Jista’ l-Ministru jgħid mil-liema irħula jew bliet kienu l-applikanti li ngħataw l-akkomodazzjoni soċjali, jiġifieri l-belt jew raħal li kienu rreġistrati fuqu l-applikanti meta għamlu l-applikazzjoni, qabel ingħataw l-akkomodazzjoni soċjali fl-2022?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid mil-liema irħula jew bliet kienu l-applikanti li ngħataw l-akkomodazzjoni soċjali, jiġifieri l-belt jew raħal li kienu rreġistrati fuqu l-applikanti meta għamlu l-applikazzjoni, qabel ingħataw l-akkomodazzjoni soċjali fl-2023?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hawn CEOs/kapijiet ta’ aġenziji pubbliċi? Kemm minn dawn kienu appuntati wara sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat rigward ic-CEOs/kapijiet ta’aġenziji pubbliċi fi ħdan id-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru kif ġej:
Entita
CEO/Kap
Metodu kif ġew appuntati
MITA
Mr Emanuel Darmanin
Appuntat wara sejħa interna
Servizz.gov
Mr Massimo Vella
Appuntat b’mod dirett
RSSL
Mr Lawrence Mizzi(Executive Chairman)
Appuntat b’mod dirett
Awtorita tax-Xandir
Dr Joanna Spiteri
Appuntata wara sejħa pubblika
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16194 u jgħid kemm minn dawn il-vittmi ta' traffikar tal-persuni:
i. kienu nisa/irġiel marbuta ma' massage parlours;
ii. kienu nisa/irġiel fis-settur tal-kostruzzjoni; u
iii. kienu nisa jew irġiel fil-prostituzzjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub minnha jinsab fl-estratti mehmużin tal-Annual Statistical Report tal-Aġenzija Appoġġ fi ħdan l-FSWS għas-sena 2022 u l-Half-Yearly Report tal-istess aġenzija għas-sena 2023, li kopja qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fl-aħħar nett, infakkar li dan is-servizz ġie introdott fl-2018 u allura l-istatistika disponibbli tmur lura sa dik is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti biex isiru interpreti tal-Malti fl-Università ta’ Malta minn meta fetaħ il-kors l-ewwel darba, sas-sena 2023, maqsuma sena b’sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena akkademika 2003/2004 s’issa kien hemm total ta’ 359 student li attendew l-Universita ta’ Malta biex isiru interpreti.
Pensjonijiet — Studji, rapporti jew rakkomandazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar studji, rapporti jew rakkomandazzjonijiet dwar is-sostennibilità tal-pensjonijiet f’pajjiżna?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-rapport strateġiku li jmiss hu bil-liġi mitlub li jkun lest sal-aħħar tal-2025.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirċievu s-Social Assistance (SA jew kif inhu magħruf, ir-relief), xahar xahar minn Jannar 2023 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jipprovdi tabella ta’ dawn il-benefiċjarji tas-Social Assistance skont l-ammont ta’ benefiċjarji, il-ġeneru u l-età (age group)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jipprovdi tabella tal-benefiċjarji tas-Social Assistance skont l-ammont ta’ benefiċjarji, u r-raħal jew belt skont fejn huma rreġistrati l-applikanti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterji jingħata s-Social Assistance?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kriterji li jirregolaw l-Għajnuna Soċjali jemanixxu mill-Artikolu 30 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn postijiet f’Malta u f’Għawdex, jekk hawn, li huma liċenzjati bħala SOP (sex on premises) u li fihom tista’ ssir attività ta’ natura sesswali?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li m’hemmx kategoriji kif speċifikat fil-mistoqsija tal-Onor. Interpellanta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn Failed Asylum Seekers f’Malta li ilhom iktar minn ħames snin u li ma jistgħux jintbagħtu lura lejn pajjiżhom?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-Gvern ma kienx kuntent bl-istatus quo fuq l-immigrazzjoni rregolari. Għalhekk ittieħdu numru ta’ deċiżjonijiet, inkluż bidliet leġiżlattivi, sabiex is-sistema tal-immigrazzjoni rregolari tkun waħda aktar soda u ġusta, kemm lokalment u kif ukoll fuq livell internazzjonali. Ħdimna mill-qrib ma’ pajjiżi oħra, pajjiżi ta’ oriġinu u kif ukoll pajjiżi ta’ tranżitu, sabiex naqqasna l-wasliet irregolari u jintilfu anqas ħajjiet fuq il-baħar.
Għamilna tibdil sabiex ikollna sistema ġusta ma’ min ħaqqu protezzjoni iżda iebsa ma’ min ma jkollux dritt joqgħod ġewwa pajjiżna. Dan kien possibbli permezz ta’ bidliet leġiżlattivi, investiment fil-proċess tal-ażil, partikolarment bil-ħolqien tal-International Protection Agency u t-tnaqqis fl-ammont ta’ applikazzjonijiet pendenti.
Twaqqaf ukoll Returns Unit fi ħdan il-Ministeru sabiex jiffoka fuq ir-ritorn lejn il-pajjiż tal-oriġinu ta’ dawk il-persuni li ma jkunux jeħtieġu protezzjoni f’pajjiżna.
Fl-istess waqt sar xogħol estensiv fiċ-ċentri tal-immigranti, kemm dawk magħluqa u kemm dawk miftuħa, mingħajr ma poġġejna piż fuq il-komunitajiet tal-madwar kif kien ġara fi żminijiet imgħoddija.
Ukoll, żdiedu b’mod konsiderevoli l-isforzi biex nies li jkunu daħlu Malta irregolarment u ma jikwalifikawx għal-ażil jiġu ritornati lejn pajjiżhom.
Infurmat li minn Jannar 2020 ġew ritornati 875 persuna li kienu daħlu Malta b’mod irregolari lejn il-pajjjiż tal-oriġinu, hekk kif dawn ma kienux jikwalifikaw għal-ażil. Ukoll, kien hemm rilokazzjoni ta’ 700 persuna lejn pajjiżi oħra Ewropej.
Ninsab infurmat li persuni li ma jikwalifikawx għall-ażil u ilhom f’Malta għal aktar minn 5 snin huwa ta’ 174. Lil dawn il-persuni kollha jiġi kontinwament ofrut program volontarju ta’ ritorn jew mal-awtoritajiet lokali jew mal-International Organization for Migration (IOM). Jekk dawn il-persuni jibqgħu ma jikkoperawx mal-awtoritajiet u ma jagħżlux li jiġu ritornati b’mod volontarju, l-awtoritajiet Maltin jibqgħu jaħdmu, inkluż mal-awtoritajiet tal-pajjiżi tal-oriġinu sabiex jinħarġu d-dokumenti, sabiex ikunu ritornati b’mod sfurzat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn minuri li huma refuġjati, Failed Asylum Seekers, jew għandhom xi forma ta’ protezzjoni umanitarja?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi din is-sena kien hemm 20 minuri li ngħataw Protezzjoni Temporanja minħabba l-gwerra tal-Ukraina, filwaqt li tlett minuri oħra jgawdu minn Protezzjoni Sussidjarja.
Persuni LGBTIQ+ — status ta’ refuġjat jew protezzjoni f’Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni LGBTIQ+ minn pajjiżi barranin fejn m’għandhom l-ebda drittijiet jew qegħdin f’periklu ċar li ngħataw status ta’ refuġjat jew protezzjoni f’Malta, sena b’sena, mill-2013 sa 2023?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-orjentazzjoni sesswali ta’ dawk il-persuni li jfittxu l-ażil tiġi kkunsidrata mill-Aġenzija għall-Protezzjoni Internazzjonali waqt il-proċess tal-ażil u li persuni LGBTIQ+ li huma f’riskju ta’ persekuzzjoni fill-pajjiż tal-oriġinu tagħhom minħabba l-orjentazzjoni sesswali tagħhom, jingħataw protezzjoni ta’ refugjat mill-Aġenzija għall-Protezzjoni Internazzjonali. Infurmat li l-informazzjoni mitluba ma tistax tiġi pprovduta, peress li tali data mhijiex irreġistrata għal skopijiet ta' statistika mill-Aġenzija għall-Protezzjoni Internazzjonali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm minuri li tressqu l-Qorti fuq xi akkuża, sena b’sena, mill-2013 sal-aħħar tas-sena 2023, u kemm minnhom instabu ħatja?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba mhux disponibli mis-sena 2013. Waqt li nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9078 għall-informazjoni tas-snin 2020,2021 u 2022, ninforma li matul l-2023 kien hemm 137 minuri li tressqu l-Qorti li minnhom kien hemm 50 li nstabu ħatja.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm minuri li kellhom bżonn trattament ta’ Detox, sena b’sena, mill-2013 sal-aħħar tas-sena 2023?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, l-istatistika disponsibbli għand l-FSWS tmur lura sas-sena 2005 u allura qed nagħtiha t-tagħrif mill-2005 ‘l quddiem.
L-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Substance Misuse Out-Patients Unit – SMOPU (magħruf bħala DETOX)
Tax-Xbiex — Triq Testaferrata - Spezzjonijiet tal-Pulizija - prostituzzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet tal-Pulizija fit-toroq madwar Triq Testaferrata f’Tax-Xbiex kontra t-tlajjar għal skopijiet ta’ prostituzzjoni, sena b’sena, mill-2013 sal-aħħar tas-sena 2023?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi informazzjoni dwar spezzjonijiet tal-Pulizija tad-distrett li saru fit-toroq madwar Triq Testaferrata, f’Tax-Xbiex/Gżira, relatati ma’ tlajjar għal skopijiet ta’ prostituzzjoni, ma tinżamx għat-taqsimiet kollha tal-Korp li huma nvoluti b’tali doveri. Din minħabba illi l-preżenza tal-pulizija fl-inħawi hija konsiderevolment spissa. L-Onorevoli Membru tapprezza illi f’kull ħin waqt ir-ronda ta’ membri mid-distrett u minn diversi sezzjonijiet tal-pulizija, kemm permezz ta’ vetturi kif ukoll bil-mixi, issir sorveljanza għal dak li jkun qed iseħħ fl-inħawi u dan bħala deterrent biex abbużi ta’ prostituzzjoni kif ukoll ta’ ħafna reati oħra jiġu mrażżna. Dan jinkludi il-membri tal-Pulizija tal-Komunita’ li jkopru il-lokalita in kwistjoni, fejn jagħmlu moniteraġġ ta’ kuljum waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. L-istess jista’ jingħad għal uffiċċjali tal-RIU li jkopru din iż-żona ta’ spiss matul il-jum.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħarrku nisa u rġiel li kienu qegħdin jitlajjaw għal skopijiet ta’ prostituzzjoni, sena b’sena, mill-2013 sal-aħħar tas-sena 2023?