Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tas-Sliema, il-Gżira u Ta’ Xbiex – Xogħol fuq il-promenade

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hemmx xi pjan li x-Xatt ta’ Ta’ Xbiex u tal-Gżira (il-promenade), kif ukoll ta’ Tas-Sliema, isirilhom upgrade tant meħtieġ? Jekk iva, meta se jinbeda x-xogħol f’kull lokalità?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li TZRA diġà għaddejja bix-xogħlijiet tagħha fuq ix-Xatt ta’ Tas-Sliema li jinkludu tiswijiet ta’ railings u railings ġodda f’żoni speċifiċ tul il-promenade, bankijiet, fanali u qsari ġodda, kif ukoll tiswijiet tal-pavimentar fejn neċessarju Dawn ix-xogħlijiet għaddejjin kontinwament u qed isiru b’konsultazzjoni ma’ stakeholders oħra fosthom l-Enemalta u l-Public Works. TZRA se tkun qed tibda wkoll xogħlijiet ta’ tisbiħ u tiswija fix-Xatt tal-Gżira.

Ta’ Xbiex — Triq Testaferrata u Triq Enrico Mizzi - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk Triq Testaferrata u Triq Enrico Mizzi f’Ta’ Xbiex jistgħux jinbnew mill-ġdid, peress li l-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex żgur li m’għandux il-fondi sabiex jibnihom?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja jew ser twettaq ħidma infrastrutturali f’toroq li l-Kunsilli Lokali ressqu ’l quddiem biex isiru xogħlijiet fihom. Triq Enrico Mizzi fil-G¿ira hija fost il-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ippropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fihom. Ix-xogħlijiet jikkonsisti f’bini tat-triq mill-ġdid, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottoba¿i e¿istenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa.

Żwiġijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm żwiġijiet bejn l-2010 u l-2023 maqsuma b’sena sena u kemm kien hemm żwiġijiet bil-Knisja bejn l-2010 u l-2023 maqsuma b’sena sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni tinsab it-tabelli t'hawn taħt: MARRIAGES 2010 TO 2023 By Dates of Marriage - Gozo Only YEAR RELIGIOUS CIVIL 2010 193 47 2011 147 38 2012 156 55 2013 125 48 2014 158 62 2015 143 69 2016 135 73 2017 139 77 2018 129 82 2019 98 70 2020 46 29 2021 150 38 2022 118 68 2023 131 80 MARRIAGES 2010 TO 2023 By Dates of Marriage - Malta Only YEAR RELIGIOUS CIVIL 2010 1547 740 2011 1444 838 2012 1490 1036 2013 1248 1065 2014 1317 1231 2015 1373 1284 2016 1262 1451 2017 1222 1405 2018 1123 1382 2019 1007 1376 2020 315 714 2021 1006 992 2022 1032 1217 2023 834 1194

L-Imsida u Ta’ Xbiex – Skola Primarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hemmx idea dwar meta se titlesta l-Iskola Primarja tal-Imsida? Jista’ jgħid ukoll jekk it-tfal mill-Imsida u Ta’ Xbiex ikunux jistgħu jibdew jattendu fiha?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-iskola tal-Msida ser tkun lesta din is-sena.

Għalliema pensjonati li għadhom jgħallmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn għalliema pensjonanti li baqgħu jaħdmu u qegħdin itaffu xi ftit il-problema ta’ nuqqas ta’ għalliema?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ċentri tar-Riżorsi — Ħinijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hemmx xi raġuni partikolari għala l-iskejjel speċjali, magħrufa aħjar bħala Resource Centres, jibdew fid-9 ta’ filgħodu, iktar tard minn skejjel oħra, peress li dan qiegħed joħloq diffikultà għal dawk il-ġenituri li jaħdmu u li jixtiequ jwasslu lit-tfal tagħhom huma minħabba l-kundizzjoni partikolari li għandhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma l-Onor. Interpellat li din hija miżura marbuta mal-kuntest uniku ta’ dawn iċ-ċentri.

Talbiet għal Avukat tat-Tfal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba mis-sena 2015 sal-aħħar tas-sena 2023, sena b’sena, il-Pulizija talbet lill-Qorti sabiex jinħatar Avukat tat-Tfal sabiex jassisti f’każijiet fejn il-minuri huma vittma, skont l-Artikolu 14 ta’ Kap. 539 (Att dwar il-Vittmi tal-Kriminalità)? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn in-nomini kienu jirrigwardjaw Avukati tat-Tfal u kemm kienu Avukati tal-Għajnuna Legali?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Talbiet għal Avukat tat-Tfal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba mis-sena 2015 sa’ l-aħħar tas-sena 2023, sena b’sena, il-Pulizija talbet lill-Qorti sabiex jinħatar Avukat tat-Tfal sabiex jassisti f’każijiet fejn il-minuri huma vittma, skont artikolu 14 ta’ Kap. 539 (Att dwar il-Vittmi tal-Kriminalità)? Jista’ jgħid kemm minn dawn in-nomini kienu jirrigwardjaw Avukati tat-Tfal u kemm kienu Avukati tal-Għajnuna Legali?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżommx statistika dwar kemm-il darba l-Pulizija talbet lill-Qorti sabiex jinħatar Avukat tat-Tfal ai termini tal-artikolu 14 tal-Kap. 539 tal-Liġijiet ta’ Malta.

Talbiet għal Ex Ufficio Avukat tat-Tfal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba mis-sena 2015 sal-aħħar tas-sena 2023, sena b’sena, il-Qorti ħatret ex-ufficio Avukat tat-Tfal sabiex jassisti f’każijiet fejn il-minuri huma vittma, skont artikolu 14 ta’ Kap. 539 (Att dwar il-Vittmi tal-Kriminalità)? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn in-nomini kienu jirrigwardjaw Avukati tat-Tfal u kemm kienu Avukati tal-Għajnuna Legali?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżommx statistika dwar kemm-il darba l-Qorti taħtar ex-ufficio Avukat tat-Tfal ai termini tal-artikolu 14 tal-Kap. 539 tal-Liġijiet ta’ Malta.

CYPS — Psychologists u Psychological officers - Sessjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru sessjonijiet fiċ-Child and Young People's Services (CYPS) minn psychologists jew psychological officers mat-tfal jew ġenituri matul is-sena 2023?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fis-sena 2023 saru 3132 sessjoni fiċ-Child and Young People’s Services (CYPS) minn psychologists u jew psyhological officers mat-tfal jew ġenituri.

Child and Young People's Services — CYPS - Sessjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jippreżenta tabella bin-numri tat-tfal (każijiet) u numru ta’ sessions fiċ-Child and Young People's Services (CYPS) għal kull professjonista msemmija fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13449?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment tal-Edukazzjoni – LSEs bi kwalifiki minimi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kwalifiċi minimi biex persuna tiġi ingaġġata bħala LSE mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni? Jista’ jgħid ukoll kemm hawn LSEs li għandhom biss il-kwalifiċi minimi u li qatt ma ngħataw taħriġ dwar ix-xogħol tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħala kwalifiki minimi biex persuna tiġi ngaġġata bħala LSE jridu jkunu għaddew mill-eżamijiet ta’ kwalifikazzjoni li saru mid-Dipartiment tal-E¿amijiet fl-Ingliż, fil-Matematika u fil-Malti flimkien ma’ kwalunkwe pass ieħor fil-livell Ordinarju Livell “O” flimkien ma ċertifikat fil-livell Avvanzat rikonoxxut fil-livell 4 tal-MQF.

Nuqqas ta’ LSEs – Pjan tal-Gvern

Question

Fid-dawl tal-fatt li hawn nuqqas kbir ta’ LSEs, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern sabiex jindirizza din il-problema fix-short term u long term?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li fl-iskejjel ta’ Malta u Għawdex bħalissa haw madwar 3,652 LSE, l-akbar ammont ta’ LSEs li qatt kienu ngaġġati. Madanakollu l-Ministeru, permezz tal-Istrateġija Nazzjonali u l-mudell il-ġdid tal-Inklużjoni ser ikun qed iħares lejn kif nistgħu nkomplu naqdu l-bżonnijiet tal-istudenti b’mod sostenibbli.

Baġit għar-riċerka fl-Università ta’ Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’kien il-baġit għar-riċerka fl-Università ta’ Malta mis-snin 2020 sa 2023?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bejn l-2020 u l-2023 l-Universita kellha baġit ta’ madwar 7 miljun ewro, apparti line items oħrajn idedikati lill-Universita. Mandankollu, apparti dan il-baġit, l-Università ġabet ukoll fondi għar-riċerka minn sorsi oħrajn liema ammonti annwali minn l-2020 sal-2023 huma kif jidhru fit-tabella li jmiss: Sena Ammont (eur) 2020 6.67 miljun 2021 10.33 miljun 2022 12.31 miljun 2023 13.32 miljun Apparti minn hekk ġew investiti total ta’ €39 miljun fuq TRAKE (Transdisciplinary Research and Knowledge Exchange) labs.

Child Development Assessment Unit (CDAU) — Każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ġodda li ġew riferuti matul is-sena 2022, fiċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) u li l-assessment u r-rapport tagħhom kien lest sal-aħħar tas-sena 2022?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fis-sena 2022 kien hemm 800 referral ġdida għac-CDAU. Kull rapport tal-pedjatri nagħata lill-pazjent b’mod immedjat jiġifieri fl-2022.

Child Development Assessment Unit (CDAU) — Każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid matul is-sena 2023, kemm kien hemm każijiet ġodda fiċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) li l-assessment u r-rapport tagħhom kien lest sal-aħħar tas-sena 2023?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li mill-aspett pedjatriku, l-każijiet li ġew riferuti għac-CDAU fis-sena 2023, kollha ġew assessjati u nagħtaw ir-rapport

Child Development Assessment Unit (CDAU) – Tfal bi bżonn ta’ LSE

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu konklużi assessments u rapporti fiċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) fl-2023,li fihom sabu li t-tfal għandhom bżonn l-għajnuna ta’ LSE (full-time jew shared)?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.