Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni rċevew għajnuna mill-Gender Clinic fis-sena 2023? Jista’ jgħid ukoll minn dawn il-persuni, kemm irċevew trattament tal-ormoni u kemm minn dawn il-persuni waslu għall-operazzjoni?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li mill-ftuħ tal-klinika f’November 2018 sal-aħħar ta’ Jannar 2024, il-klinika irċiviet 442 riferta.
Fil-bidu jkun hemm initial assessment. Wara, dawn il-persuni jiġu mogħtija firxa ta’ servizzi skond il-bżonn tal-individwu fosthom, sezzjonijiet mal counsellor, psikologi, terapist tal-vuċi, ġinekologu, psikjatra, counsellors tal preservazzjoni tal-fertilità, endokrinologu, social worker u terapista tal-familja, kif ukoll sezzjonijiet ta’ informazzjoni fuq diversi aspetti tas-saħħa holistika.
Infurmat li 196 klijent qed jieħdu trattament tal-ormoni mill-POYC bil-Kartuna s-Safra li nharġet mill-endokrinologu tal-klinika.
Għar-rigward l-operazzjoniet, saru 11-il operazzjoni tas-sider (tneħħija jew implants); isterektomija waħda; u żewġ orkiektomiji.
Jista’ l-Ministru jgħid x’saħħa għandu t-tribunal li jipproċessa l-assenteiżmu tat-tfal mill-iskola, meta ġenitur ma jitlax quddiem it-tribunal u/jew jinjora t-taħrika?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Tribunal Lokali jiproċedi bis-smigħ tal-kawżi tal-assenteiżmu skont l-Att dwar l-Edukazzjoni Kap 605.
TCNs — Istituzzjonijiet edukattivi li joffru bridging-courses
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11897, peress li f'din it-tweġiba m'hemmx kemm jiswew il-bridging courses offruti mill-Università ta’ Malta u mill-MCAST, li huma tassew meħtieġa, jista’ l-Ministru jgħid kemm jiswew dawn il-korsijiet? Jista’jgħid jekk l-istudenti (immigranti) jingħatawx l-opportunità li jħallsu bin-nifs u jekk iva, kif?
Fid-dawl li persuni li jiġu Malta minn pajjiżi li qed jiżviluppaw ikollhom iħallsu eluf ta’ Ewro biex jaslu Malta, jista’ jgħid jekk hix ġustizzja soċjali li jkollhom iħallsu dawn l-eluf ta’ Ewro meta pajjiżna diġà għandu nuqqas kbir ta’ infermiera fis-servizzi tas-saħħa?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern jikkunsidrax li jneħħi l-miżata jew jagħti xi tip ta’ scholarships, anke parzjalment imħallsa mill-Unjoni Ewropeja, biex persuni li ġew Malta minn pajjiżi li qed jiżviluppaw li jixtiequ jattendu l-bridging courses offruti mill-Università ta' Malta, ma jkollhomx għalfejn iħallsu miżati esaġerati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li l-istudenti li japplikaw għal dawn il-korsijiet ikunu diġà qed jaħdmu u ħafna minnhom, kif jiggradwaw, imorru jaħdmu barra minn pajjiżna.
FSWS – Social Workers u Social Welfare Professionals
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 11207 u 13183 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5795, fejn il-Ministru jagħti x’jifhem li l-job descriptions tas-social workers u l-job descriptions tas-social welfare professionals huma l-istess mal-entitatjiet kollha fejn jaħdmu s-social workers u s-social welfare professionals fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), jista’ l-Ministru jikkonferma li hemm tip wieħed ta’ job description kemm għas-social workers u kemm għas-social welfare professionals fi ħdan l-FSWS? Jekk hemm job descriptions ta’ social workers u social welfare professionals differenti ta’ units differenti, jista’ l-Ministru jqegħedhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nibda billi nfakkar lill-Onor. Interpellanta li fit-tweġibiet li tajt fuq dan is-suġġett dejjem insistejt li r-rwoli u x-xogħol tas-social workers u social welfare professionals mhumiex identiċi u li s-social welfare professionals jagħmlu xogħol li jgħin, jassisti jew jikkumplimenta dak li jagħmlu s-social workers.
Għaldaqstant, nerġa’ nikkonferma li dawn iż-żewġ gruppi ta’ ħaddiema għandhom job descriptions differenti. Fil-kas tas-social welfare professionals, filwaqt li hemm job description ġenerika hemm ukoll numru ta’ job descriptions partikolari għal responsabbilitajiet partikolari skont ix-xogħol u s-sejħa li jkunu ġew ingaġġati għalihom. Dawn huma b’mod partikolari fejn jirrigwardja ir-Risk Asessors tal-Vjolenza Domestika, tal-SAVs u tas-Sex Workers Programme.
Kopja ta’ dawn il-job descriptions ta’ dawn is-social welfare professionals hija kif qed tkun preżentata fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 14588 Job Description - Social Welfare Professional - Generic Job Description.pdf
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 11208 u 13184 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9368, fejn intqal li hemm madwar 120 social welfare professional, jista’ l-Ministru jgħid f’liema units tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) jaħdmu s-social welfare professionals? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm social welfare professionals f’kull unit u kemm-il każ hemm assenjat fuqhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din l-istatisitka hija riferibbli għall-perjodu Jannar – Ġunju 2023 skont il-policy tal-FSWS dwar il-publikazzjoni ta’ statistika.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12120 dwar prostituzzjoni u tlajjar fejn ingħad li ‘l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżommx din l-istatistika minħabba li dawn huma kawżi tad-distrett’, jista’ l-Ministru:
i. jiċċara għaliex l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżommx din l-istatistika relatata ma’ prostituzzjoni minħabba li dawn huma kawżi tad-distrett;
ii. liema huma l-kawżi li jaqgħu taħt "tad-distrett";
iii. dwar liema kawżi "tad-distrett" tinġabar l-istatistika;
iv. dwar liema kawżi "tad-distrett" l-istatistika ma tinġabarx; u
v. jekk hemmx il-ħsieb li din l-istatistika tibda tinġabar?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat illi l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati, fejn jidħlu kawżi tad-distrett, ma żżommx statistika relatata ma’ prostituzzjoni biss, dan għaliex l-istatistika li tinżamm tinkludi kemm ġew preżentati kawżi u kemm minnhom ġew deċiżi mingħajr indikazzjoni tar-reati involuti.
Il-kawżi li jaqgħu taħt “tad-distrett” huma dawk il-kawżi li jaqgħu fil-kompetenza oriġinali tal-Qorti tal-Maġistrati. L-istatistika li qed tirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ser tibda tinġabar kif is-sistema tal-Qorti tinqaleb għal fuq sistema diġitali ġdida.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 11223 u 11224, dwar kemm ġew riferuti tfal għall-educational psychologists minn kull kulleġġ tul is-sena 2023, jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-tfal, tlesta l-assessment tagħhom sa Diċembru 2023, minn kull kulleġġ?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2023 kien hemm total ta’ 881 referrals u l-assessjar ta’ dawn ir-referrals hu wieħed kontinwu.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11225 fejn ingħad li ser jiżdied in-numru ta’ psychology practitioners, jista’ l-Ministru jgħid b’kemm ser jiżdiedu l-psychology practitioners, kemm minnhom ser ikollhom Masters fil-psikoloġija u sa meta ser jiġu ngaġġati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li fl-aħħar sitt xhur is-Servizz Psikoloġiku għall-Iskejjel żdied b’ħames psychology practicioners. Infurmat ukoll li kollha għandhom Masters fil-psikoloġija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet ir-rata ta’ assenteiżmu, f’kull kulleġġ, f’kull sena, fis-snin 2022 u 2023?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab rigward ir-rata ta’ assentiżmu tal-istudenti hawn taħt;
Kulleġġ
Assentiżmu 2021/2022
Assentiżmu 2022/2023
Għawdex
3.01%
3.94%
Maria Reġina
3.18%
4.30%
San Benedittu
2.52%
3.82%
Santa Klara
4.27%
5.81%
San Ġorġ Preca
5.88%
6.87%
San Injazju
2.17%
3.83%
Santa Margerita
3.49%
5.85%
San Nikola
2.22%
2/96%
Santa Tereża
2.85%
5.24%
San Tumas More
3.54%
5.30%
L-Imsida u s-Siġġiewi – Kuntratti ffirmati għall-akkomodazzjoni soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ġie ffirmat għall-akkomodazzjoni soċjali tal-Imsida, kif ukoll tas-Siġġiewi ta’ bejn Triq l-Imdina u Triq Nikol Zammit?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Bord tal-Allokazzjonijiet fi ħdan l-Awtorità tad-Djar alloka 160 proprjetà għall-akkomodazzjoni soċjali fl-Imsida u s-Siġġiewi. Dawn il-kuntratti qegħdin fil-proċess li jiġu ffirmati.
L-Imsida u s-Siġġiewi – Akkomodazzjoni soċjali — Kuntratti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dati ta’ meta ġie ffirmat kull kuntratt għall-akkomodazzjoni soċjali tal-Imsida, kif ukoll tas-Siġġiewi bejn Triq l-Imdina u Triq Nikol Zammit?
Akkomodazzjoni soċjali – Persuni li għaddejjin mill-proċess ta’ separazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuni li jkunu fil-proċess ta’ separazzjoni jistgħux japplikaw għall-akkomodazzjoni soċjali?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li skont il-kriterja ta’ eliġibiltà tal-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali, f’każ ta’ persuna separata / divorzjata / annullata, kopja tad-deċiżjoni finali ta’ qorti kompetenti li tippronunzja l-firda jew kopja tal-att pubbliku li jagħti effett lill-firda taż-żwieġ jew unjoni ċivili għandha tiġi ppreżentata.
Akkomodazzjoni soċjali – Persuni li għaddejjin mill-proċess ta’ separazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuni li qegħdin fil-proċess ta' separazzjoni jistgħux jingħataw akkomodazzjoni soċjali? Jekk le, jista’ jgħid x'alternattivi jingħataw lil persuni vulnerabbli biex jgħixu f'akkomodazzjoni diċenti u affordabbli sakemm jisseparaw minħabba l-fatt il-proċess ta' separazzjoni jaf jieħu s-snin?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-każ jiġi evalwat hekk kif tiġi sottomessa kopja tad-deċiżjoni finali ta’ qorti kompetenti li tippronunzja l-firda jew kopja tal-att pubbliku li jagħti effett lill-firda taż-żwieġ jew unjoni ċivili.
F’każijiet urġenti, l-Awtorità tad-Djar tassisti lill-persuni vulnerabbli permezz ta’ għajnuna finanzjarja ta’ depożitu u l-ewwel kirja , għall-kiri mill-privat. Barra minn hekk, il-persuni jiġu assistiti biex japplikaw għall-benefiċċju tal-kera (HBS).
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11219 fejn ingħad li ‘preżentament hemm seba’ (7) impjegati li qed isegwu dan il-kors li jwassal għall-grad akkademiku ta’ Master in Social Work (MSW). Dan huwa riżultat tal-impenn tal-management tal-FSWS li jippubbliċizza dan il-kors ta’ studju fost l-impjegati meta jkun se jiftaħ u anki li jagħmel l-arranġamenti mal-impjegati konċernati ħalli jkunu jistgħu jattendu għall-kors.’, filwaqt li nuri s-sodisfazzjon tiegħi għal fatt li hemm numru sabiħ ta’ persuni li qed jagħmlu l-MSW, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu jagħmel il-Gvern f’termini ta’ pubbliċità u arranġamenti biex in-numru għas-sena akkademika 2024–2025 ikun saħansitra ikbar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, l-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) hi mpenjata biex issaħħaħ l-operat tagħha billi tara li aktar impjegati
jkomplu javvanzaw fl-istudji professjonali tagħhom bil-għan li jtejbu l-ħiliet tagħhom biex ikunu ppreparati aħjar sabiex jgħinu lill-aktar persuni vulnerabbli fis-soċjetà.
Bħalissa l-Fondazzjoni għaddejja bi preparamenti biex tniedi kampanja promozzjonali bl-għan ewlieni li tħajjar aktar studenti jagħżlu li jistudjaw għadd ta’ professjonijiet li jaqgħu taħt il-qasam soċjali, fosthom għal ħaddiema soċjali, “youth workers”, terapisti u ħaddiema fil-komunità. Il-kampanja se tkun qiegħda tiffoka fuq studenti sekondarji u se tkun qed tintuża l-aktar il-media soċjali għal promozzjoni ta’ dawn l-professjonijiet tant importanti.
Fir-rigward ta’ kif mpjegati tal-Fondazzjoni jiġu nfurmati dwar il-ftuħ tal-kors u x’arranġamenti għandha dwar dan, l-FSWS għandha mezzi nterni li permezz tagħhom tgħin impjegati li jkunu jixtiequ jsewgu kors fil-Ħidma Socjali. Il-Fondazzjoni tħeġġeġ impjegati sabiex jibdew il-kors u anke tara kif tappoġġja l-impjegati tagħha.
Irid ikun emfasizzat li, fl-aħħar minn l-aħħar, id-deċiżjoni li impjegat isegwi kwalunkwe kors biex jikseb kwalifiċi addizzjonali hija tal-impjegat biss, li jidħol għaliha b’għażla libera u mhijiex il-policy tal-Fondazzjoni li ġġiegħel jew timponi fuq l-impjegati biex jiksbu tali kwalifiċi addizzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa’ l-bord dwar il-frodi tal-Benefiċċji ta’ Diżabilità Severa sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jekk il-bord hux ser jilħaq il-mira li jlesti r-rapport sa Frar 2024? Jista’ jgħid ukoll jekk għadux bil-ħsieb li jippubblika l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport mingħajr ebda ċensura?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi għat-tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija parlamentari 15345.