Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pulizija — Proċedura dwar każijiet ta’ vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-proċedura stabbilita ta’ kif l-għases għandhom jittrattaw każijiet ta’ vjolenza domestika?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferik għal-istqarrija maħruġa mill-Korp tal-Pulizija nhar id-9 ta’ Mejju 2023 li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tas-Sliema, il-Gżira, San Ġiljan — Sanità

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11415 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u jgħid kemm-il ġurdien mejjet inġabar mid-Dipartiment Tas-Sanità minn tas-Sliema, San Ġiljan u l-Gżira, rispettivament għal kull lokalità, f'Jannar 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapporti dwar ilmenti ta’ ġrieden mejta li irċeviet id-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manuntenzjoni matul il-xahar ta’ Jannar 2023, kienu s-segwenti: Sliema - 3 rapporti San Ġiljan - 2 rapporti Gżira - xejn

Tas-Sliema, il-Gżira, San Ġiljan — Sanità

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11416 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u jgħid kemm-il ġurdien mejjet inġabar mid-Dipartiment tas-Sanità minn Tas-Sliema, San Ġiljan u l-Gżira, rispettivament għal kull lokalità, fi Frar 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni ma rċeviet l-ebda rapporti dwar ilmenti ta’ ġrieden mejta fil-lokalitajiet imsemmija matul il-xahar ta’ Frar 2023.

Tas-Sliema, il-Gżira, San Ġiljan — Sanità

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11417 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u jgħid kemm-il ġurdien mejjet inġabar mid-Dipartiment tas-Sanità minn Tas-Sliema, San Ġiljan u l-Gżira, rispettivament għal kull lokalità, f’Marzu 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapporti dwar ilmenti ta’ ġrieden mejta li irċeviet id-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manuntenzjoni matul il-xahar ta’ Marzu 2023, kienu s-segwenti: Sliema - 1 rapport San Ġiljan - xejn Gżira - xejn.

Tas-Sliema, Il-Gżira, San Ġiljan — Sanità

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11418, li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u jgħid kemm-il ġurdien mejjet inġabar mid-Dipartiment tas-Sanità minn tas-Sliema, San Ġiljan u l-Gżira, rispettivament għal kull lokalità, f’April 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni ma rċeviet l-ebda rapporti dwar ilmenti ta’ ġrieden mejta fil-lokalitajiet imsemmija matul il-xahar t’April 2023.

Tas-Sliema, Il-Gżira, San Ġiljan — Sanità

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11419, li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u jgħid kemm-il ġurdien mejjet inġabar mid-Dipartiment tas-Sanità minn tas-Sliema, San Ġiljan u l-Gżira, rispettivament għal kull lokalità, f’Mejju 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapporti dwar ilmenti ta’ ġrieden mejta li irċeviet id-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manuntenzjoni matul il-xahar ta’ Mejju 2023, kienu s-segwenti: Sliema - 1 rapport San Ġiljan - 1 rapport Gżira - xejn

CDAU – Tfal li jirċievu servizz

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 4204 u 7485, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li bħalissa qed jużaw is-servizzi taċ-Child Development Assessment Unit (CDAU)?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm 4,085 tfal li bħalissa qed jużaw is-servizzi taċ-Child Development Assessment Unit (CDAU).

CDAU – Stennija għal appuntament

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’lista ta’ stennija hemm għas-servizzi taċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) u kemm qed ikun ’il bogħod l-ewwel appuntament? Peress li kien hemm ilmenti li tfal qed ikollhom jistennew il-ġimgħat bejn appuntament u ieħor, jista’ jgħid x’inhu jagħmel il-Ministeru biex jindirizza din il-problema?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li mill-aspett tal-pedjatrija m'hemm l-ebda stennija biex tfal riferuti jieħdu dan is-sservizz. Il-pedjatra jara kull tifel jew tifla fi ftit ġranet li jkun każ ġdid riferut.

Child Development Assessment Unit (CDAU) — Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaħdmu fiċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) u x’inhi l-professjoni tagħhom? Kemm-il appuntament jingħata kuljum mis-CDAU u kemm minn dawn l-appuntamenti huma ġodda jew follow-ups? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma l-ħinijiet tal-ftuħ tas-CDAU?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fiċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) hemm jaħdmu dawn il-persuni: Mill-aspett mediku/pedjatriku: Lead Consultant Paediatrician Consultant Paediatrician Consultant Paediatrician li jagħti servizz darba jew darbtejn fil-ġimgħa Resident Specialist li tati servizz tlett darbiet fil-ġimgħa Resident Specialist u Higher Specialist Trainee on rotation Minn Jannar 2023 sal-aħħar tas-sena, ġew riferuti 671 każ ġdid lit-tobba tas-CDAU. CDAU jiftaħ kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Is-Sibt filgħodu jiġi offrut servizz ta’ follow-up mil-Lead Consultant Paediatrician. Din il-klinika hi speċjalment immirata għat-tfal tal-iskola biex ma jitilfux skola u l-ġenituri ma jitilfux mix-xogħol tagħhom.

CYPS – Tfal li jirċievu servizz

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li bħalissa qed jużaw is-servizzi taċ-Child and Young People's Services (CYPS)?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ tfal li bħalissa qed jużaw is-servizzi taċ-Child and Young People's Services (CYPS) hu ta’ 2820.

CYPS – Lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’lista ta’ stennija hemm għas-servizzi taċ-Child and Young People's Services (CYPS) u kemm hemm tfal li diġà għandhom appuntament? Jista’ jgħid ukoll kemm qed ikun ’il bogħod dan l-ewwel appuntament u x’inhu ż-żmien medju bejn appuntament u ieħor?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infirmat li kwalunkwe tifel jew tifla li jiġi riferut għas-CYPS jew hu diġà każ attiv ta’ CYPS ikun ingħata appuntament ta’ initial intake/follow-up u/jew servizz ieħor ġewwa CYPS. Bħala stennija għal appuntament jiddependi skont il-każ. Eżempju: Hemm każijiet li jkollhom bżonn appuntament xahar wara; oħrajn li jkollhom bżonn follow up wara 4 jew 6 xhur. Bħalissa għall-każijiet riferuti ġodda lis-CYPS, hemm stennija ta’ bejn wieħed u ieħor xahar biex jingħata l-ewwel appuntament għal ‘initial intake’. Sabiex każ ġdid jingħata l-ewwel appuntament ma psikjatra, hemm stennija ta’ madwar 3 xhur (ġieli inqas) sa tnax-il xahar, jiddependi, dejjem skont il-konsulent allokat u l-urġenza tal-każ u kemm idum sabiex jiġi diskuss bejn il-‘multidisciplinary team’. Bħala żmien medju għall-każijiet miftuħin diġà s-CYPS, jiddependi skont in-natura tal-każ u l-konsulent allokat, però ż-żmien ivarja minn xahar sa ħames xhur (‘next available’).

Child and Young People's Services (CYPS) — Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaħdmu fiċ-Child and Young People's Services (CYPS) u x’inhi l-professjoni tagħhom? Kemm-il appuntament jingħata kuljum u kemm minn dawn l-appuntamenti huma ġodda jew follow-ups? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma l-ħinijiet tal-ftuħ tas-CYPS?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ impjegati fiċ-CYPS u l-professjoni tagħhom qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Għar-rigward ta’ appuntamenti li jingħataw kuljum, ninsab infurmat li bħala ammont ivarja skont il-‘clinics’ u l-gruppi li jkunu għaddejjin matul il-ġimgħa. Matul l-2022 ingħataw 3,758 appuntament mat-tobba ta’ CYPS (964 kienu każijiet ġodda) u matul l-2023 ingħataw 4500 appuntament mat-tobba ta’ CYPS (565 kienu każijiet ġodda). Il-ħijiet tal-ftuħ huma kif ġej: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: mis-7.30 a.m. sas-2 p.m. filwaqt li nhar ta’ Sibt mis-7.30 a.m. sa 12.00 p.m..

Qorti tal-Familja – Każijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet ta’ separazzjoni pendenti fil-Qorti tal-Familja?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi quddiem il-Qorti tal-Familja f’Malta hemm 440 rikors ġuramentat ta’ separazzjoni pendenti u quddiem il-Qorti tal-Familja f’Għawdex hemm 25 rikors ġuramentat ta’ separazzjoni pendenti.

Qorti tal-Familja – Każijiet ta’ separazzjoni bonarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet ta’ separazzjoni fil-Qorti tal-Familja li huma bonarja?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sat-12 ta’ Diċembru 2023 fil-Qorti tal-Familja f’Malta kien hemm 37 proċedura ta’ separazzjoni bonarja li kienu pendenti u fil-Qorti tal-Familja f’Għawdex ma kienx hemmx proċeduri ta’ separazzjoni bonarja li kienu pendenti.

Qorti tal-Familja – Każijiet ta’ separazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta nfetaħ l-aktar każ ta’ separazzjoni antik u li għadu pendenti fil-Qorti tal-Familja?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi quddiem il-Qorti tal-Familja f’Malta l-aktar każ antik li għadu pendenti infetaħ fit-28 ta’ Novembru 2003 u quddiem il-Qorti tal-Familja f’Għawdex l-aktar każ antik li għadu pendenti nfetaħ fid-9 ta’ Marzu, 2007. Fiż-żewġ kawżi indikati l-partijiet ħadu diversi snin sabiex iressqu il-provi voluminużi tagħhom. Il-kawża pendenti quddiem il-Qorti tal-Familja ta’ Għawdex tinsab differita għas-sentenza għax-xahar ta’ Jannar.

Każijiet ta’ separazzjoni pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bil-każijiet ta’ separazzjoni pendenti skont meta nfetħet il-kawża?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-ammont tal-każijiet ta’ separazzjoni li għadhom pendenti sena b’sena skont meta nfetħet il-kawża, hekk kif miġbura sat-12 ta’ Diċembru 2023.

Każijiet ta’ separazzjoni – Maġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Maġistrati li qed jippresjedu każijiet ta’ separazzjoni?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-Qorti ta’ Malta hemm tlett Imħallfin illi jisimgħu każijiet ta’ separazzjoni u fil-Qorti ta’ Għawdex hemm żewġ Maġistrati illi jisimgħu każijiet ta’ separazzjoni.

Każijiet ta’ separazzjoni – Ġenituri li mhux qed jitħallew jaraw lil uliedhom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min qiegħed jiżgura li ġenituri mhux qed jiġu mċaħħda minn uliedhom sakemm iddum għaddejja l-kawża ta’ separazzjoni?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux il-kompitu tal-ebda Qorti, entità jew dipartiment fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja biex ikun hemm infurzar ta l-aċċess ta’ tfal waqt proċeduri ta’ separazzjoni. Madanakollu l-Ministeru għaddej b’ħidma interna fuq riforma fil-Qrati tal-Familja, liema riforma ser tkun qed toħroġ ukoll għal konsultazzjoni pubblika.

Każijiet ta’ separazzjoni – Ġenituri li mhux qed jitħallew jaraw lil uliedhom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min qiegħed jiżgura li ġenituri mhux qed jiġu mċaħħda minn uliedhom sakemm iddum għaddejja l-kawża ta’ separazzjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-ebda entità li taqa' taħt dan il-Ministeru m'għandha l-kompetenza li tiddeċiedi dwar l-aċċess għall-ġenituri li ma jirrisjedux ma’ wliedhom.