Legislature:
Category:
Reset
Active:

Trasport pubbliku — Żieda ta’ frekwenza ta’ vjaġġi lejn l-MCAST

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji mal operatur tat-trasport pubbliku biex jiżdiedu l-ħinijiet u l-frekwenza tal-vjaġġi tal-karozzi tal-linja li joperaw fuq ir-rotta AX1 li twassal numru ta’ studenti l-MCAST ġewwa Raħal Ġdid b’mod partikulari filgħodu, sabiex dawn l-istudenti jilħqu jaslu fil-ħin għall-lecture tat-8am?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment għal aktar kunsiderazzjoni. Ninsab infurmat ukoll li fil-preżent ir-Rotta X1A topera erba’ vjaġġi kuljum u ċjoè żewġ vjaġġi filgħodu u żewġ vjaġġi waranofsinhar. L-ewwel vjaġġ filgħodu jitlaq miċ-Ċirkewwa lejn l- MCAST fis-sitta u erbgħin minuta (0640h) u ta’ warajh jkun fis-seba’ u ħamsa (0705h). Il-vjaġġi ta’ waranofsinhar jitilqu mill-MCAST (Raħal Ġdid) fl-erbgħa u għaxra (1610h) u fil-ħamsa neqsin ħamsa (1655h).

Trasport pubbliku — Rotta għar-residenti tal-Wardija

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji mal operatur tat-trasport pubbliku biex ikun hemm rotta għall-vjaġġi tal-karozzi tal-linja sabiex jingħata servizz lir-residenti tal-Wardija f'diversi ħinijiet matul il-ġurnata?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment għal aktar kunsiderazzjoni.

Ix-Xemxija — Triq Katerina Vitale - Twaqqigħ u skavar fix-xhur tas-sajf

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li għaliha Triq Katerina Vitale, fix-Xemxija, San Pawl il-Baħar din is-sena ma kinitx waħda mit-toroq li fihom ma setax isir twaqqigħ u skavar fix-xhur tas-sajf, kuntrarjament għas-snin preċedenti?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10373.

Xemxija — tiġieġ u sriedaq li nstabu mejta

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10841 dwar tiġieġ u sriedaq li nstabu mejta fix-Xemxija, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk xi dipartiment li jaqa' taħtu wettaqx investigazzjoni dwar ir-raġuni li wasslet biex numru ta' tiġieġ u sriedaq instabu mejta fl-inħawi tax-Xemxija, fiż-żona tal-Ġnien Olimpiku? Kemm kien in-numru ta’ tjur li nġabru mejta minn fuq il-post?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-mortalità tat-tiġieġ kienet minħabba l-istress ikkaġunat mis-sħana, flimkien ma insuffiċjenza ta’ kwalità u iġjene ta’ l-ilma u l-għalf. Ir-riżultat tat-testijiet għas-salmonella u l-influenza tat-tjur ġew negattivi.

Żoni fejn jistgħu jgħumu l-klieb

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10801 u jgħid jekk il-Ministeru hux mistenni li jżid iż-żoni li fihom ikunu jistgħu jgħumu l-klieb f'Malta u f'Għawdex? X'inhi r-raġuni li għaliha s’issa għad m’hemmx żona għal dan il-għan f'San Pawl il-Baħar? Liema siti ġew proposti għal dan l-użu mill-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar? X'kienet ir-raġuni li għaliha dawn is-siti ma ġewx aċċettati?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa fil-ħsieb tal-Ministeru li eżerċizzju simili bħal ma sar din is-sena jerġa’ jsir is-sena d-dieħla. Dan il-Ministeru mhuwiex infurmat li kien hemm siti proposti mill-Kunsill Lokali ta' l-istess lokalità wara diskusjonijiet li saru.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – uffiċini distrettwali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10733 u jgħid liema huma l-uffiċini distrettwali li għandu l-Ministeru fil-Mellieħa, l-Imġarr, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar? Liema uffiċini oħra mistennija jinfetħu f’dawn il-lokalitajiet fil-futur qarib?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkoċernat.

Xemxija — tiġieġ u sriedaq li nstabu mejta mar-roundabout

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10731 dwar tiġieġ u sriedaq li nstabu mejta fix-Xemxija, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra x’irriżulta mill-investigazzjoni dwar dan il-każ?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11082.

Iffriżar ta’ skart organiku

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Ministeru għas-Saħħa, u jgħid jekk il-Ministeru hux favur id-dikjarazzjoni tas-CEO tal-Wasteserv li l-iskart organiku jitpoġġa fil-friża biex jiġi ffriżat sakemm jasal il-jum meta suppost jintrema? Jista' jgħid ukoll jekk dan imurx kontra direttiva tad-Dipartiment tas-Sanità lill-postijiet kummerċjali, li huma mitluba biex fil-friżi tagħhom jisseparaw u jagħżlu l-ikel minn ma' prodotti oħra fl-istess friża?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-regolament 852 tal-2004 tal-Unjoni Ewropea.

Skema ta’ Finanzjament Artistiku għall-għaqdiet tal-armar tal-festi, għaqdiet kulturali u għaqdiet soċjali — Għaqdiet li bbenefikaw

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra liema huma dawk l-għaqdiet li bbenefikaw mill-Iskema ta’ Finanzjament Artistiku għall-għaqdiet tal-armar tal-festi, għaqdiet kulturali u għaqdiet soċjali? Jista’ jgħid ukoll liema huma l-proġetti li ser jiġu ffinanzjati permezz ta’ din l-iskema u meta huma ppjanati li jsiru, kemm kienet l-istima għal kull proġett u kemm minn din l-istima ser tiġi ffinanzjata minn din l-istess skema?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt. Intant infurmat li l-progetti relattivi huma ppjanati li jsiru f'sena mill-iffirmar tal-kuntratt. Benefiċċjaru Proġett Stima Finazjament mill-Iskema Għaqda Mużikali Sant' Andrija - Luqa Arti tterraq €8,671.00 €5,203.00 Peace Band Club Set Bandalori Ġodda Fit-Triq Prinċipali Tan- Naxxar €9,960.00 €5,976.00 Soċjetà Mużikali Santa Marija Qrendi Planċier artistiku ġdid €10,000.00 €7,000.00 St. Joseph Band Club Kirkop Inkomplu Insebbħu it-Triqat Koppin fil-Festa ta' San Ġużepp €3,790.00 €2,274.00 Għaqda Mużikali Santa Marija, Ħal Għaxaq Krejazzjoni ta’ sett ta' tlett pilandri tad-dawl kumplimentari għall-kolonni magħrufa bħala l- vażetti ta’ stil neo-gotiku fuq disinn ta’ Giuseppe Decelis €8,470.00 €6,082.00 Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, Żurrieq Statwi Ġodda għall-Festa tal-Madonna tal- Karmnu Żurrieq €8,085.00 €4,851.00 Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju Is-Sostenibilità fl-Armar tal-Festi Maltin €10,000.00 €6,000.00 Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu Fgura Restawr tal-Anġlu €5,434.00 €3,260.00 L-Għaqda Soċjali Madonna tad-Duttrina Ngħaddu l-festa lill-ġenerazzjoni li jmiss €4,373.00 €2,624.00 Soċjetà Filarmonika Lourdes Qrendi Tkomplija tar-rinnovar fuq il-planċier artistiku €10,000.00 €6,000.00 Għaqda Mużikali San Guzepp Ħal Għaxaq Bandalori ġodda €10,000.00 €6,000.00 Għaqda Armar Xewkija Inkomplu Insebbħu l-Festa Ta' Raħalna €9,660.00 €5,796.00 Għaqda Armar Għajnsielem LED Lighting Pavilions - Għajnsielem €9,382.00 €5,629.00 Banda San Gorg Bormla Armar għal-Festa tal-Immakkulata Kunċizzjoni €10,000.00 €6,000.00 Għaqda ta' L-Armar Festa Stella Maris Pavaljuni bil-Pittura €10,000.00 €6,000.00 Għaqda Banda Żejtun Upgrade the Band Stand €4,000.00 €2,400.00 Società Filarmonica Maria Mater Gratiæ Żabbar AD 1883 Restawr u konservazzjoni - Kolonna antika ta' Malta Rebbieħa €10,000.00 €6,000.00 Kummissjoni Festa Burmarrad Finanzjament Artistiku - Festa Burmarrad 2024 €10,000.00 €6,000.00 Kummissjoni Festi Parrocca Santwarju Madonna tas-Sacro Cuor, Tas-Sliema Sett Pavaljuni Artistiċi €10,000.00 €6,000.00 Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V, Mqabba Nkomplu nsebbħu fil-ġranet tal-festa €7,961.00 €4,777.00 Kumitat Festi San Duminku,Il-Birgu Sett ta' tmien pavaljuni tad-drapp. €5,140.00 €3,084.00 Grupp Armar Festa Sant' Anna Design and manufacture of decorative statues for the parvis. €9,900.00 €6,574.00 Għaqda Każin Banda San Filep AD1851 Bandiera bil-Pittura li tagħti ġieħ lil San Filep u lil Ħaż-Żebbuġ €9,973.00 €5,984.00 Għaqda Mużikali San Ġuzepp AD 1987 Sett Bandalori tal-Granmastri fi Triq Malta Rebbieha, il-Kalkara €10,000.00 €6,000.00 Għaqda tal-Armar Madonna tas-Sokkors Ta’ Kerċem, Għawdex Proġett Sett Pavaljuni tad-Drapp - Inlibbsu r- Raħal b'Arti rikka tradizzjonali tal-Festa €10,000.00 €6,000.00 Soċjetà Mużikali Beland AD. 1861 Sett Bandalori għall-festa tal-Qalb Imqaddsa ta' Ġesu fiż-Żejtun €5,346.00 €3,208.00 Kumitat Festa Esterna San Gużepp Msida Bandalori għall-Pjazza tal-Bandli €8,796.00 €5,278.00

Il-Pitkalija – bdiewa Għawdxin li jniżżlu l-prodott agrikolu f’Ta’ Qali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm bdiewa Għawdxin qed iniżżlu l-prodott agrikolu tagħhom fil-Pitkalija, f’Ta Qali? X’tip ta’ għajnuna speċifika jingħataw dawn il-bdiewa minħabba l-ispejjeż ta’ trasport li jridu jwettqu biex iwasslu l-prodott tagħhom fil-Pitkalija?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li hemm 230 bdiewa Għawdxin li qed iniżżlu l-prodott agrikolu tagħhom fil-Pitkalija ġewwa Ta’ Qali. L-Aġenzija tagħmel minn kollox biex tgħin lil dawn il-bdiewa sabiex iwasslu l-prodotti tagħhom bl-anqas inkonvenjent possibbli, s tat-tbatija li l-istess bdiewa iħabbtu wiċċhom magħha kemm f’xogħolhom kif ukoll biex jaqsmu lejn Malta. Għaldaqstant, l-Aġenzija tiftaħ il-ħin tal-pitkalija matul il-lejl bi qbil mal-bdiewa Għawdxin biex ikun jistgħu jingħataw servizz bl-anqas inkonvenjent fosthom li meta jiġu l-pitkalija ma jistennewx fil-kju imma jinqdew minnufih kemm fil-ħatt tal-prodott, kif ukoll fis-servizz tal-kaxxi vojta li jinġabru. Jeżistu wkoll għajnuniet finanzarji sabiex jiġi ikkumpensat il-ħlas tat-vjaġġ. Bhal issa għaddejjin diskuzzjonijiet sabiex fil-futur qrib l-Agenzija tkun tista' tiffaċilita u toffri aktar għajnuniet.

Biċċerija ta’ Għawdex — Qatla tal-majjal, ċanga u annimali oħra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-qatla tal-majjal, ċanga u annimali oħra li saret fil-Biċċerija ta’ Għawdex, bejn Jannar 2022 u sal-ġurnata li fiha mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, xahar b’xahar?

Response (REFALO, ANTON)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.

Buġibba – Water Park

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x'kien is-sehem ta' Project Green fil-water park ta’ Buġibba? Meta nfetaħ l-ewwel darba dan il-water park? Liema xogħlijiet saru fuq dan il-water park matul din is-sena u kemm ġew jiswew? Liema xogħlijiet saru fuq dan il-water park matul is-sena li għaddiet u kemm ġew jiswew? Tista' tgħid kemm-il water park simili nfetħu mill-Gvern mill-2012 sal-lum u fejn jinsabu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, minħabba l-post fejn jinsab u n-natura tat-tagħmir li għandu, l-Waterpark ta’ Buġibba jeħtieġ li jkun sostnut b’investiment annwali sabiex fix-xhur tas-sajf ta’ wara jkun jista’ jerġa’ jopera. Fost l-oħrajn, ta’ kull sena, wara li f’Settembru jagħlaq għax-xhur tax-xitwa, l-waterpark jiżżarma mit-tagħmir kollu. Dan jassigura li t-tagħmir ma ssirlux ħsara bil-maltemp u li ma jkunx espost bla bżonn għar-raxx tal-ilma baħar. Imbagħad, matul ir-rebbiegħa, wara li anke tkun saret il-manutenzjoni meħtieġa, t-tagħmir tal-waterpark jerġa’ jintrama sabiex il-park jinfetaħ u jitgawda mill-pubbliku matul is-sajf. Dan huwa ċiklu laborjuż li ilu jirrepeti ruħu sa minn mindu nftetaħ il-waterpark. Matul l-2023, Project Green investiet aktar minn €37,000 f’dan il-park. Sabiex nassiguraw is-saħħa u s-sigurtà tat-tfal li jużaw il-park, saru interventi fuq l-apparat elettroniku li jħaddem is-sistema tal-ilma. Saru wkoll xogħlijiet ta’ tibdil ta’ aperturi, installazzjoni ta’ CCTV cameras ġodda u interventi oħra ta’ manutenzjoni ġenerali. Dan minbarra x-xiri ta’ wheelchairs apposta li permezz tagħhom ġiet assigurata aċċessibilità akbar. Xogħlijiet simili saru wkoll is-sena li għaddiet meta fost l-oħrajn inbidlu tankijiet u ġiet installata pompa tal-ilma aktar silenzjuża, sar xogħol ta’ manutenzjoni fit-latrini u ġew installati sun shades ġodda. Dawn ix-xogħlijiet swew madwar €10,000. Matul ix-xhur ta’ Lulju u Awwissu aktar minn 19,000 tifel u tifla żaru u gawdew il-Waterpark ta’ Buġibba. Dan filwaqt li kull ġimgħa kien hemm ħin allokat speċifikament għal attività flimkien ma’ ADHD Malta u l-Autisim Parents Association. Il-Waterpark ta’ Buġibba huwa l-uniku park tax-xorta tiegħu li jaqa’ taħt il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża.

Persuni jgħixu f’Malta u Għawdex mingħajr permess

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' persuni li nqabdu jgħixu f'Malta u Għawdex, lokalità lokalità, mingħajr il-permessi neċessarji, minn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Minn liema pajjiż/ta' liema nazzjonalità kienu dawk li nqabdu hawn Malta mingħajr il-permessi neċessarji (numri separati għal kull pajjiż/nazzjonalità)?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2022 u 2023 saru diversi spezzjonijiet sabiex jassiguraw illi dawk illi jkunu ġewwa pajjiżna, ikunu b’mod regolari. Infurmat illi n-numru ta' persuni li nqabdu jgħixu f'Malta u Għawdex b’mod irregolari, bejn Jannar 2022 u l-aħħar ta’ Settembru 2023, kien ta’ elf, erbgħa mija u wieħed. Il-pajjiżi li kienu ġejjin minnhom dawn il-persuni huma: Afganistan, Albanija, Algerija, Arġentina, Ażerbajġan, Bangladexx, Benin, Bosnia u Herzegovina, Brażil, Bulgarija, Burkina, Kamerun, Kanada, Chad, Ċina (inkluż Hong Kong), Kolombja, Kosta tal-Ivorju, Ekwador, Eġittu, Eritreja, Etjopja, Gabon, Gambia, Georgia, Ghana, Guinea, Guinea-Bissau, Indja, Indoneżja, Iran, Korea t’ Isfel, Liberja, Libja, Mali, Mauritius, Montenegro, Marokk, Nepal, Niger, Niġerja, Pakistan, Palestina, Peru, Filippini, Rumanija, Federazzjoni Russa, Senegal, Serbja, Sierra Leone, Somalja, Sudan, Sirja, Tanżanija, Tajlandja, Maċedonja, Togo, Tuneżija, Turkija, Ukrajna, Renju Unit, Stati Uniti tal-Amerika, Użbekistan, Veneżwela,Vjetnam. Id-data miġbura tinżamm abbażi ta’ nazzjonalità u mhux a bazi ta’ lokalità.

Importazzjoni ta' laħam

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10732 dwar importazzjoni ta' laħam, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, u jgħid x’passi qed jieħu l-Ministeru għas-Saħħa biex jassigura li l-ebda laħam li qed jinġieb minn barra mhu qed jinbiegħ bħala li hu prodott lokali hekk kif fl-istess tweġiba ntqal li din il-mistoqsija għandha tgħaddi għand il-Ministeru għas-Saħħa peress li d-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali huwa responsabbli milli jagħmel kontrolli, inkluż it-traċċabilità tal-laħam fil-ħwienet tal-laħam u ħwienet simili?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali jwettaq spezzjonijiet regolari fil-livell ta’ ħwienet li jbiegħu bl-imnut (retail) kif ukoll ġewwa ristoranti permezz tal-uffiċċjali għas-saħħa ambjentali. Matul dawn l-ispezzjonijiet l-uffiċċjali jassiguraw li l-laħam li jkun qed jinbiegħ ikollu id-dokumenti neċessarji ta’ tracċċabilità kif rikjest bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel. Permezz ta’ dawn id-dokumenti l-uffiċċjali jkunu jistgħu jassiguraw li l-prodotti tal-ikel kollha inkluż il-laħam ikunu qed jinbiegħu skont dak li jkun iddikkjarat fuq il-fattura (invoice). Dan ifisser li jekk prodott tal-laħam impurtat ikun qed jinbiegħ bhala lokali dan ikun jista jiġi verifikat u jekk jinstabu xi dikjarazzjonijiet foloz jittieħdu l-passi legali neċessarji skont il-każ.

Ħatra ta’ esperti tal-Qorti — nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq esperti maħtura fil-Qrati Maltin matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema esperti kienu mqabbda jagħmlu dawn l-istudji u għal liema każi saru dawn l-istudji?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fis-sena 2022 in-nefqa fuq esperti kienet ta’ €8,976,706 waqt li fl-2023, sa Settembru 2023, in-nefqa kienet ta’ €5,600,377. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-lista ta’ x’tip ta’ esperti ntużaw. Fir-rigward tal-esperti mqabbda f’inkjesti din l-informazzjoni ma tistgħax tingħata skont il-Kodiċi Kriminali Kap. 518.

Children’s allowance — Persuni single

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10729 u jgħid x’inhu n-numru ta’ persuni single, kemm jekk nisa kif ukoll jekk irġiel, li qed jirċievu ċ-children’s allowance u joqogħdu San Pawl il-Baħar, in-Naxxar u l-Mellieħa separatament għal kull lokalità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ persuni single, kemm nisa kif ukoll irġiel, li jirċievu l-Allowance tat-Tfal li joqogħdu fil-lokalitajiet imsemmija huwa skont it-tabella hawn taħt: Il-Mellieħa In-Naxxar San Pawl il-Baħar Irġiel Nisa Total Irġiel Nisa Total Irġiel Nisa Total 6 287 293 10 324 334 21 940 961

San Pawl il-Baħar — kunsill lokali - applikazzjonijiet tal-PA li saru oġġezzjoni għalihom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA) saret oġġezzjoni għaliha mill-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema kienu dawn l-applikazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba kif mibgħuta mill-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

In-Naxxar — kunsill lokali - applikazzjonijiet tal-PA li saru oġġezzjoni għalihom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA) saret oġġezzjoni għaliha mill-Kunsill Lokali Naxxar, mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema kienu dawn l-applikazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba hekk kif mibgħuta mill-Kunsill Lokali Naxxar qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Il-Mellieħa — kunsill lokali - applikazzjonijiet tal-PA li saru oġġezzjoni għalihom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA) saret oġġezzjoni għaliha mill-Kunsill Lokali Mellieħa mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema kienu dawn l-applikazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba hekk kif mibghuta mill-Kunsill Lokali Mellieha tinsab hawn taht: Data tal-OġġezzjoniDeskrizzjoni tal-proġett oggezzjonatPA No 03/01/2022- Uzu ta' art fi Triq il-Marfa bhala parkegg matul ix-xhur tas-sajfPA 8247/20 23/04/2022- Tibdil fl-uzu tal-binja "Dom's" f'Misrah il-Parrocca k/m Triq il-Madonna tal-GharPA 2269/22 02/06/2022- Zvilupp b'rabta mal-ibburdjar fil-Bajja tal-MistraPA 3129/22 20/07/2022- Twaqqiegh tar-Ramla Bay Hotel PA 2943/19 20/07/2022- Bini ta' supermarket, kafetterija u appartamenti fi Triq il-Kbira/Triq tas-SalibPA 4813/21 26/07/2022- Twaqqiegh tar-Ramla Bay Hotel PA 2943/19 06/11/2022- Twaqqiegh tal-Mellieha Bay HotelPA 9876/19 06/11/2022- Zvilupp mill-gdid tal-Mellieha Bay HotelPA 1948/20 23/11/2022- Estensjoni tal-Pergola Club HotelPA 6754/22 27/01/2023- Installazzjoni ta' latrina prefabbrikata fil-parti centrali tal-promenade tal-GhadiraPA 7886/22 14/06/2023- Zvilupp ta' sit Nru, 184, Ix-Xatt ta' Santa MarijaPA 3136/23 03/03/2023- Tqeghid ta' pjattaforma ghall-imwejjed u siggijiet - Gems - Triq Gorg Borg OlivierPA 0203/23 05/07/2023- Tqeghid ta' imwejjed, siggijiet u umbrellel quddiem 130, 131, Triq Gorg Borg OlivierPA 3457/23 20/06/2023- Zvilupp ta' sit konfinanti minn Triq Halq ic-Cawl, Triq l-Izbark tal-Francizi u Triq in-NasesPA 5909/17 24/06/2023- Tibdil fil-linja tal-bankina fi Triq Dun Mose' Debono k/m Triq Dun Frangisk SciberrasPA 8952/18 02/07/2023- Zvilupp mill-gdid tal-Mellieha Bay HotelPA 1948/20 05/07/2023- Tqegħid ta' imwejjed, siġġijiet u umbrellel quddiem 130, 131, Triq Ġorġ Borg OlivierPA 3457/23

L-Imġarr — kunsill lokali - applikazzjonijiet tal-PA li saru oġġezzjoni għalihom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA) saret oġġezzjoni għaliha mill-Kunsill Lokali tal-Imġarr, mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġbda din il-mistoqsija parlamentari? Liema kienu dawn l-applikazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba hekk kif mibghuta mill-Kunsill Lokali Imġarr tinsab hawn taht: PA No Deskrizzjoni tal-proġett oggezzjonat Data tal-Oġġezzjoni 05313/20 Oġġezzjoni ghall-iżvillupp ta’ Solar Farm fiż-żona tar-Ragħad Marzu 2021 02973/23 Oġġezzjoni għat-tqegħid ta’ mwejjed u siġġijiet taħt il-bankina Gunju 2023 05308/23 Oġġezzjoni għal żvillupp f’ tal-Armaġġ, l-Imġarr Settembru 2023