Università ta’ Malta – Miżuri biex jintuża l-ilsien Malti fl-istruzzjoni u fl-amministrazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’policy u x’miżuri qed tieħu l-Università ta’ Malta biex jintuża l-ilsien Malti fl-istruzzjoni u fl-amministrazzjoni tal-Università ta’ Malta? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-politika tal-Università f’dan ir-rigward?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14051 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u jgħid kemm kien hemm impjegati li għamlu l-ilment tagħhom mad-Dipartment għar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi (DIER)? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-ilmenti kienu ġejjin minn persuni ta’ pajjiżi terzi u liema huma l-iktar ilmenti komuni?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Promozzjoni tal-professjoni tas-social work – nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14053 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10898, jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel il-Ministeru tiegħu (u mhux l-FSWS jew l-Università ta’ Malta) biex tiġi promossa l-professjoni tas-social work u kemm huwa l-baġit allokat għal din il-promozzjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, l-Ministeru jiffinanzja l-operat tas-Social Work Profession Board, sabiex jirregola l-professjoni u ukoll jipromwovi l-professjoni.
Infakkar lill-Onor. Interpellanta li bħala Gvern, ħadna d-deċiżjoni li s-social work profession tkun waħda minn dawk li tgawdi minn student grant ogħla, sewwa sew għax nemmnu fl-importanza tagħha u il-ħtieġa li jkunu mħeġġa aktar studenti biex japplikaw għaliha.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14171 u jgħid kemm hawn persuni li huma homeless bħalissa? Jista’ jgħid ukoll kemm hawn persuni f'homeless shelters bħalissa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fi dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb i-mistoqsija parlamentari 14178 u jgħid kemm kienet il-caseload tas-social workers fil-Looked After Children Service (LAC) f’Diċembru 2022? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet il-caseload tas-social welfare professionals fil-LAC f’Diċembru 2022 u dan peress illi r-rapport annwali tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) 2022, paġni 64 u 65, dwar il-Looked After Children ma jagħtix dawn id-dettalji?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, matul is-sena 2022, il-508 każijiet ta’ tfal f’Kura Alternattiva taħt ir-responsabbilità tal-Looked After Children Service kienu mqassmin kif ġej:
· 336 każ kienu qed jiġu segwiti mit-23 ħaddiema soċjali li hemm jaħdmu f’dan is-servizz;
· 43 każ kienu qed jiġu segwiti minn
Warranted Youth Worker
; u
· 129 każ li kienu qed jiġu segwiti mill-ħaddiema soċjali assistiti minn 9
Social Welfare Professionals
.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, mhux kull każ huwa l-istess u allura l-caseloads ma jistgħux ikunu l-istess. Dan peress li hemm każijiet aktar intensivi minn oħrajn u anki peress li l-istess professjonisti mhux kollha jaħdmu l-istess numru ta’ siegħat minħabba family friendly measures u anki minħabba s-snin ta’ esperjenza tal-professjonisti nfushom.
Jista’ l-Ministru jgħid kif fil-campus tal-Università hemm kull tip ta’ ħanut iżda l-ebda wieħed minnhom ma hu ħanut tal-kotba? Jista’ jgħid ukoll jekk jikkunsidrax il-pjan li jiżviluppa Cafe’ mal-librerija ta’ Beltissebħ, jirrepetih fl-Università ħalli ninkoraġixxu lill-istudenti jaqraw iktar? Jista' jgħid ukoll jekk jikkunsidrax xi tip ta’ inċentiv biex ikun hemm għallinqas stabbiliment tal-kotba fl-inħawi tal-Università?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid hemmx kumitat/bord tal-etika dwar il-pazjent (mhux relatat ma’ riċerka) f’Mater Dei li jassigura mġiba etika lejn il-pazjent? Jekk iva, jista’ jgħid:
a. x’inhi l-funzjoni ta’ dan il-kumitat?
b. minn min hu magħmul?
ċ. min hu ċ-chairperson u s-segretarju?
d. kull meta ltaqa’ fl-2023?
e. jistax jilqa’ ilmenti mill-pazjenti jew qraba?
f. jistax jirċievi preokkupazzjonijiet dwar etika minn staff b’dilemmi etiċi?
ġ. xi proċeduri stabbiliti hemm fir-rigward dan il-kumitat/bord?
h. jekk hemm kumitat/bord ta’ din ix-xorta, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dawn il-proċeduri?
i. jekk ma hemmx kumitat/bord tal-etika, il-Ministru jikkunsidra li jwaqqaf wieħed, u jekk iva, meta?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa issa f’Mater Dei mhemmx dan il-board.
Jista’ l-Ministru jgħid hemmx kumitat/bord tal-etika dwar il-pazjent (mhux relatat ma’ riċerka) f’Karin Grech li jassigura mġiba etika lejn il-pazjent? Jekk iva, jista’ jgħid:
a. x’inhi l-funzjoni ta’ dan il-kumitat?
b. minn min hu magħmul?
ċ. min hu ċ-chairperson u s-segretarju?
d. kull meta ltaqa’ fl-2023?
e. jistax jilqa’ ilmenti mill-pazjenti jew qraba?
f. jistax jirċievi preokkupazzjonijiet dwar etika minn staff b’dilemmi etiċi?
ġ. xi proċeduri stabiliti hemm?
h. jekk hemm kumitat/bord, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dawn il-proċeduri?
i. jekk ma hemmx kumitat tal-etika, jikkunsidra l-Ministru li jwaqqaf wieħed, jekk iva, meta?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li Karin Grech Rehabilitation Hospital kellu bord ta’ etika li twaqqaf fl-2020, li ma baqax jiltaqa’ u għalhekk bħalissa jinsab fil-proċess li jerġa jiġi stabbilit.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-average waiting time fl-Outpatients ta’ Mater Dei? Jista’ jgħid ukoll x’inhuwa l-average waiting time fl-Ophthalmic u l-ENT(OP) u kemm ikun hemm pazjenti li jkollhom appuntament fl-istess ħin f’ġurnata tipika fl-Ophthalmic u l-ENT (OP)? X’miżuri qed jittieħdu biex il-waiting time jonqos?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Listi ta’ stennija għal proċeduri u operazzjonijiet
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 11773, 11785, 11786, 11882, 11883 u 11884 li jindikaw li hemm listi twal ta’ stennija għal-operazzjonijiet ta’ hip replacements, knee replacements, katarretti, MRI u CT scans. Ir-risposti saħansitra juru ammissjoni li dawn il-pazjenti ilhom jistennew ‘aktar minn dak stipulat fil-Patient Charter’.
Jista’ l-Ministru jgħid:
a. x’jgħid eżatt il-Patients’ Charter li qed jirreferi għalih dwar il-listi ta’ stennija u jqiegħed kopja ta’ dan il-Patients’ Charter fuq il-Mejda tal-Kamra;
b. jekk hemmx ftehim mal-isptarijiet privati biex jieħdu xi pazjenti ħalli tonqos il-lista ta’ stennija;
ċ. jekk il-pazjent, wara ċertu żmien, għandux dritt imur jinqeda fi sptar privat bl-ispejjeż ikunu koperti mill-Gvern u jekk iva, wara kemm żmien il-pazjent għandu d-dritt jagħmel dan?
d. hemmx xi proċedura eżistenti f’dan ir-rigward?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Faċilità San Vinċenz de Paul — Mġiba etika lejn il-pazjent
Question
Jista’ l-Ministru jgħid hemmx kumitat/bord tal-etika dwar il-pazjent (mhux relatat ma’ riċerka) fil-Faċilità San Vinċenz de Paul li jassigura mġiba etika lejn il-pazjent? Jekk iva, jista’ jgħid:
a. x’inhi l-funzjoni ta’ dan il-kumitat?
b. minn min hu magħmul?
ċ. min hu ċ-chairperson u s-segretarju?
d. kull meta ltaqa’ fl-2023?
e. jistax jilqa’ ilmenti mill-pazjenti jew qraba?
f. jistax jirċievi preokkupazzjonijiet dwar etika minn staff b’dilemmi etiċi?
ġ. xi proċeduri stabiliti hemm ma’ dan il-kumitat/bord?
h. jekk hemm, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dawn il-proċeduri?
i. jekk ma hemmx kumitat tal-etika, jikkunsidra l-Ministru li jwaqqaf wieħed, jekk iva, meta?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11189 fejn intqal: “Il-familja ta’ Jean Paul Sofia kienet esprimiet ix-xewqa li fuq is-sit tal-inċident isir ġnien. Il-Gvern huwa miftuħ għal din l-idea.”
Jista’ l-Prim Ministru jiċċara:
a. Meta ser jibda jippjana mal-familja ta’ Jean Paul Sofia biex jibda x-xogħol fuq dan il-ġnien?
b. Meta hemm il-ħsieb li x-xogħol fuq dan il-ġnien ikun lest u inawgurat?
ċ. Jekk dan il-ġnien hux ser ikollu xi siġar fih?
Response (ABELA, ROBERT)
L-impenn tal-gvern li dan il-ġnien isir huwa ċar, kif jirriżulta mid-dettalji li ngħataw fis-seduta nru 213 li nżammet fid-29 ta’Frar 2024.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid għandux il-ħsieb li jieħu inizjattiva simili għal dik li l-amministrazzjoni Nazzjonalista kienet ħarġet snin ilu ta’sejħa pubblika biex persuni juru espressjoni ta’ interess biex iservu fuq bordijiet pubbliċi, ħalli nies kwalifikati u b’esperjenza f’ċerti oqsma jkollhom l-opportunità juru interess u fl-istess ħin il-Gvern ikollu database ta’ nies interessati, kwalifikati u ta’ esperjenza?
Response (ABELA, ROBERT)
Naħseb li l-Onor. Interpellant qed tħawwad dak li kien intqal li se jsir ma dak li ġara fir-realtà. Fil-fatt ma kien hemm l-ebda tibdil fil-proċeduri tal-ħatra tal-bordijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu lest l-ewwel abbozz tal-building codes imfassla mill-Kunsill Konsultattiv tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BICC) u għaliex s’issa għadu ma daħalx fis-seħħ? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-building codes imfassla mill-BICC?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu biex jiġi żgurat li l-Lotterija tal-VAT li tittella’ kull xahar tkun ġusta u trasparenti? Jista’ jgħid ukoll jekk qattx kien hemm abbużi fis-snin 2022 u 2023, u jekk dawn ġewx investigati?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-lotterija imsemmija tittella’ taħt is-supervizjoni ta’ bord awtonomu imwaqqaf apposta li jinkludi r-rappre¿entant tan-Nutar tal-Gvern. Kull meta kien hemm xnigħat ta’ abbuż dawn ġew mistħarrġa u f’kull każ irriżulta li l-proċess kien trasparenti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jaħsibx li l-ħafna planki tal-konkrit mdaqqsa bejn karreġġjata u oħra madwar Malta, humiex estetikament xierqa għal pajjiżna?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-elementi tal-konkos li qed tirreferi għalihom huma fil-fatt barrikati tat-toroq iċċertifikati. Id-disinn tagħhom huwa maħsub biex vetturi li jkollhom impatt magħhom iħallu l-anqas impatt possibli fuq utenti oħra tat-triq. Dawn jintużaw madwar id-dinja kollha, ġeneralment f’ambjent urban u f’toroq arterjali.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11898 fejn ingħad “In-Nursing Services Directorate jisponsorja programm bl-isem ta’ Clinical Skills Update (NUR1505) għal dawk l-infermiera li jerġgħu jiġu re-instated fis-settur pubbliku. Dan il-programm huwa taħt ir-responsabilità tal-Università ta' Malta u jiġi offrut kull sena lill-infermiera kollha, fosthom lil dawn l-infermiera li jkunu tbiegħdu mill-prattika għal ħafna snin.”, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm infermiera li reġgħu ġew re-instated fis-settur pubbliku mis-sena 2020 sal-aħħar tas-sena 2023, sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-infermiera attendew u temmew b’suċċess il-programm imsemmi hawn fuq?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ infermiera li ġew re-instated hu kif ġej:
2020 - 10
2021 - 16
2022 - 14
2023 – 9
Għar-rigward ta’ kemm infermiera attendew u temmew b’suċċess il-programm, l-Onor. Interpellant għandha tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Customer Care tas-servizzi tas-Saħħa Mentali – Ilmenti riżolti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-ilmenti li daħlu fuq il-Customer Care tas-servizzi tas-Saħħa Mentali li jista’ jiġi kkuntattjat fuq 2330 4444, ġew riżolti f’persentaġġi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li ġew riżolti 98.7% tal-ilmenti li daħlu fuq il-Customer Care tas-servizzi tas-Saħħa Mentali li jista’ jiġi kkuntattjat fuq 2330 4444.
Customer Care tas-servizzi tas-Saħħa Mentali – Ilmenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema lmenti jiġu ttrattati mill-Customer Care tas-servizzi tas-Saħħa Mentali li jista’ jiġi kkuntattjat fuq 2330 4444 u liema lmenti jiġu ttrattati mill-Kummissarju għas-Saħħa Mentali?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li li l-Customer Care tas-Servizzi tas-Saħħa Mentali jittratta lmenti varji fosthom:
• Talba għall-bidla tal-Konsulent kuranti
• Talba għall-bidla fit-Trattament
• Imġieba ta’ pazjenti
• Kwistjonijiet Kliniċi
• Appuntamenti
• Talba għal rekords Mediċi
• Talbiet varji għall-informazzjoni
Infurmat ukoll li l-uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali jindirizza lmenti li għandhom x’jaqsmu mad-drittijiet tal-persuni bi problemi ta’saħħa mentali, kif elenkati fl-istess Att tas-Saħħa Mentali Kap 525.