Child Development Assessment Unit (CDAU) – Tfal bi bżonn ta’ LSE
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm jieħu żmien medju minn meta każ jiġi riferut għaċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) sakemm jinħareġ ir-rapport finali li jikkonkludi li t-tifel/tifla għandhom bżonn LSE (full-time jew shared)?
Child Development Assessment Unit (CDAU) — Impjegati
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13446, jista’ l-Ministru jgħid jekk fiċ-Child Development Assessment Unit (CDAU), hemmx professjonisti oħra barra pedjatri u tobba?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li barra pedjatri u tobba fic-CDAU hemm jaħdmu profesjonisti oħra. Dawn huma:
Nfermira.
Fisjoterapisti.
Occupational therapists.
Speech and Language Pathologist.
Psikologi.
Child Development Assessment Unit (CDAU) — Impjegati
Question
Jista’ l-Ministru joħroġ lista ta’ persuni li jaħdmu fiċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) jiġifieri rwoli u kontribut f’termini ta’ part-time jew full time, bl-istess mod kif sar miċ-Child and Young People's Services (CYPS) fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13449?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-vittmi ta' traffikar tal-persuni:
i. kienu nisa/irġiel marbuta ma' massage parlours;
ii. kienu nisa/irġiel fis-settur tal-kostruzzjoni; u
iii. kienu nisa jew irġiel fil-prostituzzjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.
B'referenza għar-rapport “Trafficking in Persons Report” maħruġ mill-US State Department 2023, fejn fost oħrajn jingħad: “The (Maltese) government did not effectively … make concrete efforts to increase oversight and regulation of massage parlors where there was a higher incidence of trafficking indicators.” jista' l-Prim Ministru jgħid għandux pjan li l-Gvern idaħħal liċenzji għall-Massage Parlours f'pajjiżna?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
B'referenza għar-rapport “Trafficking in Persons Report” maħruġ mill-US State Department 2023, fejn fost oħrajn jingħad: “The (Maltese) government did not effectively … make concrete efforts to increase oversight and regulation of massage parlors where there was a higher incidence of trafficking indicators.” jista' l-Ministru jgħid għandux pjan li l-Gvern idaħħal liċenzji għall-Massage Parlours f'pajjiżna?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
B'referenza għar-rapport “Trafficking in Persons Report” maħruġ mill-US State Department 2023, fejn fost oħrajn jingħad: “The (Maltese) government did not effectively … make concrete efforts to increase oversight and regulation of massage parlors where there was a higher incidence of trafficking indicators.”jista' l-Ministru jgħid għandux pjan li l-Gvern idaħħal liċenzji għall-Massage Parlours f'pajjiżna?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellanta biex tagħmel din il-misqtosija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Peress li rridu naraw li l-massage parlours f’pajjiżna mhux qed iservu bħala mezz li jippromwovu t-Traffikar tal-Bniedem, u/jew li dawn is-siti kummerċjali ma jispiċċawx bħala burdell, jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir mill-Gvern permezz tal-Pulizija sabiex ikun regolat dan is-settur?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-Korp tal-Pulizija jagħmlu spezzjonijiet għall-għarrieda.
Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar – Massage Parlours approvati
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ massage parlours (jew attività oħra simili) li ġew approvati mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, lokalità b’lokalità, mill-2013 sa’ 2023?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb i-mistoqsija parlamentari 14177 u jgħid kemm kien hemm tfal li kienu qed jiġu segwiti mil-Looked After Children Service (LAC) minn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-tfal kienu qed jiġu segwiti minn key worker li hu social worker u kemm minn dawn it-tfal kienu qed jiġu segwiti minn key worker li hu social welfare professional?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li kif tista’ tara mit-tabella u l-grafika li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, matul l- 2022 is-servizz tal-Looked After Children ħadem fuq 508 każijiet ta’ tfal f’Kura Alternattiva. Bejn Jannar u Ġunju 2023 l-istess servizz ħadem fuq 490 każ.
Filwaqt li social welfare professionals assistew fil-ġbir tal-informazzjoni meħtieġa, huma dejjem għamlu hekk taħt is-supervizjoni tal-ħaddiema soċjali. Ir-responsabilità ewlenija tibqa’ dejjem tal-ħaddiema soċjali.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14176 u jgħid kemm kien hemm tfal li kienu qed jiġu segwiti mil-Looked After Children Service (LAC) sa Diċembru 2022? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-tfal kienu qed jiġu segwiti minn key worker li hu social worker u kemm minn dawn it-tfal kienu qed jiġu segwiti minn key worker li hu social welfare professional?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li kif tista’ tara fit-tabella u grafika li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, fl-2022 is-servizz tal-Looked After Children (LAC) ħadem ma’ 508 każijiet ta’ tfal f’Kura Alternattiva. Filwaqt li social welfare professionals assistew fil-ġbir tal-informazzjoni meħtieġa, huma dejjem għamlu hekk taħt is-superviżjoni ta’ ħaddiema soċjali. Ir-responsabilità ewlenija tal-każijiet tibqa’ dejjem tal-ħaddiema soċjali.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14174 u jgħid kemm kien hemm irġiel u nisa li temmew b'suċċess il-Programm STOP (Stop the Violence Abuse Service - Appoġġ) fl-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-każijiet kienu mandatorji mill-Qorti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li sal-aħħar ta’ Ġunju 2023, il-programm Domestic Abuse Intervention Programme li jiġi offrut mill-STOP! The Violence and Abuse Service, ħadem ma’ 91 persuna. Fosthom, 4 minnhom temmew il-pogramm b’suċċess, b’wieħed minnhom riferut mill-Qorti biex jagħmel il-programm. 2 persuni oħra, li wkoll kienu riferuti mill-Qorti, ma setgħux ikomplu il-programm minħabba relapse fl-imġieba tagħhom fil-konfront tas-sieħba tagħhom. Għaldaqstant, iz-zewġ individwi xorta ġew assistiti b’mod individwali.
Fl-2023, il-Qorti bagħtet raġel ieħor biex jattendi id-Domestic Abuse Intervention Programme, però l-individwu ma kkoperax u ma ħax l-għajnuna pprovduta lilu, bil-Qorti tiġi infurmata.
Matul l-istess sena, kien hemm ukoll 3 nisa li rċievew l-għajnuna fuq bażi individwali dwar l-imġieba aggressiva tagħhom fil-konfront tas-sieħeb tagħhom.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14173 u jgħid kemm kien hemm irġiel u nisa li temmew b'suċċess il-Programm STOP (Stop the Violence Abuse Service - Appoġġ) fl-2022? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-każijiet kienu mandatorji mill-Qorti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li fl-2022, il-programm Domestic Abuse Intervention Programme li jiġi offrut mill-STOP! The violence And Abuse Service, ħadem 100 persuna. Fost dawn, 4 irġiel temmew il-programm b’suċċess matul l-2022. Tnejn minn dawn l-4 kienu ordnati u mibgħuta mill-Qorti sabiex isegwu l-programm.
Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellanta li, fl-2022, il-Qorti bagħtet raġel ieħor biex jattendi id-Domestic Abuse Intervention Programme, iżda l-istess individwu ma kkoperax u ma riedx l-għajnuna offruta lilu mis-servizz. Il-Qorti tinsab infurmata b’ dan.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14041, jista’ l-Ministru jagħti l-etajiet, in-nazzjonalità, u jekk l-180 student li l-applikazzjoni tagħhom għal LSE għadha pendenti humiex fi skejjel tal-istat, tal-Knisja jew tal-Privati/Indipendenti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellanta li dawn il-każijiet jiġu proċessati b’mod kontinwu u b’ċertu regolarita u żgur mhux ser nidħol f’tali proċessi abbażi ta’ nazzjonalità tal-istudenti fl-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja jew tal-Privati/Indipendenti.
Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali – Każijiet ta’ traffikar ta’ persuni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellha każijiet ta’ traffikar ta’ persuni, il-Fondazzjoni Għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, sena b’sena, bejn is-sena 2013 u s-sena 2023?
Jista’ jgħid ukoll:
i. Kemm kien hemm persuni f’kull każ?
ii. Kemm minnhom kienu każijiet ġodda u kemm minnhom kienet diġà qed taħdem fuqhom il-Fondazzjoni?
iii. Kemm kienu nisa, kemm kienu rġiel u x’kienet l-età tagħhom?
iv. Kemm kienu tfal?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.