Legislature:
Category:
Reset
Active:

FEANTSA — Kriterji

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-Gvern biħsiebu jadotta l-kriterji tal-European Federation of National Organisations Working with the Homeless (FEANTSA), fir-rigward ta’ homelessness, fil-liġi u għall-fini ta' statistika?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, huwa l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) li huwa l-entità responsabbli biex tiddeċiedi ma’ liema kriterji statistiċi internazzjonali għandna naderixxu magħhom bħala pajjiż u għandhom allura jintużaw fir-rappurtaġġ statistiku li jsir. Minkejja dan, nirreferi għat-tweġiba mogħtija għall - PQ 14170 li turi li l-FSWS tuża s-segwenti kriterji fejn jirrigwarda statistika dwar persuni bla dar (homeless): “The Homeless Service collects information regarding service users across all FSWS services1 who reported one of the following forms of homelessness: · Rooflessness: (people living rough - in the streets, abandoned buildings etc); · Houselessness: (people in accommodation for the homeless, in accommodation for migrants, people due to be released from institutions and people receiving long-term support due to homelessness); · Couch surfing: (people living temporarily with friends, sharing accommodation with others which is not secure); and · At risk of homelessness/Inadequate housing (people living in insecure tenancies, under threat of eviction or violence, living in unfit housing, non-conventional dwellings or in situations of extreme overcrowding.” Dan juri li l-kriterji elenkati mis-servizz rispettiv tal-Aġenzija Appoġġ fi ħdan l-FSWS huma bbażati u meħuda mill-kriterji tal-FEANTSA. Wieħed jista’ jidħol ukoll fis-sit uffiċċjali tal-FEANTSA, fejn jista’ jara li d-definizzjoni u l-kriterji tagħha huma d-definizzjoni u kriterji li jimxi fuqhom is-Servizz tal-Homeless tal-Aġenzija Appoġġ. Fl-aħħar nett, inżid ninforma lill-Onor. Interpellanta li, s-Servizz tal-Homeless tal-Aġenzija Appoġġ fi ħdan l-FSWS huwa membru tal-FEANTSA. Membri ta’ dan is-servizz anki attendew konferenza dwar dan is-suġġett organizzat mill-European Observatory on Homlessness fi ħdan l-istess FEANTSA fl-14 u l-15 ta’ Settembru, 2023.

CCF – Bord ta’ Monitoraġġ

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10768, jista’ l-Ministru jgħid meta ser ikun lest ir-rapport annwali tal-Kummissarju għall-Ħarsien u l-Iżvilupp tal-Priġunieri u meta ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapport annwali tal-Kummissarju għall-Ħarsien u l-Iżvilupp tal-Priġunieri se jiġi konkluż u mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u l-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — politika dwar is-saħħa mentali

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 10856 u 10872 li saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali rispettivament, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati li għamlu użu mill-Employee Support Programme (ESP) fil-perjodu bejn l-2018 u l-2023, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ impjegati li għamlu użu mis-servizz tal-ESP mill-2018 sal-14 ta’ Diċembru 2023 jammonta għal 2150.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u l-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — politika dwar is-saħħa mentali

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 10856 u 10872 li saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali rispettivament, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm impjegati minn kull Ministeru għamlu użu mill-Employee Support Programme (ESP) fil-perjodu bejn l-2018 u l-2023, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat kif ġej. Dawn il-figuri jirriflettu l-portafolli diversi li kienu eżistenti waqt il-perjodu mitlub. Ministry for Health 344 Ministry for Education and Employment 224 Ministry for Education, Sport, Youth , Research and Innovation 170 Ministry for Home Affairs, National Security and Law Enforcement 165 Ministry for Education 163 Ministry for Home Affairs, Security, Reforms, and Equality 140 Ministry for the Family, Children’s Rights and Social Solidarity 101 Ministry for Finance and Employment 85 Office of the Prime Minister 80 Ministry for Home Affairs and National Security 69 Ministry for Agriculture, Fisheries and Animal Rights 67 Ministry for Transport, Infrastructure and Capital Projects 58 Ministry for the National Heritage, the Arts, and Local Government 42 Ministry for Inclusion and Social Wellbeing 37 Ministry for the Environment, Energy and Enterprise 32 Ministry for the Environment, Climate Change and Planning 30 Ministry for Inclusion, Voluntary Organisations and Consumer Rights 26 Ministry for Justice, Culture and Local Government 24 Ministry for Sustainable Development, the Environment and Climate Change 24 Ministry for Active Ageing 24 Ministry for the Economy, European Funds and Lands 23 Ministry for Finance and Financial Services 20 Ministry for Finance 19 Ministry for Public Works and Planning 17 Ministry for Gozo 15 Ministry for Tourism and Consumer Protection 13 Ministry for Social Policy and Children’s Rights 13 Ministry for Justice, Equality and Governance 12 Ministry for Energy, Enterprise and Sustainable Development 12 Ministry for Senior Citizens and Active Ageing 11 Ministry for Justice 11 Ministry for Energy and Water Management 11 Ministry for Tourism 11 Ministry for Foreign and European Affairs 11 Ministry for the Economy, Investment and Small Business 10 Ministry for Foreign, European Affairs and Trade 8 Ministry for the Economy and Industry 7 Ministry for European Affairs and Equality 6 Ministry for Social and Affordable Accommodation 5 Ministry for Social Accommodation 4 Ministry for Research, Innovation and the co-ordination of Post Covid-19 Strategy 2 Ministry for Equality, Research and Innovation 2 Ministry for Public Works and Planning 2

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u l-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — politika dwar is-saħħa mentali

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 10856 u 10872 li saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali rispettivament, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-iktar problemi komuni li jippreżentaw impjegati li għamlu użu mill-Employee Support Programme (ESP) fil-perjodu bejn l-2018 u l-2023, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat l-iktar problemi komuni huma: 1. Diffikultajiet Relatati max-Xogħol 2. Diffikultajiet ta' Relazzjoni u Familja 3. Diffikultajiet ta' Saħħa Mentali 4. Niket

DIER — Ilmenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati li għamlu l-ilment tagħhom mad-Dipartment għar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi (DIER)? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-ilmenti kienu ġejjin minn persuni ta’ pajjiżi terzi u liema huma l-iktar ilmenti komuni?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Għawdex — ftuħ tas-CDAU

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 6258 u 6622 li ngħataw fi Frar 2023, jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar id-diskussjonijiet mal-Ministeri għas-Saħħa u għall-Edukazzjoni dwar il-ftuħ ta’ Child Development Assessment Unit (CDAU) ġewwa Għawdex? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn id-diskussjonijiet, li issa ilhom għaddejjin xhur, waslux għal xi pjanijiet konkreti?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm pjanijiet li qed jiġu evalwati.

Applikazzjonijiet għal LSEs pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għad hemm studenti li l-applikazzjoni għal-LSE għadha qed tiġi pproċessata u x’inhi d-data tal-iktar applikazzjoni antika pendenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm total ta’ 180 applikazzjoni pendenti fejn l-iżjed waħda antika tmur lura għal Ottubru tas-sena 2022. ( Korrezzjoni: Ara Dokument PL 3108 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 206 tal-14 ta' Frar 2024)

Skejjel – tfal jitwasslu kmieni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu mill-Ministeru tiegħu u/jew mill-iskejjel sabiex it-tfal ma jitwasslux l-iskejjel iktar minn siegħa qabel ma tibda l-iskola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-operatur huwa obbligat skont il-ħinijiet stabbiliti fil-kuntratt li jwassal lit-tfal mhux aktar tard minn siegħa mill-ftuħ tal-iskola.

NCPE — Ilmenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilmenti rċeviet u investigat il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) minn Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u fuq liema materja kienu dawn l-ilmenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li minn Jannar 2023 s’issa, il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) investigat 65 ilment ta’ diskriminazzjoni/fastidju, dwar il-materji indikati f’din it-tabella: Total Ġeneru 3 Fastidju Sesswali 1 Razza jew oriġini etnika 9 Identità tal-ġeneru, Espressjoni tal-ġeneru u karatteristiċi tas-sess 0 Età 2 Orjentazzjoni sesswali 0 Reliġjon jew twemmin 0 Allegata diskriminazzjoni bba¿ata fuq raġunijiet oħra li mhumiex fil-mandat tal-NCPE 50 Moviment ħieles 0 65

Bus stops mingħajr shelter

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10755 u peress li l-Ministru qed jikkonferma li 29% biss tal-bus stops f’Malta u f’Għawdex għandhom shelter jew canopies u peress li dan ifisser li 71% tal-bus stops ma joffru l-ebda kenn mill-elementi tan-natura (xemx jew xita) waqt li jkunu qed jistennew il-karozza tal-linja, ħafna drabi għal ħin twil, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-71% l-oħra għandhom l-imsemmija restrizzjoni ta’ spazju li allura mhuwiex possibli li jiġu nstallati bus shelters jew canopies fuqhom? Jista’ jgħid ukoll x’miżuri qed jittieħdu biex jitqiegħdu bus shelters jew canopies u fejn jistgħu jiġu nstallati?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru ikkonċernat.

Prostituzzjoni u tlajjar — piena

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10762, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm nisa li nstabu ħatja ta’ tlajjar f’dawn l-aħħar ħames snin?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżommx din l-istatistika minħabba li dawn huma kawżi tad-distrett.

Prostituzzjoni u tlajjar — piena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-piena ta’ priġunerija għal nisa li nstabu ħatja ta’ prostituzzjoni u tlajjar rispettivament matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 12120.

Tas-Sliema, Il-Gżira, San Ġiljan — Sanità

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11420, li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u jgħid kemm-il ġurdien mejjet inġabar mid-Dipartiment tas-Sanità minn tas-Sliema, San Ġiljan u l-Gżira, rispettivament għal kull lokalità, f’Ġunju 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapporti dwar ilmenti ta’ ġrieden mejta li rċeviet id-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manuntenzjoni matul il-xahar ta’ Ġunju 2023, kienu s-segwenti: Sliema - 3 rapporti San Ġiljan - xejn Gżira - 1 rapport.

Tas-Sliema, Il-Gżira, San Ġiljan — Sanità

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11421, li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u jgħid kemm-il ġurdien mejjet inġabar mid-Dipartiment tas-Sanità minn tas-Sliema, San Ġiljan u l-Gżira, rispettivament għal kull lokalità, f’Lulju 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapporti dwar ilmenti ta’ ġrieden mejta li rċeviet id-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manuntenzjoni matul il-xahar ta’ Lulju 2023, kienu s-segwenti: Sliema - 1 rapport San Ġiljan - xejn Gżira - xejn.

Tas-Sliema, Il-Gżira, San Ġiljan — Sanità

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11422, li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u jgħid kemm-il ġurdien mejjet inġabar mid-Dipartiment tas-Sanità minn tas-Sliema, San Ġiljan u l-Gżira, rispettivament għal kull lokalità, f’Awwissu 2023?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapporti dwar ilmenti ta’ ġrieden mejta li rċeviet id-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manuntenzjoni matul il-xahar t’Awwissu 2023, kienu s-segwenti: Sliema - 2 rapporti San Ġiljan - xejn Gżira - 1 rapport.

Persuni fuq pensjonijiet u benefiċċji mhux kontributorji u bi dħul baxx

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni persuni fuq pensjonijiet u benefiċċji mhux kontributorji u bi dħul baxx, qed jintalbu jissottomettu statements lid-dipartiment tat-taxxa meta ma għandhom l-ebda taxxa xi jħallsu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana tibgħat statements lill-pensjonanti, bħal kull persuna klassifikata non-filer, fejn fihom ikun indikat, fost affarijiet oħra, id-dħul minn pensjoni u dħul minn impjieg, f’każ li l-pensjonant ikun qiegħed f’impjieg. L-istatement jintbagħat ukoll sabiex jiġi verifikat mill-pensjonant u jekk ikun hemm xi informazzjoni addizzjonali li trid tiġi ddikjarata, il-pensjonant, bħal kull persuna oħra, jitlob il-formola tat-taxxa biex jiddikjara kull income li jkollu.

Childcare centres immexxija mill-Gvern u mill-privat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm childcare centres immexxija mill-Gvern u mill-privat, rispettivament u kemm hi twila l-waiting list għal kull wieħed minnhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa hawn total ta’ 196 childcare centre mmexxija mill-Gvern jew mill-privat.

Tfal li għandhom statement of needs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li għandhom statement of needs, kemm minnhom għandhom full-time LSE u kemm minnhom għandhom shared LSE?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lil Onor. Interpellant li hemm 4,202 studenti li għandhom statement of needs fejn 1,473 għandhom full-time LSE u 2,729 għandhom shared LSE.