Sptar Mater Dei — Iċċekkjar ta’ stocks tal-mediċina - Frar 2024
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba matul ix-xahar ta’ Frar 2024, l-ispiżjara tal-Isptar Mater Dei żaru l-wards biex jiċċekkjaw l-istocks tal-mediċina u jekk kenux se jiskadu jew le?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14933 u jgħid jekk il-Gvern għandux pjanijiet biex jibda inkjesti pubbliċi separati fuq il-qtil ta’ Karin Grech u Raymond Caruana biex il-pajjiż ikun jista’ jibda jagħmel rikonċiljazzjoni ma’ din il-memorja kollettiva trawmatika u jiġu stabbiliti miti u fatti?
Response (ABELA, ROBERT)
L-appell tiegħi jibqa’ biex min għandu xi informazzjoni dwar dawn il-każijiet li jibqgħu tebgħa sewda fl-istorja ta’ pajjiżna, tmissu l-kuxjenza u jersaq 'il quddiem, anke għax l-investigazzjonijiet baqgħu dejjem miftuħa.
Nirreferi wkoll lill-Onor. Interpellanta li amministrazzjonijiet preċedenti tul l-aħħar għexieren ta’ snin qatt ma ħadu dan il-pass, f’mumenti li setgħu kienu iktar opportuni. Bl-istess mod ħadu deċiżjonijiet importanti oħra bħal ħlas ta’ kumpens lill-familja ta’ Raymond Caruana u nirreferi wkoll lill-Onor. Interpellanta għall-sentenzi tal-Qrati fil-każ Karin Grech li ddikjaraw ukoll il-mottiv wara dak il-qtil. Sentenzi, li b’dispjaċir kienu ġew anke appellati mill-amministrazzjoni ta’ dak iż-żmien.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16219 u jgħid kemm hawn għalliema pensjonanti li baqgħu jaħdmu u qegħdin itaffu xi ftit il-problema ta’ nuqqas ta’ għalliema?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa hawn ingaġġati 38 għalliem pensjonant.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16221 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm-il darba mis-sena 2015 sal-aħħar tas-sena 2023, sena b’sena, il-Pulizija talbet lill-Qorti sabiex jinħatar Avukat tat-Tfal sabiex jassisti f’każijiet fejn il-minuri huma vittma, skont l-Artikolu 14 ta’ Kap. 539 (Att dwar il-Vittmi tal-Kriminalità)? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn in-nomini kienu jirrigwardjaw Avukati tat-Tfal u kemm kienu Avukati tal-Għajnuna Legali?
TCNs — Istituzzjonijiet edukattivi li joffru bridging-courses
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16246 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11897, peress illi fit-tweġiba ma ssemmix kemm jiswew il-bridging courses offruti mill-Università ta’ Malta u mill-MCAST, jista’ l-Ministru jgħid:
i. kemm jiswew dawn il-korsijiet?
ii. jekk l-istudenti (immigrant) jingħatawx l-opportunità li jħallsu by installments,
iii. jekk iva, kif?; u
iv. jekk hijiex ġustizzja soċjali li persuni,li jiġu Malta minn pajjiżi li qed jiżviluppaw, u li biex waslu Malta kellhom iħallsu eluf t’ewro, ikollhom iħallsu dawn l-eluf t’ewro għal kors, meta pajjiżna għandu nuqqas kbir ta’ infermiera fis-servizzi tas-saħħa?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16247 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u jgħid jekk il-Gvern jikkunsidrax li jneħħi l-miżata jew jagħti xi tip ta’ scholarships, anke parzjalment imħallsa mill-Unjoni Ewropea (UE), biex persuni li ġew Malta minn pajjiżi li qed jiżviluppaw u li jixtiequ jattendu l-bridging courses offruti mill-Università ta’ Malta u mill-MCAST, ma jkollhomx għalfejn iħallsu dawn il-miżati esaġerati?
Jista’ l-Ministru jgħid x’sistema hemm biex tiggarantixxi post għal servizz ta’ respite residenzjali ta’ emerġenza f’każ pereżempju li l-primary carer jiddaħħal l-isptar b’emerġenza?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta jkun hemm bżonn ta’ respite residenzjali ta’ emerġenza, jintużaw sodod li huma vakanti taħt l-iskema tar-respite. Jekk dawn ikunu kollha okkupati, tintuża sodda vakanti taħt l-iskema ta’ residenza fit-tul.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14331, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-raġunijiet li l-assentejiżmu fl-iskejjel żdied bejn l-2022 u l-2023?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jikkunsidrax li jagħmel railings tal-gallariji orizzontali illegali sabiex il-gallariji jkunu childproof?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Awtorità tal-Ippjanar tipprovdi biss linji gwida fid-“Development Control Design Policy, Guidance and Standards 2015 (DC 15) G46 e) stating that balcony railings should have a vertical orientation to ensure safety.”
Kunsill Malti tal-Infermiera u l-Qwiebel – Ċertifikati ppreżentati minn applikanti minn pajjiżi terzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif qed jiġi żgurat li ċ-ċertifikati ppreżentati lill-Kunsill Malti tal-Infermiera u l-Qwiebel minn applikanti minn pajjiżi terzi, huma veri u minn istituzzjonijiet edukattivi validi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li bħal f’kull każ fejn jiġi ppreżentatt ċertifikat ta’ kwalifika minn istituzzjoni edukattiva barranija, dan irid jkun akkumpanjat minn ċertikat mill-MQRIC li juri li l-istituzzjoni edukattiva hija rikonoxxuta, kif ukoll il-livell tal- kwalifika irrid jiġi iddeterminat.
Tobba, infermiera u qwiebel — Sigħat ta’ taħriġ kontinwu (CPD)
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif qed jiġi żgurat li t-tobba, infermiera u qwiebel jieħdu numru ta’ sigħat ta’ taħriġ kontinwu (CPD) fis-sena biex ikun żgurat il-kompetenza, is-sigurtà u s-saħħa pubblika? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn humiex prattiċi li jsiru barra minn xtutna?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nassigura lill-Onor. Interpellant li t-tobba, l-infermiera u qwiebel jieħdu b’serjetà kbira t-taħriġ kontinwu tagħhom.
Għar-rigward tat-tobba, jiġi pprovdut foundation programme għat-tobba ġodda. Jiġi pprovduti training programmes għall-ispecialist trainees fejn anke jsiru annual reviews u assessjar.
Ninsab infurmat li l-Ministeru jgħin lill-ispeċjalisti u l-konsulenti b’fondi biex ikunu jistgħu jagħmlu CPDs.
Anke għar-rigward tal-infermiera u qwiebel, dawn ukoll jiġu mgħejjuna jkomplu jattendu għan-numru ta’ taħriġ li jwassal għall-CPD jew programmi akkademiċi li jwasslu għal ċertifikat, diploma, degree, masters u PhD.
Barra minn hekk, hemm taħriġ li hu obbligatorju.
Dawn il-professjonisti, jingħataw l-opportunità li japplikaw għal study leave bi ħlas biex jattendu korsijiet tas-CPD, konferenzi, seminars lokali u internazzjonali jew sabiex isegwu aktar studji fuq livell akkademiku.
Minħabba f’hekk, illum nistgħu ngħidu li s-servizz tas-saħħa offrut minn dawn il-professjonalisti hu wieħed ta’ eċċellenza.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm mediċini li intremew minħabba li skadew? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet l-ispiża ta’ dawn il-mediċini li intremew fl-2023?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li matul 2023 inxtraw mediċini għal total ta’ kważi €127 miljun. Matul l-istess sena il-valur tal-mediċini li skadew kien ta’ €2.5 miljuni jew 1.97% ta’ nefqa totali.
Infurmat ukoll li din ir-rata ta’ skadenza tikkompara tajjeb ma’ dik f’pajjiżi oħra Ewropej.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm servizzi li joffru servizz ta’ respite residenzjali għall-anzjani?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratti kollha li jsiru ma’ djar tal-anzjani jkopru sodod għal respite. In-numru ta’ servizzi jvarja skont il-ħtieġa għaliex sodda ta’ respite tista’ tiġi wżata għal kura fit-tul. Dan isir skont l-esiġenza.
Persuni li nqabdu jħaddmu immigranti minn pajjiżi terzi irregolarment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jħaddmu immigranti minn pajjiżi terzi, irregolarment fl-2021?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi din hi ħidma ta’ moniteraġġ kontinwu mill-awtoritajiet kompetenti. Fis-snin riċenti nqabdu 4201 intrapriża, jew min iħaddem, iħaddmu persuni minn pajjiżi terzi. Minn dawn, 1060 nqabdu fl-2021, 1446 inqabdu fl-2022 u 1695 inqabdu fl-2023. Infurmat ukoll li hemm proċeduri amministrattivi /jew kriminali fil-konfront tagħhom.