Legislature:
Category:
Reset
Active:

Emigranti Maltin — Boroż ta’ studju

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-Gvern Malti joffri boroż ta’ studju (sponsorships) lil ċittadini Maltin jew it-tfal tagħhom, emigranti, sabiex jistudjaw il-Malti f’Malta?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 16864 u 16867.

Manoel Island — Żvilupp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistix xi timeline dwar l-iżvilupp ta’ Manoel Island li tħalliet fi stat ta’ abbandun totali għal snin twal?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fid-dawl ta’ żviluppi u proċessi pendenti marbuta ma’ applikazzjonijiet ma’ diversi awtoritajiet oħra, il-konċessjonarji ta’ dan il-proġett qed iressqu l-proposti tagħhom rigward timeline għat-tkomplija tiegħu skond it-termini tal-konċessjoni emfetewtika li kienet ingħatat f’Ġunju tas-sena 2000.

Imsida — Għassa tal-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se titlesta l-Għassa tal-Pulizija tal-Imsida, peress li din il-lokalità spiċċat bla għassa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-Korp tal-Pulizija huwa kommess li jibqa jtejjeb l-ambjent tax-xogħol tal-membri tiegħu biex jimmotivahom u jkompli jgħolli l-livell tas-servizz offrut lill-komunità. Ix-xogħol ta’ rinovar fl-Għassa tal-Imsida huwa konsiderevoli u l-investiment relatat jlaħħaq il-€1.4M. Huwa previst li dan jitlesta bejn l-ewwel kwart u nofs is-sena 2025. Kif ingħad fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 12365 is-sena li għaddiet, u kif imħabbar fuq il-paġni soċjali tal-Korp, is-servizz tal-Pulizija fl-Imsida, qiegħed temporanjament jiġi offrut mill-għassa ta’ tas-Sliema, waqt li s-servizz tal-Pulizija tal-Komunita’ qed isir mill-Kunsill Lokali f’Ta’ Xbiex.

Ażma – Trattament — Tfal li ddaħħlu fil-polikliniċi u fl-isptarijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu tfal għal trattament tal-ażma fil-polikliniċi u fl-isptarijiet, sena b’sena, mill-2013 sal-aħħar tas-sena 2023?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9351.

Tfajliet taħt it-18-il sena li kellhom korriment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfajliet taħt it-18-il sena li kellhom korriment (miscarriage), sena b’sena, bejn l-2013 u l-2023?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li n-numri ta’ tfajliet taħt it-tmintax il-sena li ddaħlu l-Isptar Mater Dei bejn 2013 u 2023 (sa Ottubru) fejn miscarriage ġiet irregistrata bħala discharge diagnosis, maqsumin sena b’sena jinsabu fit-tabella hawn taħt: Sena Persuni 2013 4 2014 1 2015 1 2016 6 2017 4 2018 5 2019 2 2020 4 2021 0 2022 4 2023 (Jan-Oct) 0

Skejjel tal-Malti fl-Awstralja – Nefqa fuq riżorsi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus jew investa, jekk nefaq jew investa, il-Gvern Malti f’riżorsi u kotba li jgħaddi lill-iskejjel tal-Malti fl-Awstralja fl-aħħar għaxar snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Ministeru investa il-fuq minn €30,000 f’riżorsi u kotba u li dawn jiġu mgħoddija lill-iskejjel tal-Malti fl-Awstralja.

PBS – Nefqa fuq it-trasmissjonijiet tal-aħbarijiet fuq il-kanal SBS tal-Awstralja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm jiswew fis-sena t-trasmissjonijiet tal-aħbarijiet tal-Public Broadcasting Service (PBS) fuq il-kanal SBS tal-Awstralja?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill- Public Broadcasting Service li ma kien hemm l-ebda spiża fuq it-trasmissjonijiet tal-aħbarijiet fuq il-kanal SBS tal-Awstralja.

Emigranti Maltin fl-Awstralja, il-Kanada, l-Istati Uniti u pajjiżi oħra – Investiment fuq il-komunitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm jinvesti flus il-Gvern Malti fuq il-komunitajiet Maltin u ċ-ċittadini Maltin emigranti fl-Awstralja, il-Kanada, l-Istati Uniti u pajjiżi oħra?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Iterpellant li l-flus li jinvesti l-Gvern Malti fuq il-komunitajiet Maltin u ċ-ċittadini Maltin emigranti fl-Awstralja, il-Kanada, l-Istati Uniti u pajjiżi oħra jinsabu fl-estimi finanzjarji tal-Budget, li diġà tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Emigranti Maltin fl-Awstralja, il-Kanada, l-Istati Uniti u pajjiżi oħra – Investiment fuq il-komunitajiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm jinvesti flus il-Gvern Malti fuq il-komunitajiet Maltin u ċ-ċittadini Maltin emigranti fl-Awstralja, il-Kanada, l-Istati Uniti u pajjiżi oħra?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16866.

Emigranti Maltin — Boroż ta’ studju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-Gvern Malti joffri boroż ta’ studju (sponsorships) lil ċittadini Maltin jew it-tfal tagħhom, emigranti, sabiex jistudjaw il-Malti f’Malta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ joffri appoġġ għal inizjattivi maħsuba biex il-Maltin li jgħixu barra jibqgħu jinteressaw irwieħhom f’ilsienna. Għaldaqstant, b’kollaborazzjoni mal-Ministeru tal-Edukazzjoni, bosta kienu d-drabi li bgħattna kotba bil-Malti fi bliet fejn hemm komunitajiet ta’ Maltin, bħal New York fl-iStati Uniti u anke Brussell fil-Belġju. Bħalissa l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ qed jaħdem id f’id maċ-Ċentru tal-Ilsien Malti, bi proġetti maħsuba li jkattru l-għarfien u l-interess f’ilsienna. Dan qed isir mal-missjonijiet bilaterali ta’ pajjiżna fil-Belġju u fl-Awstralja. L-idea hi li mhux biss inħarsu lejn tagħlim f’ambjent ta’ skola, iżda naraw li nagħmlu użu mill-aqwa ta’ materjal awdjoviżiv bil-Malti li jagħmel ilsienna aċċessibbli għal mezzi l-iżjed imfittxija. Bħalissa ma hemmx pjanijiet biex ikunu offruti boroż ta’ studju lil Maltin jew lit-tfal tagħhom, emigranti, sabiex jistudjaw il-Malti f’Malta.

Emigranti Maltin — Boroż ta’ studju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-Gvern Malti joffri boroż ta’ studju (sponsorships) lil ċittadini Maltin jew it-tfal tagħhom, emigranti, sabiex jistudjaw il-Malti f’Malta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru joffri għotjiet u skemi ta’ Boroż ta’ Studju skont ir-regoli taħt il-kriterji ta’ eliġibilità.

Malta u Għawdex – Proġetti ta’ tisbiħ

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema kienu l-proġetti ta’ tisbiħ madwar Malta u Għawdex, maqsuma lokalità b’lokalità, fil-perjodu bejn is-sena 2018 u l-2023? Jista’ jgħid ukoll x’kien il-baġit ta’ kull proġett?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.

Kulleġġi – Rata ta’ assenteiżmu — Ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija 14332 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u jgħid kemm-il ċitazzjoni nħarġet lill-ġenituri minħabba l-assenteiżmu fis-snin 2022 u 2023?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Kulleġġi – Rata ta’ assenteiżmu — Taħrikiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14333 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u jgħid kemm kien hemm ġenituri li ġew imħarrka biex jitilgħu quddiem it-tribunal minħabba l-assenteiżmu fis-snin 2022 u 2023?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Skola obbligatorja – Studenti li ma jkomplux

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14335 u jgħid x’inhi r-rata ta’ studenti li ma jkomplux l-iskola obbligatorja, sena b'sena, mill-2013 sa 2023?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Maltin tal-Awstralja — Ċittadinanza doppja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Maltin tal-Awstralja li għandhom iċ-ċittadinanza doppja u x’etajiet għandhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li skont id-dispozzizjonijiet tat-Taqsima IV tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Cap 188), Malta taċċetta il-prinċipju taċ-ċittadinanza multipla. Bis-saħħa ta’ dawn id-dispożizzjonijiet huwa dritt inerenti li jgawdi kull ċittadin Malti li jista’ jżomm iċ-ċittadinanza ta’ pajjiż ieħor ma’ dik Maltija. Għaldaqstant ma jinżammx rekord ta’ dawk iċ-ċittadini kollha Maltin li għandhom dan id-dritt.

Maltin tal-Awstralja — Pensjoni minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Maltin tal-Awstralja li jieħdu xi tip ta’ pensjoni minn Malta?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpallanta li, matul is-sena 2023, id-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali ħallas pensjoni jew benefiċċji lil 4,606 persuni li jgħixu fl-Awstralja li jkunu ħadmu għal xi snin f’Malta matul ħajjithom. Ta’ min wieħed jinnota li l-istatistika ma’ tagħmilx distinzjoni bejn persuni ta’ nazzjonalità Maltija u persuni ta’ nazzjonalitajiet oħra. L-istatistika tal-pensjonijiet u benefiċċji li jitħallsu barra minn Malta tinġabar abbażi tal-pajjiż tar-residenza.

Sptar tal-Annimali

Question

Wara investiment ta’ €1.4 miljun u l-inawgurazzjoni fl-2016, jista’ l-Ministru jgħid: i. Jekk kienx sar investiment biex jiġi protett l-apparat li jiswa ħafna flus minn provvista ta’ elettriku instabbli?; u ii. X’miżuri qed jittieħdu biex ma jiġrix l-istess f’każ li jerġa’ jkollna elettriku instabbli fil-heatwave fis-sajf li ġej?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12239. Kull forma ta’ investiment ulterjuri huwa f’idejn l-operatur privat tal-imsemmi sptar tal-annimali.