Jista’ l-Ministru jgħid;
i. Kemm saru visti tal-annimali mill-2016 sa l-aħħar tal-2023, maqsuma kull sena?
ii. Meta jerġa’ jiftah l-isptar, ser ikun hemm xi miżati stabbiliti u jekk iva, x’inhuma?
iii. Jekk hemmx sussidji mill-Gvern fuq il-miżati?
iv. X’ser ikun il-ħin tal-ftuħ?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Isptar tal-Annimali huwa mmexxi minn operatur privat, u għaldaqstant il-Gvern ma jkollux l-informazzjoni rikjesta, kif ukoll ma jagħti l-ebda sussidju fuq il-miżati għal l-istess raġuni.
Fid-dawl li għal ħafna persuni, l-annimali jqisuhom daqs li kieku wliedhom, u hu importanti li dawn il-proċeduri jkunu rispettużi u trasparenti biex is-sidien tal-annimali jkollhom is-serħan tal-moħħ, jista’ l-Ministru jgħid:
i. Fejn huwa l-krematorju tal-annimali?
ii. Jekk is-sidien ikunu jridu jżommu l-irmied tal-annimal għażiż għalihom, x’inhi l-proċedura?
iii. L-annimali jinħarqu wieħed, wieħed jew jinħarqu flimkien?
iv. Kif jiġi assigurat li l-irmied tal-annimal jingħataw lis-sid/sidien proprju?
v. Sa liema punt is-sid/sidien ikunu jistgħu josservaw dan il-proċess?; u
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-proċedura relatata ma’ dan il-proċess?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 15569. L-uniku krematorju tal-annimali f’Malta huwa mmexxi mill-privat u għaldaqstant il-Gvern m’huwiex f’pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni rikjesta.
Fid-dawl li s-servizz ta’ trasport pubbliku hu diċenti u effiċjenti tant li ħa l-award tal-aqwa Infrastruttura u li s-sidien tal-karozzi jużaw it-trasport pubbliku minflok il-karozza privata tagħhom, jista’ l-Ministru jgħid huwiex lest li jwaqqaf il-karozzi kollha tal-Ministeru tiegħu u ta’ Trasport Malta biex minflok jużaw it-trasport pubbliku għal waqt il-qadi ta’ dmirijiethom, b’hekk ikun qed jingħata eżempju (li jkaxkar), u jitnaqqsu xi wħud mill-karozzi tal-Gvern mit-toroq u b’hekk jonqos ukoll it-traffiku?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Maltin u l-Għawdxin huma l-aqwa xhieda ta’ kemm it-trasport pubbliku llum il-ġurnata huwa iktar diċenti mis-servizz tal-Arriva li suppost kien ġab fi tmiemhom il-buzzulotti iżda li minflok kien ħoloq kaos assolut.
Infakkar li dan il-Gvern huwa wieħed mill-uniċi fl-Ewropa li qed jagħti t-trasport pubbliku b’xejn lil kulħadd – kemm il-karozzi tal-linja f’Malta u Għawdex kif ukoll il-ferries bejn il-Belt Valletta u l-Kottonera u tas-Sliema. L-istatistika turi li qed tiġi reġistrata żieda qawwija ta’ vjaġġi b’dawn il-mezzi li mingħajrhom kien ifisser biss l-użu ta’ iktar vetturi privati fit-toroq.
Infakkar ukoll li f’Settembru li għadda twettaq investiment ta’ 20 miljun ewro biex illum għandna 30 karozza tal-linja ġdida li taħdem bl-elettriku, għalhekk bla dubju iktar effiċjenti.
Dan bl-ebda mod ma jfisser li l-Gvern huwa kuntent bl-aspetti kollha tat-trasport pubbliku. Kif diġa ddikjarajt pubblikament, il-Ministeru se jkompli jaħdem mal-operatur privat fuq bidliet oħra li hemm bżonn, fosthom wara li nisimgħu aktar fuq tiġdid f’ċertu rotot.
Lil hinn mill-partiġjaniżmu tal-Oppożizzjoni, il-Gvern qiegħed jinċentiva bil-fatti l-mixja lejn transport alternattiv mhux biss għal Ministeru wieħed jew entita waħda tiegħu, iżda għal poplu kollu. Li ntejjbu l-kwalita tal-arja, innaqqsu l-konġestjoni u nagħmlu l-parti tagħna fil-ġlieda dinjija kontra t-tibdil fil-klima huwa sforz konġunt li rridu nagħmlu kollha flimkien. Din hija t-triq ‘il quddiem.
TCNs — Istituzzjonijiet edukattivi li joffru bridging-courses
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11897, peress illi fit-tweġiba ma ssemmix kemm jiswew il-bridging courses offruti mill-Università ta’ Malta u mill-MCAST, jista’ l-Ministru jgħid:
i. kemm jiswew dawn il-korsijiet?
ii. jekk l-istudenti (immigrant) jingħatawx l-opportunità li jħallsu by installments,
iii. jekk iva, kif?; u
iv. jekk hijiex ġustizzja soċjali li persuni,li jiġu Malta minn pajjiżi li qed jiżviluppaw, u li biex waslu Malta kellhom iħallsu eluf t’ewro, ikollhom iħallsu dawn l-eluf t’ewro għal kors, meta pajjiżna għandu nuqqas kbir ta’ infermiera fis-servizzi tas-saħħa?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern jikkunsidrax li jneħħi l-miżata jew jagħti xi tip ta’ scholarships, anke parzjalment imħallsa mill-Unjoni Ewropea (UE), biex persuni li ġew Malta minn pajjiżi li qed jiżviluppaw u li jixtiequ jattendu l-bridging courses offruti mill-Università ta’ Malta u mill-MCAST, ma jkollhomx għalfejn iħallsu dawn il-miżati esaġerati?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Tfal fid-djar residenzjali jew fostered — Kura alternattiva
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li huma f’kura alternattiva (fostered jew djar residenzjali)? Kemm minn dawn it-tfal huma f i djar residenzjali immexxija; mill-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS), mill-Knisja u minn NGOs oħra? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-tfal huma taħt Ordni tal-Ħarsien?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16002.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk iċ-Child and Young People's Services (CYPS) jorganizzax korsijiet jew gruppi għall-ġenituri li għandhom uliedhom li għandhom diffikultà fl-imġieba? Jekk iva, kemm saru minn dawn il-korsijiet fl-2023 u jekk le, għaliex le? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ sapport u għajnuna tingħata mis-CYPS lil ġenituri ta’ tfal b’diffikultajiet fl-imġieba?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li jsiru dawn il-korsijiet:
CYGNET: Programm għall-ġenituri li għandhom tfal b’dijanjozi tal-awtiżmu. Sessjonijiet isiru mall-ġenituri rigward għarfien fuq l-awtizmu u kif ġenitur l-aħjar jimxi mat-tfal bl-awtiżmu. Matul is-sena 2023 sar grupp wieħed ta’ għaxar persuni, fejn ingħataw total ta’ 6 sessjonijiet.
Phoenix Group: Grupp għall-ġenituri li għandhom tfal jagħmlu ‘self-harm’. Sar grupp wieħed li attenda fejn kien hemm reazzjoni pożittiva.
Family Focused Clinic: servizz li jilqa’ riferti meta jkun hemm problemi ta’ saħħa mentali assoċjata ma diżgwid/nuqqas ta’ funzjoni jew nuqqas ta’ dinamika tajba bejn il-membri tal-familja. Fl-2023, il-Family Focus Clinic ta 209 sessjonijiet.
Incredible Years: Programm għall-ġenituri li għandhom tfal b’dijanjożi tal-ADHD. Sessjonijiet isiru mall-ġenituri rigward għarfien fuq l-ADHD u kif ġenitur l-aħjar jimxi mat-tfal bl-ADHD. Sfortunatament fl-2023, ma kienx hemm gruppi li saru ta’ “Incredible Years”minħabba li konna qed nistennew xi riżorsi minn barra ġejjin u anke ħabba problemi ta’ riżorsi umani. Pero’ il-pjan hu li dan il-programm ser jerġa jiftaħ lejn l-aħħar ta' Marzu 2024.
Jista’ l-Ministru jiċċara x’inhuma l-kriterji biex persuna tilħaq il-grad ta’ In Charge Nurse? Jekk persuni jilħqu l-kriterji minimi, kif tintgħażel persuna minn oħra? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-mistoqsijiet tal-intervista u /jew scoring sheets li jintużaw biex jiġi ddeterminat min ikun/u l-aħjar kandidat/i għal din il-kariga?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-proċess biex persuna tilħaq Charge Nurse huwa permezz ta' sejħa kompettitiva. Jekk persuna tilħaq il-kriterji stabbiliti fis-sejħa, il-persuna tiġi msejħa għall-intervista quddiem bord tal-għażla. Il-kriterji u sotto kriterji stabbiliti, kif ukoll il-punti massimi allokati ikunu approvati mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. Il-mistoqsijiet ikunu bbażati fuq l-kriterji u s-sotto kriterji kif ikun diterminat mill-bord tal-għażla rispettiv. Il-persuni jigu kklassifikati f’ordni ta’ mertu u jingħataw appuntament skont il-vakanzi. Dawn huma il-kriterji stabbiliti:
Criteria
Related Knowledge
Relevant Experience
Qualifications
Skills & Abilities for the Post
Personal Qualities
Jista’ l-Ministru jiċċara x’inhuma l-kriterji biex persuna tilħaq il-grad ta’ Practice Nurse? Jekk persuni jilħqu l-kriterji minimi, kif tintgħażel persuna minn oħra? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-mistoqsijiet tal-intervista u /jew scoring sheets li jintużaw biex jiġi ddeterminat min ikun l-aħjar kandidat għal dawn il-karigi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-proċess biex persuna tilħaq Practice Nurse huwa permezz ta' sejħa kompettitiva. Jekk persuna tilħaq il-kriterji stabbiliti fis-sejħa, il-persuna tiġi msejħa għall-intervista quddiem bord tal-għażla. Il-kriterji u sotto kriterji stabbiliti, kif ukoll il-punti massimi allokati ikunu approvati mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. Il-mistoqsijiet ikunu bbażati fuq l-kriterji u s-sotto kriterji kif ikun diterminat mill-bord tal-għażla rispettiv. Il-persuni jiġu kklassifikati f-ordni ta’ mertu u jinghataw appuntament skont il-vakanzi. Dawn huma il-kriterji stabbiliti:
Criteria
Related Knowledge
Relevant Experience
Qualifications
Skills & Abilities for the Post
Personal Qualities
B’referenza għaċ-ċirkulari DH 411/2023 – HR/MFH/16/2023 fejn l-applikanti kollha għall-grad ta’ Practice Nurse għandhom ikollhom Masters Degree (MQF 7) jew ikunu fil-proċess li jġibu din il-kwalifika sa sitt snin wara l-ħatra fil-kariga, jista’ l-Ministru jgħid:
1. Meta din il-klawsola imsemmija hawn fuq daħlet l-ewwel darba?
2. Kemm hawn practice nurses fis-settur pubbliku?
3. Kemm minn dawn il-practice nurses għandhom livell ta’ dottorat (MQF8)?
4. Kemm minn dawn il-practice nurses għandhom livell ta’ masters skont iċ-ċirkolari imsemmija hawn fuq?
5. Kemm minn dawn il-practice nurses bdew u għadhom fil-proċess li jġibu dan il-masters skont iċ-ċirkolari imsemmija hawn fuq?
6. Kemm minn dawn il-practice nurses għadhom ma bdewx dan il-masters skont iċ-ċirkolari imsemmija hawn fuq?
7. Jekk xi ħadd bil-masters diġà jingħatax prijorità minn xi ħadd li għadu ma ġabx il-masters degree skont iċ-ċirkolari imsemmija hawn fuq?
8. X’jiġri jekk il-persuni li jkunu nħatru practice nurses ma jġibux il-Masters skont iċ-ċirkolari imsemmija hawn fuq?
9. Kemm minn dawn li għandhom jew qed jagħmlu masters, huwa masters fil-management jew simili?
10. Masters fil-Management tas-servizzi tas-saħħa (jew simili) hija kkunsidrata bħala masters ta’ speċjalizzazzjoni li hi neċessarja għal grad ta’ practice nurse li hu grad ta’ speċjalista f’qasam kliniku, u mhux management?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
B’referenza għall-mistoqsijiet li l-Onor. Interpellenat għamlet f’din l-interpellanza, ninsab infurmat li l-klawsola imsemmija daħlet għall-ewwel darba fil-Ftehim Settorali tas-sitta (6) ta’ Frar 2013. Dan il-ftehim kien jistipula jekk il-Masters ma jitlestix f’erba’ snin, tingħata estenzjoni ta’ sentejn f’ċirkustanzi speċjali. Ninsab infurmat li hemm żewg Practice Nurses li għandhom livell ta’ Dottorat, mija u tletin (130) Practice Nurse/Midwife li għandhom kwalifika livell ta’ Masters skont iċ-ċirkolari imsemmija hawn fuq, u ħames (5) Practice Nurses li bdew u għadhom fil-proċess li jġibu dan il-masters skont iċ-ċirkolari imsemmija hawn fuq. Ġejt infurmat li m’hemm ebda Practice Nurse li għadu ma bediex dan il-masters skont iċ-ċirkolari imsemmija hawn fuq. Ta min isemmi, li hemm seba’ (7) Practice Nurse u Practice Midwife waħda (1) li ma għandhomx Masters iżda dawn ma kienux obbligati li jagħmluh skont is-sejħa meta ħarget. Ninforma lill-Onor Interpellant li ġejt infurmat li huwa l-bord tal-għażla li għandu d-diskrezzjoni li jiddeċiedi jekk persuna li għandu jew m’għandux Masters jingħata prijorità, peress li l-kriterja tal-għażla mhix ibbażata biss fuq il-kwalifika. F’każ li l-persuni li jkunu nħatru Practice Nurses/Midwives ma jġibux il-Masters skond iċ-ċirkolari imsemmija hawn fuq, il-ħatriet jiġu rrevokati immedjatament. Ninsab infurmat ukoll li hemm tlieta u ghoxrin (23) Practice Nurse / Midwife li għandhom jew qed jagħmlu masters fil-management jew simili.
Ninforma lill-Onor Interpellant li skont l-aħħar Ftehim Settorali, iffirmat fil-25 ta’ Settembru 2023, il-persuni li se jingħataw il-post ta’ Practice Nurse/Midwife irid ikollom kwalifika speċifika fil-qasam rispettiv. Jekk ma jinħatar ħadd, is-sejħa terġa toħroġ għal dawk li m’għandomx il-kwalifika speċifika b’kundizzjoni li jridu jikkwalifikaw fil-kors rispettiv fi żmien sentejn. Intant għar-rigward ta’ Practice Nurses fis-saħħa u l-anzjanità attiva, l-Onor. Interpellant għandha tirreferi għat-tweġiba li ngħatat mal-mistoqsija parlamentari 17521.
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-isptar tal-annimali f’Ta’ Qali, li għalaq ħesrem f’Awwissu li għadda, ser jerġa’ jinfetaħ?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-amministrazzjoni u l-operat ta’ dan l-isptar huwa ta’ natura privata u mhux governattiva. Madanakollu, il-Gvern għaddej f’diskussjoni mat-tmexxija tal-APH biex jassigura li l-isptar jerġa’ jiftaħ fl-iqsar żmien possibbli.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm miż-żwiġijiet bejn is-sena 2010 u l-2023:
i. kienu bi żwieġ bil-Knisja?
ii. kienu koppja Maltin?
iii. kienu barranin it-tnejn?
iv. kienu mħalltin?
Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kien żwieġ ċivili biss u kemm minnhom;
i. kienu koppji Maltin?
ii. kienu barranin it-tnejn?
iii. kienu mħalltin?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm żwiġijiet b’sena sena bejn l-2010 u l-2023? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm żwiġijiet b’sena sena bil-knisja bejn l-2010 u l-2023?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm miż-żwiġijiet bejn is-sena 2010 u 2023:
i. kienu bi żwieġ bil-Knisja?
ii. kienu koppji Maltin?
iii. kienu barranin it-tnejn?
iv. kienu mħalltin?
Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kien żwieġ ċivili biss u kemm minnhom;
i. kienu koppji Maltin?
ii. kienu barranin it-tnejn?
iii. kienu mħalltin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm separazzjonijiet taż-żwieġ reġistrati sena b’sena bejn l-2010 u l-2023?
Jista’ jgħid ukoll kemm kienu ilhom fiż-żwieġ:
i. 0–5 snin;
ii. 6–10 snin;
iii. 11–15 snin;
iv. 16–20 snin;
v. 21–25 snin; u
vi. 26+ snin?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn l-2010 u l-2023 in-numru ta’ separazzjonijiet li ġew reġistrati huma kif indikat fit-tabella ta’ hawn taħt, u għar-rigward tat-tieni parti tad-domanda, infurmat li l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżommx tali statistika.
Sena
Qorti ta’ Malta
Qorti t’Għawdex
2010
113
7
2011
134
13
2012
96
5
2013
91
5
2014
105
7
2015
107
6
2016
117
12
2017
105
6
2018
114
2
2019
109
7
2020
109
6
2021
117
5
2022
106
5
2023
110
13
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn tfal li huma reġistrati taħt ġenitur wieħed (il-ġenitur l-ieħor mhux magħruf)? Kemm minn dawn huma reġistrati taħt nisa jew irġiel biss? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm tfal reġistrati mal-istess single parent (single parent b’iktar minn wild wieħed?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li skont reġistrazzjonijiet irreġistrati mar-Reġistru Pubbliku ta’ Malta sal-14 ta’ Frar 2024, fl-2023 ġew reġistrati 91 tarbija taħt ġenitur wieħed, fejn il-ġenitur l-ieħor mhux magħruf u kollha huma reġistrati taħt nisa. Minn dawn il-ġenituri, kien hemm 16 li għandhom aktar minn wild wieħed irreġistrat taħt isimhom. Dawn il-figuri ma jinkludux adozzjonijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ vjolenza domestika matul is-sena 2023? JIsta' jgħid ukoll:
i. kemm minn dawn kienu magħmulin minn persuni li jidentifikaw mal-ġeneru femminili?
ii. kemm minn dawn kienu magħmulin minn persuni li jidentifikaw mal-ġeneru maskili?
iii. kemm minn dawn il-persuni kienu jidentifikaw ma’ ġeneri oħra?
Jista’ l-Ministru jagħti din l-informazzjoni skont il-lokalità fejn huma residenti l-persuni li għamlu r-rapport u skont l-età tal-persuni li għamlu r-rapport (f’age brackets)?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2023 kien hemm elfejn u wieħed u sebgħin (2071) rapport ta’ vjolenza domestika irreġistrati fis-sistema tal-Pulizija. Dawn ġew irreġistrati fil-lokalitajiet fejn seħħ l-inċident, skond kif jidhru fit-tabella mmarkata A li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, liema residenza mhiex neċessarjament ir-residenza tal-persuni li għamlu r-rapport jew il-vittmi.
Qed titpoġġa wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra tabella oħra mmarkata B li turi kemm mir-rapporti kienu magħmulin minn persuni femminili u dawk maskili skond kif irreġistrati fis-sistema, kif ukoll kategorija ta’ età tal-vittmi.
In-Naaxxar — Induction Hub tal-Migrants Learner Unit
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan fl-immedjat tal-Gvern għall-iskola sekondarja tal-Induction Hub tal-Migrants Learner Unit fin-Naxxar, li minħabba x-xogħlijiet li għaddejjin fuq il-bini ta’ grawnd tal-futbol, m’għandhiex post fil-miftuħ għar-rikreazzjoni tal-istudenti? Jista’ jgħid ukoll hemmx xi pjan li din l-istess skola tiġi rrinovata, għaliex parti minnha ma tistax tintuża, hemm diversi twieqi mkissrin, m’hemmx lift, nieqsa minn kmamar kbar biżżejjed, fiha klassijiet mingħajr interactive whiteboard u diversi nuqqasijiet oħra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għan tal-iskola, bħal kull skola oħra, hi li dejjem tagħti servizz utli lill-istudenti li jattendu fiha.
Il-Gżira — Triq Manoel u parti minn Triq Karlu Manchè – Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Triq Manoel u parti minn Triq Karlu Manchè, fil-Gżira, humiex se jsiru żoni pedonali? Dan għaliex wara li suppost tlesta x-xogħol fuq dawn l-akkwati, bankina għad ma hemmx u ġaladarba għadhom jgħaddu l-karozzi din iż-żona saret perikoluża immens?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Tas-Sliema, il-Gżira u Ta’ Xbiex – Xogħol fuq il-promenade
Question
Jista’ l-Ministru jgħid hemmx xi pjan li x-Xatt ta’ Ta’ Xbiex u tal-Gżira (il-promenade), kif ukoll ta’ Tas-Sliema, jsirilhom upgrade tant meħtieġ? Jekk iva, meta se jinbeda x-xogħol f’kull lokalità?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.