Skejjel primarji – LSEs, għalliema, assistenti kapijiet u kapijiet li rriżenjaw
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8996 u 9385 u jgħid kemm kien hemm LSEs, għalliema, assistenti kapijiet ta' skejjel u kapijiet ta' skejjel fil-livell primarju li rriżenjaw mill-impjieg tagħhom matul l-aħħar 12-il xahar, maqsuma għal kull kategorija?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Skejjel Sekondarji – LSEs, għalliema, assistenti kapijiet u kapijiet li rriżenjaw
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9176 u 9386 u jgħid kemm kien hemm LSEs, għalliema, assistenti kapijiet ta' skejjel, u kapijiet ta' skejjel fil-livell sekondarju li rriżenjaw mill-impjieg tagħhom, matul l-aħħar 12-il xahar, maqsuma għal kull kategorija?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9139 u 9394 u jgħid fejn jinsabu ċ-Ċentri S.T.E.A.M.? Kif titħaddem din is-sistema f'dawn iċ-ċentri? Kemm sar investiment f'dawn iċ-ċentri? Kemm sar investiment f'kull ċentru?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
San Pawl il-Baħar – Dawret in-Nawfraġju – dawl pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jara li d-dawl pubbliku kollu, u allura anke d-dawl dekorattiv, li hemm fiż-żona ta' Dawret in-Nawfraġju, San Pawl il-Baħar, inkluż iż-żona tal-boathouses, ikun kollu mixgħul? Fid-dawl li ġew irrapportati numru ta' ħsarat hawnhekk, jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li dawn it-tiswijiet isiru? F'każ li l-ħsarat mhumiex responsabilità tal-Kunsill Lokali, jista' jara li l-Kunsill Lokali jinforma lill-entità kkonċernata dwar dawn il-ħsarat?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi l-manutenzjoni fuq l-arbli tad-dawl dekorattivi saret nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Ġunju 2023.
Infurmat ukoll mill-istess Kunsill li rigwardanti l-kumplament tal-lampi li preżentement jinsabu mitfija, saret applikazzjoni dwarhom mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar mal-entità relattiva nhar l-24 t’April 2023, sabiex dawn ikunu regolarizzati u mqabbda mal-grid enerġetiku min-naħa tal-Korporazzjoni Enemalta.
Intant infurmat mill-Kunsill Lokali rispettiv li dawn l-applikazzjonijiet qegħdin jiġu pproċessati mill-entitajiet kkonċernati.
San Pawl il-Baħar – Dawret in-Nawfraġju – dawl pubbliku
Question
Tista' l-Ministru tara li d-dawl pubbliku kollu, u allura anke d-dawl dekorattiv, li hemm fiż-żona ta' Dawret in-Nawfraġju, San Pawl il-Bahar, inkluż iż-żona tal-boathouses, ikun kollu mixgħul? Fid-dawl li ġew irrapportati numru ta' ħsarat hawnhekk, tista' l-Ministru tgħid meta huwa maħsub li dawn it-tiswijiet isiru? F'każ li l-ħsarat mhumiex responsabilità tal-Enemalta, tista' l-Ministru tara li l-Enemalta tinforma lill-entità kkonċernata dwar dawn il-ħsarat?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-Enemalta ma tistax tagħmel it-tiswijiet ta’ wħud mil-lampi qabel ma l-installazzjoni tagħhom tkun skont kif stipulat mir-regoli tal-Enemalta. Il-Kunsill Lokali huwa infurmat. Fil-manwal hemm stipulat li kull lampa li f’xi żmien ġiet installata mill-Kunsill irid ikollha d-demarcation box magħha. Meta jsir dan ix-xogħol, l-Enemalta tkun tista’ tagħmel it-tiswijiet meħtieġa.
Infurmata wkoll li l-ħaddiema tal-Enemalta dan ix-xaħar stess għamlu tiswijiet ta’ xi lampi f’Dawret in-Nawfraġju. Wara dawn it-tiswijiet, xi lampi tad-dawl tat-triq reġa’ ntfew. Wara li investigaw mill-ġdid, it-tekniċi tal-Enemalta sabu li ħdejn żewġ lampi mitfijin hemm pajp għall-ilma tax-xita u li l-ilma tiegħu qed joħroġ ħdejn il-wires tal-elettriku.
Konsegwenza t’hekk, l-MCbs (miniature circuit breakers) installati qegħdin jittrippjaw u jitfu ż-żona. Il-Kunsill Lokali ġie infurmat biex jagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata.
Animal Welfare — annimali li ttieħdu mingħand sidhom
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9225 u jgħid kemm kien hemm każi ta' klieb, qtates u annimali oħrajn (f'dak il-każ jispeċifika x'annimali kienu) li ttieħdu mingħand sidhom mill-Animal Welfare minn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn l-annimali ngħataw lura lil sidhom u x'kienet ir-raġuni li ngħataw lura?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-każijiet totali ta' klieb, qtates u annimali oħra li ttieħdu mingħand sidhom mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali minn Jannar 2022 sal-ġurnata ta’ llum, jammontaw għal 41 każ li fihom ġew ikkonfiskati 301-il annimal. Dawn il-każijiet kienu jikludu: klieb, qtates, żebras (għasafar), flieles, papri, tiġieġ, fniek, qanfud, summien, ħamiem, firien, fniek tal-Indi, żwiemel, qtates, imlivez, sturnelli, sriedaq u tiġieġ, wiżż, budgies, u kanarini. L-ebda annimal ma ġie ritornat lil sidu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korp tal-Pulizija għandux decibel meters għad-dispożizzjoni tiegħu? Jekk iva, kemm hu n-numru ta' tali meters li għandu l-Korp? F'liema għases jinsabu għad-dispożizzjoni tal-Pulizija? Jekk m'għandux minn dawn il-meters għad-dispożizzjoni tiegħu, fuq liema bażi jkun hemm persuni li jiġu mressqa minħabba storbju żejjed fil-Qrati Maltin? Meta hu mistenni li l-Korp tal-Pulizija Joħroġ tender għal xiri ta' tali metres?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-pulizija ma għandhiex proprjetà tagħha apparat biex tkejjel b’decibles il-volum tal-ħsejjes jew ta’ storbju. Madankollu meta xi ħadd jirrapporta li sofra inkonvenjent bi ħsejjes jew storbju żejjed, il-Pulizija taġixxi u timxi skont il-provedimenti tal-liġi u skont l-evidenza miġbura, u jinħarġu akkużi kontra min jikkaġuna l-inkonvenjent, meta jkun il-każ.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9186 fejn ingħatat l-informazzjoni li l-permess DN 648/22 ġie rrevokat skont l-artikolu 80 tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp, Kap. 552 tal-Liġijiet ta’ Malta, u fejn ġejt informata li dan il-permess ġie revokat "in view that the application contained the submission of information, declaration or plan which is incorrect or does not reflect the situation on site", jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar x'kienet l-informazzjoni, dikjarazzjoni jew pjanti li hemm referenza għalihom f'dan l-istatement li ntbagħat sabiex il-Kunsill Lokali jiġi informat li dan il-permess ġie revokat?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-proposta għad-DNO 648/22 kienet ‘Proposed installation of outdoor ground fixed percussion exhibits’ mentri fil-fatt dawn kienu instrumenti li setgħu jindaqqu f’kull ħin tal-ġurnata u anke matul il-lejl u mhux ‘exhibits’. Għalhekk il-proposta ma kinitx qed tirrifletti eżattament dak li kien qed jiġi propost. Kien ċar li din il-proposta ma kinitx tikkwalifika biex tiġi pproċessata taħt l-ebda Klassi tal-L.S. 552.08 tal-Kap. 552 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Il-Kunsill Lokali ġie infurmat b’din is-sitważżjoni fil-5 ta’ April 2023 fejn kien anke infurmat li se ssir laqgħa pubblika biex tiġi diskussa din it-talba ta’ Artiklu 80. Il-laqgħa pubblika saret fis-27 ta’ April 2023 fejn il-Kunsill Lokali kien preżenti. Kemm qabel u anke waqt is-seduta, il-Kunsill iddikjara li wara li matul il-laqgħa annwali li nżammet fit-13 ta’ April 2023 ġew imressqa lmenti mir-residenti, il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar ħa deċiżjoni li l-percussion exhibits installati fi Ġnien il-Millenju jiġu mneħħija.
Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar – pjanti għall-Project Green
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti tal-proposti li saru mill-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar għal dak li jikkonċerna Project Green? Liema kienu dawn il-proposti?
Xogħol fuq il-ħitan tat-triq bejn ix-Xemxija u Għajn Tuffieħa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi dipartiment jew entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu hux qed tagħmel xogħol fuq il-ħitan tal-ġnub tat-triq li mix-Xemxija twassal sa Għajn Tuffieħa? Jekk iva, min qed jagħmel dan ix-xogħol?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi mhux qed jagħmel xogħol fuq il-ħitan tal-ġnub tat-triq li mix-Xemxija twassal sa Għajn Tuffieħa.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta’ applikazzjonijiet li ġew sottomessi għall-iskema ‘Irrestawra Darek’ tal-2023? Kemm damet miftuħa din l-istess skema? Kemm-il perit irnexxielu jissottometti applikazzjonijiet għal din l-iskema? Kemm hu n-numru totali ta’ applikazzjonijiet li ġew sottomessi?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-iskema nfetħet fil-ħin stabbilit ta’ nofsinhar u l-Awtorità rċeviet fuq is-sistema tagħha l-applikazzjonijiet li jidhru fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 9446 - Lista ta' Applikazzjonijiet.pdf
Jista’ l-Ministru jikkonsidra li jerġa’ jiftaħ l-iskema ‘Irrestawra Darek’ iktar tard matul din is-sena hekk kif numru ta' applikazzjonijiet ma laħqux ġew sottomessi? Jista’ jikkunsidra wkoll li jkun hemm sistema ta' waiting list għal tali skema?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-Awtorità qed tikkunsidra skemi oħra fil-futur.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-iskema ‘Irrestawra Darek’ fetħitx f'nofsinhar tat-30 ta' Mejju 2023 u ftit wara rriżulta li kien hemm is-sistema mwaħħla u numru ta' periti ma setgħux jissottomettu l-applikazzjonijiet tagħhom? X'kienet ir-raġuni għal dan il-falliment fis-sistema?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li s-sistema ħadmet bil-mod kif ġie spjegat fil-mistoqsija 9784 u li l-applikazzjoniet li laħqu ddaħħlu huma dawk indikati fil-mistoqsija 9446.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8982 dwar iċ-Ċentri għall-Anzjanità Attiva, jista’ l-Ministru jgħid għal kull wieħed mis-27 ċentru laħaqx il-kapaċità massima ta' kemm-il anzjan u anzjana jistgħu jattendu fih? Jista', għal kull ċentru, jgħid jekk hemmx lista ta' stennija (waiting list) sabiex anzjan jew anzjana jkunu jistgħu jattendu dak iċ-ċentru?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ebda Ċentru għall-Anzjanità Attiva ma hemm lista ta’ stennija. Kull applikant jista’ jattendi fil-ġranet li jixtieq hu, kif maqbul mas-supervisor taċ-ċentru. Billi mhux il-membri kollha jattendu fl-istess ġranet u ħinijiet, l-ebda ċentru ma jilħaq il-kapacità massima f’xi punt wieħed.
San Pawl il-Baħar – applikazzjonijiet għal zebra crossings jew pelican crossings
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-applikazzjonijiet pendenti li għandha Transport Malta għal zebra crossings jew pelican crossings fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil- lokalità ta’ San Pawl il-Baħar Transport Malta għandha applikazzjoni waħda li hija pendenti għal żebra crossing fi Triq it-Trunċiera. Din qed tiġi evalwata.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8981 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8534 dwar il-kontroll tal-bagħal taż-żunżan, jista' l-Ministru jispeċifika n-numru sostanzjali ta' rġejjen li qabdu n-naħħala, maqsuma lokalità lokalità?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Ministeru permezz ta’ skema maħruġa fis-6 ta’ Frar 2023, ta’ għajnuna finanzarja ta’ €70,000 lin-naħħala sabiex ikunu jistgħu jakkwistaw nases biex jinqabdu l-irġejjen tal-bagħal taż-żunżan.
Ngħarraf ukoll li l-Ministeru mhuwiex f’pożizzjoni li jispeċifika n-numru ta’ rġejjen li ġew maqbuda peress li din l-informazzjoni ma tinġabarx.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8993 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8626 dwar bejgħ ta' proprjetà mill-Awtorità tal-Artijiet, jista' l-Ministru, għal kull każ, jinforma lill-Kamra bin-numru/referenza tat-tender kif ukoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plan għal kull każ?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Skejjel primarji – LSEs, għalliema, assistenti kapijiet u kapijiet li rriżenjaw
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8996 u jgħid kemm kien hemm LSEs, għalliema, assistenti kapijiet ta' skejjel u kapijiet ta' skejjel fil-livell primarju li rriżenjaw mill-impjieg tagħhom matul l-aħħar 12-il xahar, maqsuma għal kull kategorija?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Skejjel Sekondarji – LSEs, għalliema, assistenti kapijiet u kapijiet li rriżenjaw
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9176 u jgħid kemm kien hemm LSEs, għalliema, assistenti kapijiet ta' skejjel, u kapijiet ta' skejjel fil-livell sekondarju li rriżenjaw mill-impjieg tagħhom, matul l-aħħar 12-il xahar, maqsuma għal kull kategorija?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9139, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid fejn jinsabu ċ-Ċentri S.T.E.A.M.? Kif titħaddem din is-sistema f'dawn iċ-ċentri? Kemm sar investiment f'dawn iċ-ċentri? Kemm sar investiment f'kull ċentru?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.