Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kummissarji kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il Kummissarju kontra l-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u Vjolenza Domestika kien hawn minn Jannar 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, min kienu u x’kienet id-data ta’ meta bdew u temmew it-terminu tagħhom? Jista’ jgħid ukoll jekk irriżenjawx qabel jew temmew b’suċċess it-terminu tal-appointment tagħhom u x’kienu r-raġunijiet ta’ dawk li rriżenjaw?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi tul l-aħħar snin il-Kummissjoni dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika kompliet tissaħħaħ biex tilħaq aħjar l-għanijiet u l-funzjonijiet li għalihom hi stabbilita. Fis-sena 2018, it-tisħiħ tal-Kummissjoni sar ukoll fil-parametri tal-Konvenzzjoni t’Istanbul, li segwiet biex fl-2020 l-istess Kummissjoni kellha wkoll l-ewwel Kummissarju jservi fuq bażi full-time. Għaldaqstant, il-Kummissarji li servew fil-perjodu msemmi huma kif jidher hawn taħt: Snin ta’ Ħidma Isem il-Kumissarju 2013 -2016 Maġistrat Dr. Yana Micallef Stafrace - Chairwoman 2016- 2018 Mr. Joe Gerada 2018-2020 Ms. Simone Azzopardi 2020-2023 Ms. Audrey Friggieri 2023 - Ms. Samantha Pace Gasan

Santa Venera — Konservatorju Vinċenzo Bugeja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12717 u jgħid jekk il-Konservatorju Vinċenzo Bugeja f'Santa Venera hux ser jagħlaq il-bibien tiegħu fil-futur qarib? Jekk iva, x'ser isir mis-servizzi residenzjali li jospitaw u jassistu adolexxenti vulnerabbli u fejn ser imorru dawn ir-residenti? Jista’ jgħid ukoll xi pjanijiet hemm għal din il-binja?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru 12547. Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-binja ma taqax taħt ir-responsabiltà tal-Ministeru tiegħi.

Adozzjonijiet minn koppji tal-istess sess

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13001 u jgħid kemm kien hemm koppji tal-istess sess li rnexxielhom jaddottaw minn mindu legalment dan sar possibbli u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena u skont il-pajjiż li addottaw minnu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, b’kollox kien hemm 6 koppji tal-istess sess li addottaw mill-Portugal. · Koppja addottat 2 subien fl-2018; · Koppja addottat tifel u tifla fl-2018; · Koppja addottat tifel fl-2019 u tifel fl-2022; · Koppja addottat tifel fl-2020; · Koppja addottat tifel fl-2022 u tifel fl-2023; u · Koppja addottat tifel fl-2023.

Adozzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13002 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 4587 u 4588, fejn jingħad li bejn l-2019 u Frar tal-2023 kien hemm 13-il adozzjoni ffaċilitati mill-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) u 115-il adozzjoni ffaċilitati mill-aġenziji privati, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn ir-rata ta’ konklużjonijiet b’suċċess tal-aġenziji privati hija ħafna aktar għolja?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta, li fil-perjodu msemmi kien hemm tlett (3) aġenziji privati minbarra Aġenzija tal-Gvern li jipprovdu s-servizz tal-adozzjoni. Dan ifisser li kull min jixtieq jaddotta huwa liberu li jagħżel hu ma’ liema Aġenzija jixtieq li jaħdem. Ta’ min jinnota wkoll, li minbarra t-taħriġ dettaljat u intensiv li jsir biex persuna / persuni jkunu jistgħu jidhru quddiem l-Adoptions Board sabiex ikunu approvati bħala Ġenituri Addottivi Prospettivi (Prospective Adoptive Parents – PAPs), il-home study reports u il-post adoption reports, is-servizz tal-adozzjonijiet fi ħdan l-FSWS jagħmel ukoll xogħol importantissimu mal-familji wara li tkun konkluża addozzjoni. Dan is-servizz huwa dak tal-Post-Adoption Support fejn diversi persuni li jkunu addottaw jirrikorru għand l-Aġenzija tal-Gvern sabiex jingħatalhom sapport wara l-adozzjoni ħalli jiġi assigurat li, kemm jista’ jkun, ma jkunx hemm placement breakdowns.

Sentenzi mill-Qorti għal servizzi fil-komunità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu sentenzi għal servizzi fil-komunità mill-Qorti f'dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b'sena? Jista’ jgħid ukoll kif il-Qorti tagħmel monitoraġġ biex tara li s-sentenza għal servizz fil-komunità twettqet u kif jiġi aċċertat li persuni vulnerabbli jkunu protetti f'dan il-proċess?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tabella turi kemm ingħataw sentenzi għal servizzi fil-komunità mill-Qrati ta’ Malta: Sena20192020202120222023 Community Service Order367122529 Combination Order22529 Id-data dwar Combination Orders qed tingħata stante li hemm numru ta’ ordnijiet ta’ servizz fil-komunità li jkunu kombinati ma' elementi oħra li joħorgu mill-Att dwar il-Probation. Mill-Qrati ta’ Għawdex ingħatat sentenza waħda għal servizz fil-komunità, liema sentenza ġiet mogħtija fis-sena 2019. Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, il-monitoraġġ isir mill-Probation Officers ai termini tal-Kap. 446 tal-Liġijiet ta’ Malta.

Social work u social policy — Studenti ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu studenti ġodda tas-social work u social policy din is-sena (2023 - 2024)? Jista’ jgħid ukoll kemm daħlu social workers għall-Masters in Social Work (MSW) din is-sena (2023-2024) u kemm hemm studenti li qed jagħmlu l-MSW bħalissa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ studenti li bdew isegwu kors fil-Bachelor of Arts (Honours) in Social Policy or in Social Work fis-sena akkademika 2023/24 huwa ta’ erbatax-il student. In-numru ta’ studenti li bdew isegwu kors fil-Master of Social Work fis-sena akkademika 2023/24 huwa ta’ sebgħa. In-numru totali ta’ studenti li qegħdin isegwu l-kors ta’ Master of Social Work fl-Università ta’ Malta huwa ta’ tmintax-il student. Dan jinkludi s-seba’ studenti li bdew f’din sena akkademika.

Social workers iggradwati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm iggradwaw social workers bil-B.A. (Hons) u l-Masters in Social Work (MSW) din is-sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Novembru li għadda ggradwaw tlettax-il student mill-kors ta Bachelor of Arts (Honours) in Social Work mill-Università ta’ Malta.

Kors tas-social work — Żieda fl-istipendju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żieda fl-istipendju ta’ €64 hijiex ta’ inċentiv biżżejjed biex tattira żgħażagħ għall-kors tas-social work? Jista’ jgħid ukoll kemm kien jagħmel sens li din iż-żieda titħabbar fit-30 ta’ Settembru meta l-istudenti jibdew il-kors fil-bidu ta’ Ottubru?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif inhu imħabbar fir-Riforma tal-Korsijiet Preskritti u ta’ Priorijita Għolja, l-kors ta’ Social Work ġie elevat minn kors eliġibbli għal general stipend ta €106.91 għal kors Preskritt li jfisser stipendju ta’ €187.09 u għalhekk, għal kuntrarju li qalet l-Onor. Interpellant, iż-żieda fl-istipendju hija ta €80.18 li jfisser żieda ta’ €801.80 kull sena akkademika. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li r-Riforma tal-Korsijiet Preskritti u ta’ Priorijita Għolja, hija intiża li tagħti direzzjoni u tgħin addizzjonalment dawk il-korsijiet li l-pajjiż għandu ħtieġa għalihom. Tajjeb li nfakkru li fuq tlett snin li ġejjin, il-Gvern ser jkun qed jinvesti €6.5 miljuni li minnhom huwa stmat li ser jibbenifikaw madwar 4,400 student fi 48 kors Preskritt jew ta’ Prijorita għolja.

Vjolenza domestika — Każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet pendenti ta' vjolenza domestika sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm kien hemm każijiet ta' vjolenza domestika konklużi bejn l-2018 u l-2023, maqsuma sena b'sena? Jista' jgħid ukoll: a. x’kien il-ġeneru tal-vittmi u tal-perpetrators f’dawn il-każijiet;; b. f'kemm minn dawn il-każijiet inħareġ ordni ta' trattament lill-perpetrators; ċ. f'kemm minn dawn il-każijiet il-perpetrators intbagħtu għall-programm STOP – Appoġġ; u d. f'kemm minn dawn il-każijiet inħareġ ordni ta' protezzjoni?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ kawżi pendenti ta’ vjolenza domestika huwa ta’ 2129. L-ammont ta’ każijiet ta’ vjolenza domestika konklużi għas-snin 2018 sa 2023 kienu skont kif indikat fit-tabella ta’ hawn taħt: Sena201820192020202120222023 Każijiet Konklużi4793521583744931054 Rigward mistoqsija:- a. Ma tinżammx statistika f’dan ir-rigward b. Inħarġu 23 ordni ta’ trattament lill- perpetrators ċ. Ma tinżammx statistika f’dan ir-rigward d. L-ammont ta’ ordnijiet ta’ protezzjoni huma fl-ammont indikat fit-tabella ta’ hawn taħt. Din l-istatistika bdiet tinġabar mis-sena 2020 Sena 2020 2021 2022 2023 Ordnjiet ta' Protezzjoni* 91 48 88 97 * L-ammonti indikati huma ta’ ordnijiet ta’ protezzjoni kemm f’kawżi diġà konklużi kif ukoll f’dawk li għadhom pendenti

Vjolenza domestika – Każijiet konklużi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet ta’ vjolenza domestika konklużi bejn l-2018 u l-2023, f’kull sena, il-perpetrator ġie ordnat iħalli d-dar matrimonjali jew id-dar tal-koppja?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni ma tistax tingħata peress li ordnijiet ta’ dan it-tip ġeneralment jingħataw permezz ta’ digriet fil-proċeduri li ta’ dawn ma tinżammx statistika.

Appoġġ — Stop the Violence Abuse Service

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm irġiel u nisa li temmew b'suċċess il-Programm STOP (Stop the Violence Abuse Service - Appoġġ) fl-2022? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-każijiet kienu mandatorji mill-Qorti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Appoġġ — Stop the Violence Abuse Service

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm irġiel u nisa li temmew b'suċċess il-Programm STOP (Stop the Violence Abuse Service - Appoġġ) fl-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-każijiet kienu mandatorji mill-Qorti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Persuni f’xelters tal-Emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni (adulti u tfal) li qegħdin f’xelters tal-emerġenza bħalissa? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm persuni (adulti u tfal) f’xelters (long-term jew second phase) bħalissa u kemm minn dawn ilhom iktar minn sena ġo dawn ix-xelters minħabba li m’għandhomx akkomodazzjoni alternattiva fejn imorru?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-informazzjoni mitluba huwa kif qed ikun indikat fit-tabella t’hawn taħt: AdultiTfal Xelters ta’ emerġenza240 Xelter fit-tul74 Iktar minn sena00

Looked After Children Service

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li kienu qed jiġu segwiti mil-Looked After Children Service (LAC) sa Diċembru 2022? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-tfal kienu qed jiġu segwiti minn key worker li hu social worker u kemm minn dawn it-tfal kienu qed jiġu segwiti minn key worker li hu social welfare professional?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Looked After Children Service

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li kienu qed jiġu segwiti mil-Looked After Children Service (LAC) minn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-tfal kienu qed jiġu segwiti minn key worker li hu social worker u kemm minn dawn it-tfal kienu qed jiġu segwiti minn key worker li hu social welfare professional?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Looked After Children Service

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-caseload tas-social workers fil-Looked After Children Service (LAC) f’Diċembru 2022? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet il-caseload tas-social welfare professionals fil-LAC f’Diċembru 2022 u dan peress illi r-rapport annwali tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) 2022, paġni 64 u 65, dwar il-Looked After Children ma jagħtix dawn id-dettalji?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Promozzjoni tal-professjoni tas-social work – nefqa

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10898, jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel il-Ministeru tiegħu (u mhux l-FSWS jew l-Università ta’ Malta) biex tiġi promossa l-professjoni tas-social work u kemm huwa l-baġit allokat għal din il-promozzjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Stabbilimenti ta’ negozju li ma jużawx POS

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10758 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet u jgħid kemm hawn ħwienet jew stabbilimenti ta' negozju f'Malta li s’issa għadhom ma jużawx 'The Best Point-of-Sale' (POS) u allura jaċċettaw flus kontanti biss?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana izzomm informazzjoni dwar negozji li bil-liġi tal-VAT għandhom l-obbligu li joħorġu riċevuta fiskali inkluz il-metodu ta’ kif dawn in-negozji joħorġu l-imsemmija riċevuta fiskali.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Homelessness

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-definizzjoni ta' 'homelessness' kif hija mifhuma mill-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li, ninsab infurmat li d-definizzjoni ta’ homelessness użata mis-Servizz tal-Homeless tal-Aġenzija Appoġġ fi ħdan l-FSWS, hija s-segwenti: “The Homeless Service collects information regarding service users across all FSWS services1 who reported one of the following forms of homelessness: · Rooflessness: (people living rough - in the streets, abandoned buildings etc); · Houselessness: (people in accommodation for the homeless, in accommodation for migrants, people due to be released from institutions and people receiving long-term support due to homelessness); · Couch surfing: (people living temporarily with friends, sharing accommodation with others which is not secure); and · At risk of homelessness/Inadequate housing (people living in insecure tenancies, under threat of eviction or violence, living in unfit housing, non-conventional dwellings or in situations of extreme overcrowding.” Ninsab infurmat ukoll li din id-definizzjoni hija bbażata u meħuda mid-definizzjoni wżata mill-European Federation of National Organisations Working with the Homeless (FEANTSA).