Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ġieħ ir-Repubblika — Kriterji

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li fuqhom persuna tingħata Ġieħ ir-Repubblika u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-proċedura u xi scoring sheets li jintużaw f’dan ir-rigward?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-kandidati għal unuri u dekorazzjonijiet stabbiliti permezz tal-Att dwar Ġieh ir-Repubblika (Kap. 251) jiġu proposti mill-Kumitat tan-Nomini mwaqqaf skont artikolu (18) tal-istess liġi.

Ftehim bejn il-Gvern ta’ Malta u l-American University of Malta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11891 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti li hemm li jirregolaw il-ftehim bejn il-Gvern u l-American University of Malta (AUM) ġaladarba l-art li qed tokkupa din l-Università hija art pubblika? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm studenti rreġistrati bħalissa fl-AUM?

Response (ABELA, ROBERT)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija lill Ministeru kkonċernat, nirreferiha ukoll għal-mozzjoni nru 59 ta’ dan il-Parlament.

Monument lil Daphne Caruana Galizia

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta ser jibdew it-taħdidiet mal-familja ta’ Daphne Caruana Galizia biex isir monument għal din il-ġurnalista Maltija, assassinata u ta’ fama dinjija? Jista' jgħid ukoll: a. Fejn ser isir dan il-monument? b. Meta ser jinbeda x-xogħol fuq dan il-monument? ċ. Min ser ikun l-artist/a? d. Meta ser jiġi inawgurat?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor..Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11200.

Karin Grech u Raymond Caruana — Inkjesti pubbliċi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux pjanijiet biex jibda inkjesti pubbliċi separati fuq il-qtil ta’ Karin Grech u Raymond Caruana biex il-pajjiż ikun jista’ jibda jagħmel rikonċiljazzjoni ma’ din il-memorja kollettiva trawmatika u jiġu stabbiliti miti u fatti?

Response (ABELA, ROBERT)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra

2022 – Sptar Mater Dei — Customer Care - ilmenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilmenti irċieva l-customer care ta’ Mater Dei fl-2022? Jista’ jgħid ukoll dwar xiex kienu dawn l-ilmenti f’persentaġġi?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fl-2022 il-Customer Care Unit tal-isptar Mater Dei irċieva 522 ilment. Infurmat ukoll li l-ilmenti kienu kif ġej: • Wards/Outpatients - 24% • Revenue - 3% • Pharmacy - 4% • Medical Imaging - 2% • IT - 2% • Facilities/Porters - 6% • Clinicians - 18% • Directives - 2% • COVID-19 - 1% • Cancelled Operations - 11% • Cancellation of App - 3% • A&E - 12% • Other Various Cases - 12%

2023 – Sptar Mater Dei — Customer Care - ilmenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilmenti irċieva l-customer care ta’ Mater Dei fl-2023? Jista’ jgħid ukoll dwar xiex kienu dawn l-ilmenti f’persentaġġi?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fl-2023 il-Customer Care Unit tal-isptar Mater Dei irċieva 661 ilment. Infurmat ukoll li l-ilmenti kienu kif ġej: • Wards/Outpatients – 28% • Revenue – 5% • Pharmacy/Procurement – 5% • Medical imaging 5% • IT – 1% • Clinicians – 20% • Facilities/Porters – 3% • Directives – 1% • Cancelled Operations 13% • Cancellation of Appointments – 3% • A&E – 10% • Other Various Cases – 6%

Ministeru għas-Saħħa u Jobsplus — Kors “Embracing Diversity”

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11896 fejn ingħad: “Il-Ministeru għas-Saħħa ħoloq kors mal-Entità ta’ Jobsplus imsemmi Embracing Diversity. Dan ser jkun offrut lil kull impjegat barrani ġdid fuq pratiċi lokali, użanzi, kif ukoll informazzjoni prattika li jkollu bżonn kull impjegat li jgħix hawn Malta.” Jista’ l-Ministru jgħid: a. Meta ser jibda jingħata dan il-kors? b. Kemm fih sessjonijiet u sigħat? ċ. It-temi partikolari li ser jiġu indirizzati f’kull sessjoni? d. Jekk hemmx xi miżati marbuta miegħu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-kors Embracing Diversity se jibda jingħata minn Marzu li ġej. Dan ser jkun jikonsisti f’9 sessjonijiet li jagħmlu 20 siegħa. Fost it-temi partikolari li ser jingħataw waqt il-kors insibu; Cultural Competence, Adapting to working in the Maltese Health Care system, Work Ethics, Human Rights and Practical Information about living & working in Malta. M’hemm l-ebda miżata marbuta ma’ dan il-kors.

Customer Care tas-servizzi tas-Saħħa Mentali — Telefonati

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11881, jista’ Ministru jgħid kemm fil-fatt kellu telefonati fis-sena 2023 il-Customer Care tas-servizzi tas-Saħħa Mentali li jista’ jiġi kkuntattjat fuq 2330 4444?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-Customer Care tas-servizzi tas-Saħħa Mentali kellu 98 telefonata matul is-sena 2023, li jirrigwardjaw servizzi kliniċi u professjonali. Kien hemm ukoll madwar 350 telefonata oħra matul is-sena 2023, fejn intalab tagħrif ġenerali kemm mill-istess klijenti kif ukoll mill-qraba tagħhom.

Customer Care tas-servizzi tas-Saħħa Mentali – Promozzjoni tas-servizz

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11881, jista’ Ministru jgħid kif jiġi promoss il-Customer Care tas-servizzi tas-Saħħa Mentali li jista’ jiġi kkuntattjat fuq 2330 4444 sabiex persuni jagħmlu użu minn dan is-servizz? Jista’ jgħid ukoll jitqassamx xi tip ta’ pamphlet fil-kliniċi tas-saħħa mentali fil-komunità?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat illi kull pazjent li jidħol fl-isptar Monte Carmeli, jinagħta ktejjeb ta’ informazzjoni mill-Customer Care. Il-ktejjeb jinkludi tagħrif dwar is-servizzi kollha li jingħataw fis-Saħħa Mentali.

Customer Care tas-servizzi tas-Saħħa Mentali — Ilmenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva lmenti il-Customer Care tas-servizzi tas-Saħħa Mentali li jista’ jiġi kkuntattjat fuq 2330 4444 fis-sena 2023? Jista’ jgħid ukoll dwar xiex kienu l-ilmenti f’persentaġġi?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-Customer Care tas-Servizzi tas-Saħħa Mentali irċieva 299 ilment matul is-sena 2023. Infurmat ukoll li l-persentaġġi ta’ lmenti kienu kif ġej: • Talba għall-bidla tal-Konsulent kuranti – 13.7% • Talba għall-bidla fit-Trattament – 4% • Imġieba ta’ pazjenti – 5.7% • Kwistjonijiet Kliniċi – 7.4% • Appuntamenti – 6.7% • Talba għal rekords Mediċi – 5.7% • Talbiet varji għall-informazzjoni – 9.7% • Talba għal rilaxx mill-isptar – 3% • Każijiet oħra varji – 44.1 %.

2023 — Suwiċidji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm suwiċidji f’kull xahar tas-sena 2023, maqsuma skont l-età (age groups) u l-ġeneru?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li skont ir-Registru Nazzjonali tal-Imwiet, matul is-sena 2023 kien hemm 27 suwiċidju f’Malta. Minn dawn kien hemm 24 ragel u 3 nisa. Tabella 1 turi dawn l-imwiet skont ix-xahar u l-ġeneru u tabella 2 turi dawn l-imwiet skont l-età (age groups) u l-ġeneru. Tabella 1 Xahar Irgiel Nisa Total Jannar 2 0 2 Frar 1 0 1 Marzu 3 1 4 April 0 1 1 Mejju 3 1 4 Gunju 2 0 2 Lulju 2 0 2 Awissu 2 0 2 Septembru 4 0 4 Ottubru 4 0 4 Decembru 1 0 1 Total 24 3 27 Tabella 2 Eta Irgiel Nisa Total <45 14 2 16 45-64 7 1 8 65+ 3 0 3 Total 24 3 27

Suwiċidji ta’ persuni taħt it-18-il sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm suwiċidji fl-2023 minn persuni taħt it-18-il sena?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Skont ir-Reġistru Nazzjonali tal-Imwiet, matul is-sena 2023 kien hemm 2 suwiċidju minn persuni taħt it-18-il sena f’Malta. Din l-informazzjoni għadha proviżorja.

2013-2023 – Każijiet ta’ suwiċidju

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10849, jista' l-Ministru jgġid kemm kien hemm suwiċidji, maqsuma bl-età (age groups) bejn l-2013 u l-2023?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-rata ta’ suwiċidju f’pajjiżna f’dawn l-aħħar 11-il sena baqgħet – f’termini ta’ sinifikanza statistika – l-istess kif turi t-tabella t'hawn taħt: Meta tqis id-daqs tal-popolazzjoni ir-rata ta’ mortalita’ għal kull 100,000 kienet 5.16 fl-2013 u 4.9 fl-2023. Residenti Sena <45 45-64 65+ Total 2013 9 12 1 22 2014 13 12 7 32 2015 17 15 2 34 2016 15 8 1 24 2017 11 9 5 25 2018 14 5 4 23 2019 13 5 3 21 2020 11 10 1 22 2021 20 12 3 35 2022 12 9 6 27 2023* 16 8 3 27 *Id-data għall-2023 għadha proviżorja.

2023 — Inċidenti tat-traffiku li kienu jinvolvu minorenni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku li kienu jinvolvu minorenni fl-2023?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ inċidenti tat-traffiku li seħħew matul is-sena 2023, li huma rreġistrati mal-Pulizija u li fihom kien hemm involvuti minorenni, kienu ta’ mija u erbgħa u tletin (134).

FSWS –social welfare professionals — Każi assenjati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 11209 u 13185 u jgħid kemm hemm każi assenjati fuq kull social welfare professional li jaħdem mal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tal-mistoqsija parlamentari 14589.

Qorti tal-Minorenni — Każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13715 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien hemm minorenni li spiċċaw quddiem il-Qorti tal-Minorenni f’dawn l-aħħar ħames snin? X’kienu r-reati l-aktar komuni?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn l-2019 u l-2023 tressqu 493 każ quddiem il-Qorti tal-Minorenni f’ Malta u 14-il każ quddiem il-Qorti tal-Minorenni f’Għawdex. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni ma tinżammx.

Skema ‘Xogħol fil-Komunità’

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema fl-iskema Xogħol fil-Komunità fl-2023? a. x’inhu l-għan ta’ din l-iskema? b. min huma l-persuni eleġibbli għal din l-iskema? ċ. f’liema entitajiet dawn il-persuni ħadmu? d. x’tip ta’ xogħol isir? e. x’kien il-ġeneru ta’ dawn il-ħaddiema? Kemm hemm minnhom li huma nisa? f. x’kienet l-età (age brackets)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li sal-aħħar ta’ Diċembru 2023 kien hemm 1074-il ħaddiem fl-iskema Xogħol fil-Komunità. A) L-għan ta’ din l-iskema huwa: · Biex titwaqqaf fondazzjoni li timpjega persuni vulnerabli; · Tagħmel profil tal-parteċipanti u tidentifika taħriġ li għandhom bżonn · Tidħol fi ftehim ma’ Kunsilli Lokali, skejjel pubbliċi, NGOs u għaqdiet bi skopijiet soċjali biex tallokalhom parteċipanti biex jieħdu esperjenza ta’ xogħol. B) Il-persuni eleġibbli għal din l-iskema huma: Persuni żvantaġġati jew identifikati mil-Korporazzjoni bħala persuni li jistgħu itejbu l-impjegabilità tagħhom billi jipparteċipaw fl-iskema. Il-persuni żvantaġġati li jintitolhom li jidħlu f'din l-iskema huma: a. persuna li kienet bla impjieg/inattiva fl-aħħar sena u li ma kinitx ipparteċipat fl-iskema ta’ traineeship ma’ Jobsplus u hija: 1. persuna adulta li tgħix waħedha u li għandha persuna jew persuni dipendenti taħt ir-responsabbilta tagħha u li m’għandhiex impjieg full-time jew; 2. persuna li għandha 24 sena jew iktar u li m’għandhiex kwalifiċi tas-sekondarja għolja jew kwalifiċi vokazzjonali (ISCED 3) u li m’għandhiex impjieg jew; 3. persuna ‘l fuq minn 50 sena li m’għandhiex impjieg jew; b. persuna li għandha 24 sena jew iktar u li kienet bla impjieg/inattiva f’dawn l-aħħar sentejn u li ma kinitx ipparteċipat fl-iskema ta’ traineeship ma’ Jobsplus. Ċ) Il-lista ta’ entitajiet fejn jaħdmu dawn il-persuni tinsab f’dokument ‘A’ mehmuż ma’ din ir-risposta. D) Il-lista tax-xogħol li qed jagħmlu tinsab f’dokument ‘B’ mehmuż ma’ din ir-risposta. E u F) Hawn taħt issib tabella li turi il-ġeneru ta’ dawn il-ħaddiema u l-età tagħhom: Irġiel Nisa Total Taħt 25 19 6 25 25 – 39 220 61 281 40 – 54 349 145 494 55 + 204 70 274 Total 792 282 1074

CYPS – Pazjenti diagnosed bl-ADHD

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li huma pazjenti taċ-Child and Young People’s Services (CYPS) li huma diagnosed bl-ADHD bħalissa? Jista’ jgħid ukoll kemm jammonta l-presentaġġ mill-ammont globali tal-pazjenti fis-CYPS u jagħti d-dettalji skont l-età (age brackets) u l-ġeneru?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li bħalissa hemm madwar 174 tifel u tifla li huma diagnosed bl-ADHD. L-etajiet huma mqassma hekk: Eta' Numru ta' klienti 5 2 6 2 7 6 8 10 9 17 10 23 11 24 12 23 13 16 14 15 15 9 16 9 17 6 18 10 19 2 Tfal li diġà għandom dijanjozi jammontaw ghal madwar 6% tal-każijiet kollha.