiex in-naħħala jinvestu f’nases fil-perjodu tar-rebbiegħa biex b’hekk jinqabdu l-irġejjen.
Għalkemm għadu kmieni biex wieħed jevalwa l-impatt ta’ dan ix-xogħol, diġà jidher ċar li n-naħħala qed jaqbdu numru sostanzjali ta’ rġejjen. Dan huwa importanti għaliex kull reġina li tinqabad f’dan il-perjodu tirriżulta fi tnaqqis tal-bagħal taż-żunzan fil-jiem sajfin.