Legislature:
Category:
Reset
Active:

Inċidenti fuq siti ta’ kostruzzjoni – Talbiet għal benefiċċji

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 11190 u 11191, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal benefiċċji li jirrigwardaw korrimenti fuq il-post tax-xogħol? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-korrimenti kienu fuq siti ta’ kostruzzjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għandu informazzjoni fuq kemm ikun hemm inċidenti fuq siti ta’ kostruzzjoni skont jekk tkunx saret applikazzjoni jew le għall-benefiċċju ta’ korriment. Minn din l-informazzjoni, in-numru ta’ inċidenti mis-sena 2012 sa issa, huwa skont kif jidher hawn taħt: Sena Applikazzjonijiet għall-benefiċċju ta’ korriment 2012 449 2013 446 2014 469 2015 464 2016 441 2017 550 2018 572 2019 526 2020 505 2021 483 2022 472 2023 325

Vjolenza Domestika – Każijiet irrappurtati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każijiet ta’ vjolenza domestika fis-snin 2020, 2021 u 2022 rispettivament? Jista’ jgħid kemm minnhom ġew imwaqqa’?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi d-data ta’ każi relatati ma’ vjolenza domestika ġew ċentralizzati f’Ottubru 2020 u għaldaqstant l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru, miġbura mill-Gender Based & Domestic Violence Unit “GBDVU” u l-Pulizija fid-Distrett Għawdex, tkopri l-perjodu mis-sena 2021 sal-aħħar ta’ Novembru ta’ din is-sena. F’dan il-perjodu n-numru ta’ każijiet irrappurtati kien kif jidher fit-tabella hawn taħt. Infurmat illi minħabba li skont il-provedimenti tal-artikolu 543(e) tal-Kodiċi Kriminali, Kap. 9 tal-Liġijiet ta’ Malta, vittma allegata ta’ reat li jinvolvi vjolenza domestika titlob lill-qorti li twaqqaf il-proċeduri kontra l-awtur allegat, ikun aħjar illi l-informazzjoni mitluba dwar każi li ġew imwaqqa’, tintalab mill-Ministeru kkonċernat.

Direttorat tal-Protezzjoni tal-Minorenni – Rapporti ta’ abbuż tat-tfal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti ta’ abbuż tat-tfal lid-Direttorat tal-Protezzjoni tal-Minorenni minn mindu daħal fis-seħħ l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv), Kap. 602 tal-Liġijiet ta’ Malta, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-każijiet spiċċaw il-Qorti, għal kull sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont id-data miżmuma mid-Direttorat għall-Protezzjoni tal-Minuri dwar ir-rapporti li daħlu u li hemm minn dawn marru l-Qorti: 1. Fis-sena 2020: Bejn Lulju 2020, meta beda jitħaddem Kap 602, u Diċembru 2020 daħlu 639 rapport u 10 każijiet spiċċaw il-Qorti (tlieta minn dawn it-talbiet ma ġewx aċċettati) 2. Fis-sena 2021: Daħlu 1844 rapport u 139 każ spiċċaw il-Qorti 3. Fis-sena 2022: Daħlu 2128 rapport u 216 każ spiċċaw il-Qorti 4. Fis-sena 2023: Daħlu 2250 rapport u 115 każ spiċċaw il-Qorti

Qorti tal-Minorenni — Każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm minorenni li spiċċaw quddiem il-Qorti tal-Minorenni f’dawn l-aħħar ħames snin? X’kienu r-reati l-aktar komuni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li peress li fid-dekasteru assenjat lili ma hemmx la l-Qrati tal-Ġustizzja (inkluża l-Qorti tal-Minorenni), la l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u lanqas il-Korp tal-Pulizija, m'inix f’pożizzjoni li nwieġeb għal din il-mistoqsija. Għaldaqstant, ġentilment nitlobha tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministri kkonċernati.

Ordnijiet ta’ Ħarsien

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ordni ta’ ħarsien inħarġet mill-Qorti minn mindu daħal fis-seħħ l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (Ħarsien Alternattiv), Kap. 602 tal-Liġijiet ta’ Malta, maqsuma sena b’sena u skont it-tip ta’ ordni, mill-ħamsa li hemm?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li skont id-data miżmuma mid-Direttorat għall-Promozzjoni tal-Minuri, l-Ordnijiet maħruġa taħt Kap 602 tal-Liġijiet ta’ Malta mindu din l-istess liġi daħlet fis-seħħ f’Lulju 2020, it-tipi ta’ ordnijiet li ħarġu sena b’ sena huma kif elenkati hawn taħt. 1. 2020: 6 Ordni (kollha Care Orders) u 1 Care Order minuri mhux akkumpanjat (UMAS UMAS – tindika l-frażi Unaccomapnied Minors Asylum Seekers, li tirreferi għal minuri mhux akkumpanjat illi qed ifittex l-ażil fil-ġżejjer Maltin. ) 2. 2021: 38 Ordni (Care Orders) u 101 Ordnijiet ghall-UMAS 3. 2022: 216 Ordnijiet, mqassmin hekk: i. 12 Ordnijiet ta’ Emerġenza, ii. 20 Ordnijiet ta’ Ħarsien ( Care Orders ), iii. 38 Ordnijiet proviżjonali – li baqgħu jinstemgħu fil-Qorti skont l-Art 18, iv. 17 Ordnijiet ta’ Superviżjoni, v. 129 Ordnijiet ta’ Ħarsien UMAS. 4. 2023: 115 Ordnijiet, mqassmin hekk: i. 15 Ordnijiet ta’ Emergenza, ii. 27 Ordnijiet ta’ Ħarsien ( Care Order ), iii. 21 Ordnijiet ta’ Superviżjoni (15 pendenti u 6 kkonfermati), iv. 20 Ordnijiet proviżjonali, v. 3 Ordnijiet tat-Tneħħija, vi. 1 Ordni tat-Trattament, vii. 28 Ordnijiet UMAS.

Dizzjunarju tal-lingwa Maltija online

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11198 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u jgħid jekk hemmx xi pjanijiet li jkun hemm dizzjunarju tal-lingwa Maltija online li jkun jista’ jintuża anke fuq il-mezzi tal-midja soċjali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fl-14 ta' Diċembru tas-sena 2021 ġie ffirmat ftehim bejn il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti u l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali biex tiġi kkoreġuta u standardizzata l-verżjoni stampata tad-dizzjunarju ta' Aquilina (pubblikatur: Midsea Books). Infurmat li dan ix-xogħol se jkun organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti. Barra minn hekk, fit-22 ta' Frar 2022 ġiet iffirmata addenda mal-Ministeru għall-Edukazzjoni li offra għajnuna supplimentari biex jiġu ingaġġati żewġ assistenti part-time fuq id-dizzjunarju. Intant infurmat li dan ix-xogħol kollu hemm il-ħsieb li jittella' online 'l quddiem.

FSWS – Social Workers u Social Welfare Professionals

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11207 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5795, fejn il-Ministru jagħti x’jifhem li l-job descriptions tas-social workers u l-job descriptions tas-social welfare professionals huma l-istess mal-entitatjiet kollha fejn jaħdmu s-social workers u s-social welfare professionals fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), jista’ l-Ministru jikkonferma li hemm tip wieħed ta’ job description kemm għas-social workers u kemm għas-social welfare professionals fi ħdan l-FSWS? Jekk hemm job descriptions ta’ social workers u social welfare professionals differenti ta’ units differenti, jista’ l-Ministru jqegħedhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

FSWS – Social Welfare Professionals

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11208 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9368, fejn intqal li hemm madwar 120 social welfare professional, jista’ l-Ministru jgħid f’liema units tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) jaħdmu s-social welfare professionals? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm social welfare professionals f’kull unit u kemm-il każ hemm assenjat fuqhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

FSWS –social welfare professionals — Każi assenjati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11209 u jgħid kemm hemm każi assenjati fuq kull social welfare professional li jaħdem mal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Direttorat tad-Drittijiet tal-Bniedem – Ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-kwestjonijiet li qiegħed jindirizza bħalissa d-Direttorat tad-Drittijiet tal-Bniedem? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapport annwali ta’ dan id-Direttorat?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-ħidma tad-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem hija bbażata fuq l-Istrateġiji u l-Pjanijiet ta’ Azzjoni li ġew imfassla u mnedija matul is-snin. Dawn huma: 1. Strateġija u Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ugwaljanza u l-Integrazzjoni (Mainstreaming) tal-ġeneru (GEMSAP) 2022 – 2027 2. Strateġija u Pjan ta’ Azzjoni għall-Ugwaljanza LGBTIQ+ 2023 – 2027 3. Strateġija u Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Integrazzjoni tal-Migranti 2017-2020. Bħalissa d-Direttorat qiegħed jipprepara għat-tieni strateġija f’dan il-qasam: il-konsultazzjoni pubblika ġiet varata f’Mejju ta’ din is-sena 4. Strateġija Nazzjonali kontra r-Razziżmu 2021 – 2023. Id-Direttorat beda l-preparamenti għat-tieni strateġija f’dan il-qasam b’konsultazzjoni ma’ msieħba varji. Qegħdin isiru preparamenti mid-Direttorat, flimkien mal-Kummissjoni Ewropea u esperti mill-Kunsill tal-Ewropa, sabiex Malta jkollha l-ewwel Strateġija Nazzjonali kontra t-traffikar tal-bniedem. Id-Direttorat kontinawment jipprovdi sessjonijiet ta' taħriġ dwar id-drittijiet tal-bniedem lill-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku u diversi entitajiet governattivi.

CCF – Policy dwar priġunieri transgender

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10765 dwar policy fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin (CCF) dwar priġunieri transgender, jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-istandards internazzjonali li qiegħed jirreferi għalihom fl-istess tweġiba?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat mill-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi dan li ġej: 1.​Blanc, J. (2018). Towards the Effective Protection of LGBTI Persons Deprived of Liberty: A Monitoring Guide. Association for the Prevention of Torture. 2.​Council of Europe (2010) Recommendation CM/Rec(2010)5 of the Committee of Ministers to member states on measures to combat discrimination on grounds of sexual orientation or gender identity (Adopted by the Committee of Ministers on 31 March 2010 at the 1081st meeting of the Ministers’ Deputies) 3.​Council of Europe (2015) Protecting Human Rights of Transgender Persons: A short guide to legal gender recognition. 4.​HM Prison and Probation Service (2023) The Care and Management of Individuals who are transgender. 5.​HM Prison and Probation Service (2023) The Care and Management of Individuals who are Transgender: Operational Guidance. 6.​International Commission of Jurists (ICJ) (2017) , The Yogyakarta Principles Plus 10 - Additional Principles and State Obligation on the Application of International Human Rights Law in Relation to Sexual Orientation, Gender Expression and Sex Characteristics to Complement the Yogyakarta Principles. 7.​Lynch, S., & Bartels, L. (2017). Transgender prisoners in Australia: An examination of the issues, law and policy. Flinders LJ, 19, 185. 8.​McCall-Smith, K. (2016). United Nations standard minimum rules for the treatment of prisoners (Nelson Mandela Rules). International Legal Materials, 55(6), 1180-1205. 9.​NSW Government: Community and Justice. (2021) Classification and Placement of Transgender and Intersex Inmates. 10.​Principles, Y. (2007). Yogyakarta Principles on the application of international human rights law in relation to sexual orientation and gender identity. Yogyakarta, Indonesia. Retrieved January, 31, 2013. 11.​Steering Committee for Human Rights (CDDH) May 2013. Report on the implementation of Recommendation CM/Rec(2010)5 of the Committee of Ministers to member States on measures to combat discrimination on grounds of sexual orientation or gender identity. CM(2013)36-add2 12.​UNDP (2020). Mapping of Good Practices for the Management of Transgender Prisoners. Bangkok. 13.​UNODC (2022) Technical Brief: Transgender People and HIV In Prisons and Other Closed Settings.

CCF – Policy dwar priġunieri transgender

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10765 jista’ l-Ministru jgħid meta se tkun lesta l-policy aġġornata dwar persuni transgender fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin (CCF)? Jista’ jqiegħed kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-policy aġġornat dwar persuni transgender illi l-ewwel abbozz jinsab lest u jinsab għal konsultazzjoni interna.

Kummissarju għall-Anzjani — Ilmenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva lmenti l-Kummissarju għall-Anzjani minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Dwar liema kwestjonijiet kienu dawn ilmenti?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Il-Kummissarju għall-Anzjani rċieva total ta’ sbatax (17) il-ilment minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari mill-Uffiċċju tal-Kummissarju. (13.12.2023). Dawn l-ilmenti kienu dwar: KATEGORIJI Deċizjonijiet dwar dħul f’Dar tal-Anzjani/nuqqas ta' qbil bejn il-persuna anzjana u l-qraba 2 Djar tal-Anzjani 3 Djar tal-Anzjani/allegat abbuż minn carer/s 1 Impjiegi/kuntratt tax-xogħol mhux imġedded lill-persuna anzjana 1 Każijiet Varji/Individwali 2 Kontribuzzjonijiet tas-Sigurta Soċjali 1 Kunsilli Lokali/servizzji mhux offruti lill-anzjani mill-Kunsill Lokali 1 Kunsilli Lokali/servizzji offruti lill-anzjani mill-Kunsill Lokali 1 Servizzi Finanzjarji mhux offruti lill-anzjani 1 Servizzi mhux offruti lill-anzjani 1 Sptarijiet tal-Gvern 1 Vjolenza Domestika 2 TOTAL 17

Tranżazzjonijiet minn kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament qed taċċetta biss flus kontanti fil-fergħat tagħha u mhijiex taċċetta tranżazzjonijiet bil-cards?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija li dwarha qed tintalab informazzjoni, hija kumpanija privata.

Adozzjonijiet minn koppji tal-istess sess

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm koppji tal-istess sess li rnexxielhom jaddottaw minn mindu legalment dan sar possibbli u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena u skont il-pajjiż li addottaw minnu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Adozzjonijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 4587 u 4588, fejn jingħad li bejn l-2019 u Frar tal-2023 kien hemm 13-il adozzjoni ffaċilitati mill-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) u 115-il adozzjoni ffaċilitati mill-aġenziji privati, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn ir-rata ta’ konklużjonijiet b’suċċess tal-aġenziji privati hija ħafna aktar għolja?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.