Skejjel Sekondarji — LSEs, għalliema, assistenti kapijiet u kapijiet li rriżenjaw
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10417, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm LSEs, għalliema, assistenti kapijiet ta' skejjel u kapijiet ta' skejjel fil-livell sekondarju li bdew l-impjieg tagħhom matul l-aħħar 12-il xahar, maqsuma għal kull kategorija?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10244, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk is-sit minn fejn għandha topera l-berġa li kellha tinfetaħ fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar, ġiex identifikat? Jekk iva, fejn jinsab?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 10244.
Billi l-bus shelter li hemm ħdejn il-Knisja tax-Xemxija jinsab fi stat ħażin ħafna, u wieħed jista’ jgħid li sar perikoluż għal min jużah, jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dan il-bus shelter jinbidel b’wieħed modern?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10603 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu mistenni li jitwaħħlu slielem li jwasslu għall-baħar fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar, inkluż Buġibba u l-Qawra, il-Mellieħa, in-Naxxar u l-Imġarr? Meta hu mistenni li dawn is-slielem jitqiegħdu f'posthom u x'inhi r-raġuni li din is-sena għadhom ma twaħħlux kollha?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-slielem li qed tirreferi għalihom twaħħlu kollha sal-Ħadd 25 ta’ Ġunju. Din is-sena it-twaħħil tal-infrastuttura madwar il-bajjiet ittardja minħabba li t-temp ma ppermettiex, fejn kien hemm istanzi li biex tiġi mħarsa is-sigurtà tal-ħaddiema, it-twaħħil kellu jiġi pospost.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-inħawi ta' ħdejn il-Qawra Palace Hotel, fil-Qawra, fejn hemm faċilità tal-għawm, hux se jkun hemm slielem għall-għawwiema bħalma kien hemm is-sajf l-ieħor? Jekk le, għaliex? Kif se jiġi assigurat li dawk li s-soltu jgħumu hemm, jitħallew jagħmlu hekk?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fiż-żona msemmija diġà hemm is-slielem kollha mwaħħlin bħas-snin preċedenti.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex ir-railings li kien hemm qrib il-pitch tas-Sirens waterpolo jerġgħu jitqiegħdu f'posthom b'mod sigur biex jgħinu lil min imur jgħum f'dawk l-inħawi?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-railings imsemmija diġà twaħħlu fuq il-post.
San Pawl il-Baħar – Triq ix-Xagħra tal-Bandieri – xogħol
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9227 dwar xogħlijiet fi Triq ix-Xagħra tal-Bandieri, f’San Pawl il-Baħar, tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta tax-xogħol li jrid isir kif indikat fl-istess tweġiba? Min ser ikun il-kuntrattur li ser ikun qed jagħmel dan ix-xogħol?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta proposta, ninforma lill-Onor. Interpellanta illi t-twettiq tax-xogħlijiet se jsir direttament mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9960 u jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet biex il-Building Industry Consultative Council (BICC) jintemm?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9961 u jgħid meta se jidħol fis-seħħ il-Kunsill Konsultattiv dwar il-Bini u l-Kostruzzjoni (BCCC)? Kif inhu mistenni jibda jaħdem dan il-kunsill?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa għaddejjin preparamenti biex jibda jaħdem il-BCCC. L-operat tal-kunsill se jkun regolat b’avviż legali.
Skejjel primarji — LSEs, għalliema, assistenti kapijiet u kapijiet li rriżenjaw
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8996, 9385, 9894 u 10135 u jgħid kemm kien hemm LSEs, għalliema, assistenti kapijiet ta' skejjel u kapijiet ta' skejjel fil-livell primarju li rriżenjaw mill-impjieg tagħhom matul l-aħħar 12-il xahar, maqsuma għal kull kategorija?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt:
Grad
Total
ta’ riżenji
KGE
3
LSE
27
Għalliem/a
25*
Assisenti Kapijiet
0
Kapijiet
0
*10 minnhom peripatetic
Skejjel Sekondarji — LSEs, għalliema, assistenti kapijiet u kapijiet li rriżenjaw
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9176, 9386, 9895 u 10136 u jgħid kemm kien hemm LSEs, għalliema, assistenti kapijiet ta' skejjel, u kapijiet ta' skejjel fil-livell sekondarju li rriżenjaw mill-impjieg tagħhom, matul l-aħħar 12-il xahar, maqsuma għal kull kategorija?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt:
Grad
Total ta’ riżenji
Kap
0
Asst. Kap
2
LSE
7
Għalliem/a
33
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9139, 9394, 9896 u 10137 u jgħid fejn jinsabu ċ-Ċentri S.T.E.A.M.? Kif titħaddem din is-sistema f'dawn iċ-ċentri? Kemm sar investiment f'dawn iċ-ċentri? Kemm sar investiment f'kull ċentru?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Cleansing and Maintenance Division – ftehim mal-BCRS
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Cleansing and Maintenance Division daħalx fi ftehim mal-BCRS biex l-impjegati ta’ dan id-Dipartiment inaddfu ż-żoni qrib id-diversi magni li l-istess BCRS għandha madwar Malta? Xi ħlas qed jieħu d-Dipartiment għal dan is-servizz jekk fil-fatt qed jirċievi ħlas għal dan is-servizz?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta lid-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni daħlet fi ftehim mal-kumpanija BCRS sabiex iż-żoni qrib diversi magni jinżammu fl-aqwa stat ta’ ndafa. Dan wara li kienu qed jidħlu diversi lmenti rigward ammont ta’ skart li kien qed jitħalla madwar il-magni.
Il-BCRS se tkun qed tħallas l-ammont ta’ €10,000 (Vat eskluża) għas-sena 2023, u €60,000 (Vat eskluża) fis-sena għas-snin 2024 sa 2028.
Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar — pjanti għall-Project Green
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9776 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti tal-proposti li saru mill-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar għal dak li jikkonċerna Project Green? Liema kienu dawn il-proposti?
Response (BONNICI, OWEN)
Filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti miltuba, ninforma lill-Onor. Interpellanta li, kif diġà tħabbar pubblikament, fil-każ ta’ San Pawl il-Baħar intgħażel proġett ieħor taħt l-ewwel sejħa tal-Community Greening Grant. Dan il-proġett kien propost mill-Bird Life biex art mitluqa, li hemm maġenb il-masġar tas-Simar fix-Xemxija, se ssir aktar aċċessibbli għall-pubbliku biex titgawda bħala picnic area sostenibbli.
Ninsab infurmat ukoll li Project Green qed tkompli titkellem mal-applikanti li l-proġetti tagħhom ma ntgħażlux, taħt l-ewwel sejħa tal-Community Greening Grant, biex tara kif dawn il-proġetti jistgħu jsiru ambjentalment aktar sostenibbli bil-possibbiltà li eventwalment jitwettqu.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ toroq għal kull lokalità fejn mhux permess isir twaqqigħ u skavar bejn il-15 ta’ Ġunju 2023 u t-30 ta’ Settembru 2023? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ toroq għal kull lokalità fejn ma kienx permess isir twaqqigħ u skavar bejn il-15 ta’ Ġunju 2022 u t-30 ta’ Settembru 2022, kif ukoll bejn il-15 ta’ Ġunju 2021 u t-30 ta’ Settembru 2021?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-lista ta’ din is-sena hija pubblika fuq https://www.mta.com.mt/en/summerbreaktime2023, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni għas-snin mitluba.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ toroq għal kull lokalità fejn mhux permess isir twaqqigħ u skavar bejn il-15 ta’ Ġunju 2023 u t-30 ta’ Settembru 2023? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ toroq għal kull lokalità fejn ma kienx permess isir twaqqigħ u skavar bejn il-15 ta’ Ġunju 2022 u t-30 ta’ Settembru 2022, kif ukoll bejn il-15 ta’ Ġunju 2021 u t-30 ta’ Settembru 2021?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Billi issa għaddew bosta xhur minn meta tħabbar li kellha tinfetaħ berġa fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex wasal dan il-proċess? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra site plan li tindika fejn se tkun din il-klinika? Jista’ jgħid x'servizzi se jkunu offruti u min se jkun jista' juża dawn is-servizzi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokumenti tas-Sejħa għall-kiri ta’ sit fil-lokal li semmiet hi ser jiġu ppubblikati fil-jiem li ġejjin.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar pjanti għaċ-ċentru tas-saħħa li għandu jinbena fiż-żona tal-Qawra, San Pawl il-Baħar? Jista’ jgħid jekk il-proċess ta’ applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar inbediex? Jekk iva, jista’ jagħti n-numru tal-applikazzjoni u jgħid fiex wasal dan il-proċess? Jekk le, meta mistenni li jinbeda dan il-proċess?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa qed jiġu ppreparati diversi rapporti inklużi Traffic Impact Assessment u Environmental Impact Assessment li jagħmlu parti minn dan il-proċess t’applikazzjoni.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9991 u jgħid kemm hu n-numru ta’ każijiet pendenti quddiem il-Qrati Maltin bħalissa? Jista' jgħid kemm kien hemm każijiet li nqatgħu matul is-sena 2022 u kemm daħlu każijiet ġodda quddiem il-Qrati Maltin matul l-istess perjodu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-31 ta’ Mejju 2023 fil-Qrati Maltin kien hemm 30,090 każ pendenti. Fis-sena 2022 kien hemm 16,293 każ li ġie deċiż u 19,387 każ introdott.
Ta’ min jinnota x-xogħol li qed isir f’dawn l-aħħar snin biex jitnaqqsu l-livelli tal-każijiet pendenti fil-Qrati Maltin. Biex inżidu l-effiċjenza ġew maħtura diversi Maġistrati u Mħallfin biex b’hekk in-numru ta’ Ġudikanti żdied sostanzjalment fi ftit snin. Ħa nkunu qed nkomplu nagħmlu dan fil-kompetenzi li hemm bżonn u b’mod strutturat. Niġbed l-attenzjoni ukoll li bħalissa l-Aġenzija għaddejja b’eżerċizzju biex tkabbar l-ispazju tagħħa u jitkomplew jiżdiedu l-awli fejn jinstemaw l-każijiet. Ma’ dan insemmi wkoll li l-Gvern ser jkun qed jagħmel tibdil leġiżlattivi fil-futur qarib dwar il-proċess tal-kumpilazzjonijiet li fil-fatt dwaru nħarġet konsultazzjoni pubblika x-xaħar li għadda. Fost oħrajn inkompli nżid li bħala parti mill-Istrateġija dwar il-Ġustizzja Diġitali, l-Aġenzija qiegħda fil-proċess li toħroġ sejħa pubblika biex ikollha sistema ta’mmaniġġjar ta’ informazzjoni moderna u attrezzata biex tiżdied l-effiċjenza fil-ħidma tagħha u tal-Ġudikatura.
San Pawl il-Baħar – Triq it-Trunċiera – talba għal zebra crossing
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9183 jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-applikazzjoni pendenti u s-site plan, għal zebra crossing ġdida fi Triq it-Trunċiera, qrib il-'perched beach'?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 10112.