Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Pawl il-Baħar — preżenza tal-Pulizija

Question

Billi fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar komplew jiżdiedu sew in-numru ta’ residenti, spiss ġejjin minn pajjiżi barranin, b’kulturi differenti, u kultant minn pajjiżi f’kunflitt bejniethom, jista’ l-Ministru jgħid kif qed tiġi msaħħa l-preżenza tal-pulizija kemm fl-għases kif ukoll fuq patrol, biex tiżdied is-sigurtà, u biex jiġi assigurat li l-istess pulizija li jkunu xogħol fl-inħawi jkunu protetti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-Pulizija u anke entitajiet oħrajn kontinwament jallokaw diversi riżorsi f'San Pawl il-Baħar u dan peress li għandu rejaltajiet differenti minn lokalitajiet oħrajn. Fil-ħdax-il Distrett li jkopri il-Qawra (SPB) Mellieħa u ċ-Ċirkewwa, minbarra x-xogħol tal-Pulizija tad-distrett li wkoll jagħmlu rondi kontinwi, huma megħjuna mill-pulizija tat-Taqsima tal-Komunità li jaqdu d-doveri tagħhom kemm San Pawl il-Baħar kif ukoll il-Mellieħa, u dawk mit-Taqsima tal-RIU, fejn l-uffiċjali jkopru r-ronda regolari bil-vetturi tagħhom fl-istess inħawi, għal aktar sigurtà fil-lokalita u titjib ta’ protezzjoni ta’ kull uffiċjal. Fi kwalunkwe każ ta’ avvenimenti singulari fejn jinġabru aktar nies mis-soltu f’dan id-Distrett, dejjem tingħata aktar assistenza skont il-bżonn. Matul din is-sena saru wkoll diversi spezzjonijiet mit-Taqsima tal-immigrazzjoni megħjuna minn diversi uffiċjali oħra, f'diversi spezzjonijiet. Ukoll, matul is-sajf kien hemm preżenza tal-Forzi armati ta' Malta f'diversi rondi kuljum, u kif ukoll tal-uffiċjali tal-LESA.

Skejjel Sekondarji — LSEs, għalliema, assistenti kapijiet u kapijiet li rriżenjaw

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10601 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10417, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm LSEs, għalliema, assistenti kapijiet ta' skejjel u kapijiet ta' skejjel fil-livell sekondarju li bdew l-impjieg tagħhom matul l-aħħar 12-il xahar, maqsuma għal kull kategorija?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t'hawn taħt: Grad Total ta’ impjegati ġodda Kap 2 Asst. Kap 13 LSE 31 Għalliem/a 152

Skejjel tal-Istat — ingaġġ ta' LSEs

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10608 u jgħid kemm-il persuna iktar hemm bżonn li tiġi ingaġġata mal-Gvern bħala LSE fl-iskejjel tal-Gvern, maqsumin skont il-livell primarju u dak sekondarju, sabiex tkun intlaħqet id-domanda għal-LSEs?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Prodotti agrikoli Maltin — Esportazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema prodotti agrikoli ġew esportati minn Malta mill-1 ta' Jannar, 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema prodotti agrikoli ntbagħtu minn Malta għal pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Tabella A turi l-prodotti agrikoli esportati minn Malta, filwqat li t-tabella B telenka l-prodotti agrikoli esportati minn Malta għall-pajjizi tal-Unjoni Ewropea. Din l-informazzjoni tkopri mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Mejju 2023.

L-Imġarr – siti ta’ importanza storika

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10605 dwar siti ta' importanza storika fl-Imġarr, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx investiment mill-Gvern jew minn Heritage Malta f'xi wieħed mis-siti msemmija fl-istess tweġiba? Jekk sar xi investiment, liema investiment sar, fuq liema sit sar u min wettaq dan l-investiment?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li ż-żewġ siti li tamministra Heritage Malta fl-Imġarr huma t-tempji neolitici Ta’ Ħaġrat u Skorba. Dawn huma miftuħa għall-pubbliku regolarment. Ninsab infurmat ukoll li matul din is-sena sar tindif u manutenzjoni ġenerali, u ġie prodott dokumentarju li jiffoka fuq id-daħla ewlenija għal Ta’ Haġrat u r-rwol tal-komunità tal-Imġarr fl-amministrazzjoni tas-sit minn meta ġie skopert.

Il-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar – garaxxijiet tal-karozzi tal-kiri

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10621 u jgħid kemm hu n-numru ta’ public service garages liċenzjati biex jikru karozzi fil-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar? Kemm hu t-total ta’ karozzi liċenzjati f’dawn il-garaxxijiet?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Transport Malta – liċenzji tas-sewqan ta’ opri tal-baħar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10693 u jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li għandhom liċenzja għas-sewqan tal-opri tal-baħar, hekk kif liċenzjati minn Transport Malta? Kemm liċenzji ġodda nħarġu din is-sena?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant lin-numru totali ta' liċenzji nawtiċi maħruġa taħt ir-Regolamenti tal-Bastimenti Żgħar (Small Ships Regulations S.L. 499.52) bħalissa huwa ta' 25,380. Matul is-sena 2023, sal-lum inħarġu total ta’ 625 liċenzja nawtiku.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — speech and language pathologists impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' speech and language pathologists li ġew impjegati mill-Ministeru, jew xi entità li taqa' taħtu, mill-2013 sal-lum, sena b'sena? Kemm minn dawn l-impjegati fil-fatt irriżenjaw mill-impjieg tagħhom mal-Gvern, sena b'sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena msemmija ġew ingaġġati 7 speech and langauge pathologists mal-Ministeru, filwaqt li kien hemm 2 riżenji.

Żoni fejn jistgħu jgħumu l-klieb

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru hux mistenni li jżid iż-żoni li fihom ikunu jistgħu jgħumu l-klieb f'Malta u f'Għawdex? X'inhi r-raġuni li għaliha s’issa għad m’hemmx żona għal dan il-għan f'San Pawl il-Baħar? Liema siti ġew proposti għal dan l-użu mill-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar? X'kienet ir-raġuni li għaliha dawn is-siti ma ġewx aċċettati?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni qed tingabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Każijiet ta’ suwiċidju

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm każijiet ta' suwiċidju matul l-aħħar ħames snin, sena b'sena, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti din l-informazzjoni maqsuma skont is-sess (jekk hux femminili jew maskili), l-età u n-nazzjonalità? Jista' jgħid x'inhu jsir biex jitnaqqsu kemm jista' jkun dawn il-każijiet? Xi pjanijiet għandu l-Gvern biex dawn il-każijiet jonqsu? X'assistenza tingħata lill-familjari ta' dawk li jkunu wettqu suwiċidju?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 10849. Waqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi tingħata wkoll għajnuna lill-familjari ta’ dawk li jkunu wettqu suwiċidju wara li jiġu riferuti mit-tabib rispettiv tagħhom. Dawn jingħataw għajnuna primarjament psikoloġika, u anke psikjatrika jekk ikun meħtieg, f’wieħed mill- Comminity Health Centres, fejn minħabba iċ-ċirkustanzi partikulari jingħataw prijorità assoluta.

Kampanji edukattivi għall-prevenzjoni ta’ suwiċidju

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'kampanji edukattivi jeżistu għall-prevenzjoni ta' suwiċidju? Jista’ jgħid jekk hemmx pjanijiet li jiżdiedu dawn il-kampanji edukattivi? Jekk iva, jista' jagħti dettalji dwar dan?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 10851.

Xemxija – tiġieġ u sriedaq li nstabu mejta

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk xi dipartiment li jaqa' taħtu wettaqx investigazzjoni dwar ir-raġuni li wasslet biex numru ta' tiġieġ u sriedaq instabu mejta fl-inħawi tax-Xemxija, fiż-żona tal-Ġnien Olimpiku? Kemm kien in-numru ta’ tjur li nġabru mejta minn fuq il-post?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni qed tingabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Skejjel primarji — LSEs, għalliema, assistenti kapijiet u kapijiet li rriżenjaw

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10600 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10416, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm kien hemm LSEs, għalliema, assistenti kapijiet ta' skejjel u kapijiet ta' skejjel fil-livell primarju li bdew l-impjieg tagħhom matul l-aħħar 12-il xahar, maqsuma għal kull kategorija?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Grad Total ta’ mpjegati ġodda Kapijiet 1 Assisenti Kapijiet 21 Għalliem/a 89 LSE 152 Edukaturi tal-Kindergarten 29

Paga medja tal-persuni b'diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għandux informazzjoni dwar il-paga medja tal-persuni b’diżabilità għal dawk il-persuni impjegati full-time, part-time eċċ. separatament għal kull kategorija? Jekk iva, kif titqabbel din il-paga medja mal-paga medja nazzjonali għal kull kategorija? Jekk hemm differenza f’dawn il-pagi, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif qed tiġi indirizzata din id-differenza?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-NSO ma jkollhiex l-informazzjoni hekk kif mitluba fil-mistoqsija.

Transport Malta — parkeġġi għal e-scooters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta approvatx xi spazji li fihom jipparkjaw l-e-scooters? Jekk iva, f’liema lokalitajiet u fejn jinsabu dawn l-ispazji approvati għal dan il-għan?

Response (FARRUGIA, AARON)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9692, ninformaha illi Transport Malta bħalissa qiegħda tilqa’ u tevalwa l-applikazzjonijiet mill-Kunsilli Lokali għall-parkeġġi tal-e-kick scooters u ser tkun qiegħda toħroġ l-ewwel awtorizzazjonijiet fil-ġimgħat li ġejjin.

Qawra — ftuħ tal-parkeġġ tal-iskola

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu jwaqqaf il-ftuħ tal-parkeġġ taħt l-iskola primarja tal-Qawra għall-użu tal-pubbliku hekk kif reġa' wasal sajf ieħor u dan il-parkeġġ għadu jinsab magħluq? Meta hu maħsub li dan jinfetaħ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi l-preparamenti għall-ftuħ tal-parkeġġ għadhom għaddejjin min-naħa tal-Kunsill. Fost xogħol ieħor qed jiġu wkoll preparati d-dettalji għat-tender għall-apparat u mmaniġġar tal-parkeġġ.

Rapporti ta’ atti indeċenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta' atti indeċenti, bejn Jannar 2022 u Ġunju 2023, ġewwa l-għasses, għassa għassa, madwar Malta u Għawdex? Fejn seħħew dawn l-atti indeċenti? Kemm mill-każijiet imsemmija ttieħdu passi kontra l-allegati persuni li abbużaw?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fil-perjodu ta’ bejn Jannar 2022 u Ġunju 2023, kien hemm tnejn u tletin rapport ta' atti indeċenti. Infurmat li dawn ġew rappurtati fil-lokalitajiet tal-Valletta, Ħamrun, Raħal Ġdid, Bormla, Żejtun, Ħaż-Żebbuġ, Sliema, Imsida, San Ġiljan, Birkirkara, Naxxar, Rabat, Qawra u Victoria, Għawdex. Infurmat li ttieħdu proċeduri legali fuq 11-il każ, filwaqt li xi każi ġew magħluqa jew l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Każijiet ta’ persuni li rreżistew l-arrest mill-pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet fejn persuni rreżistew l-arrest mill-pulizija bejn Jannar 2022 u Ġunju 2023? F'liema lokalitajiet seħħew dawn il-każijiet, lokalità lokalità?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi n-numru ta’ każijiet fejn persuni rreżistew l-arrest mill-pulizija bejn Jannar 2022 u Ġunju 2023 kien ta’ tmienja u għoxrin. Dawn seħħew fil-lokalitajiet indikati fit-tabella. 2022 2023 * Total ATTARD 2 0 2 BIRŻEBBUĠA 1 1 2 FLORIANA 1 1 2 ĦAMRUN 1 1 2 MARSA 3 0 3 MARSASKALA 0 2 2 MELLIEĦA 0 1 1 MĠARR 0 1 1 MSIDA 0 1 1 PAOLA 1 0 1 SAN ĠILJAN 2 2 4 SAN PAWL IL-BAĦAR 3 1 4 SANNAT - GĦAWDEX 1 0 1 ŻABBAR 0 1 1 ŻEJTUN 1 0 1 Total 16 12 28 *sa Ġunju

Xagħra, Għawdex – triq li twassal ir-Ramla l-Ħamra – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema miżuri ta' sigurtà qed jittieħdu biex jiġi assigurat li jitneħħa l-periklu li hemm matul it-triq li twassal mir-Ramla l-Ħamra sax-Xagħra, Għawdex? Meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol marbut mas-sigurtà f'din it-triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onir. Interpellant li l-Ministeru ħa l-passi meħtieġa sabiex jitneħħa kull periklu. Ix-xogħol relatat mal-bini taċ-ċint mistenni jkompli fil-ġimgħat li ġejjin.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – uffiċini distrettwali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-uffiċini distrettwali li għandu l-Ministeru fil-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar? Liema uffiċini oħra mistennija jinfetħu f’dawn il-lokalitajiet fil-futur qarib?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.