Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti minorenni li kellhom jiġu kkurati minħabba self-harm fl-2023? Jista’ jippreżenta wkoll tabella bl-etajiet u l-ġeneru u possibbilment klassifikazzjoni tar-raġunijiet għal din l-imġiba?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li għandhom 16-il sena jew inqas li attendew id-Dipartiment tal-Emerġenza ta’ Mater Dei Hospital fl-2023 minħabba self-harm jew ħsibijiet ta’ self-harm jinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva huwa konxju minn dan u għalhekk hu fil-proċess li niedi Starteġija Nazzjonali għall-Prevenzjoni tas-Suwiċidji, liema strateġija tindirizza ukoll din il-qagħda.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni f’Malta li t-talba tagħhom għall-ażil ġiet irrifjutata u jaqsam din l-informazzjoni skont kemm kull persuna (l-immigrant/a) ilu/ilha Malta, (bejn 0 - 5 snin, 6 - 10 snin, 11 - 15-il sena, 16 - 20 sena jew iktar), il-ġeneru u n-nazzjonalità tal-persuna?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li matul is-sena 2023 u 2024 kien hemm 216-il deċiżjoni tal-International Protection Agency fin-negattiv.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm minorenni dipendenti fuq l-immigranti li t-talba tagħhom għall-ażil ġiet irrifjutata, u jaqsam din l-informazzjoni skont dawn l-etajiet: 0 - 5, 6 - 10, 11 - 15, 16 - 17?
Università ta’ Malta – Titjib fis-seniors’ section
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta sar l-aħħar investiment biex tittejjeb is-seniors’ section tal-canteen fl-Università ta’ Malta, inkluż it-toilets fil-viċin? Apparti l-imwejjed ġodda li ser jibdew jintużaw, jista’ jgħid ukoll meta hemm il-ħsieb li jsir titjib strutturali kif ukoll in-nuqqas ta’ plakek li hemm u l-ftit li hemm huma antiki ħafna?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li x-xogħol ta’ manutenzjoni jsir b’mod regolari u skont il-ħtieġa.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16217, fejn jissemma ‘il-mudell il-ġdid tal-inklużjoni’, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu dan il-mudell, kif inhu differenti minn ta’ qablu u fuq liema evidenza xjentifika hu bbażat?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mudell il-ġdid tal-inklużjoni se jkun iffinalizzat wara li jiġi ppreżentat lill-Ministeru r-riżultat tar-re-audit li se jsir mill-European Agency for Special Needs and Inclusive Education.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li qed jistennew biex il-każ tagħhom jiġi eżaminat mill-Istatementing Board biex jiġi deċiż jekk jingħatawx LSE?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess ta’ dawn l-applikazzjonijiet hu wieħed kontinwu u rigoruż.
Sptar Mater Dei – Każijiet ta’ Overdose ta’ droga illeċita
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm admissions fl-Isptar Mater Dei minħabba overdose ta' droga illeċita fis-sena 2023?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ ammissjonijiet ġewwa l-Isptar Mater Dei minn Jannar sa Diċembru 2023 minħabba overdose ta' droga illeċita huwa ta’ 26 każ.
Inżid ngħid li importanti li wieħed jgħid li dawn il-figuri ma jinkludux dawk il-pazjenti li setgħu ġew inviżtati fid-Dipartiment tal-Emerġenza u għal xi raġuni jew oħra ma ddaħħlux bħala pazjenti fl-iswali tal-Isptar Mater Dei.
Sptar Mater Dei – Każijiet ta’ Overdose ta’ kokaina
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm admissions fl-Isptar Mater Dei minħabba overdose ta' kokaina fis-sena 2023?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ ammissjonijiet ġewwa l-Isptar Mater Dei minn Jannar sa Diċembru 2023 minħabba overdose ta' kokaina huwa ta’ 17-il każ.
Inżid ngħid li importanti li wieħed jgħid li dawn il-figuri ma jinkludux dawk il-pazjenti li setgħu ġew inviżtati fid-Dipartiment tal-Emerġenza u għal xi raġuni jew oħra ma ddaħħlux bħala pazjenti fl-iswali tal-Isptar Mater Dei.
Sptar Mater Dei — Iċċekkjar ta stocks tal-mediċina - Marzu 2024
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba matul ix-xahar ta’ Marzu 2024, l-ispiżjara tal-Isptar Mater Dei żaru l-wards biex jiċċekkjaw l-istocks tal-mediċina u jekk kenux se jiskadu jew le?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jipproduċi lista ta’ job titles u karigi, flimkien mal-ammont f’kull kariga, li kienu mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li nħarġet sejħa pubblika biex jiġu ingaġġati mal-Gvern?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.
Sptar Karin Grech — Ingaġġ ta’ clerks u support clerks - Kwalifiki
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kwalifiki minimi biex wieħed jiġi ingaġġat bħala clerk u support clerk fl-Isptar Karin Grech?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li s-sejħiet tal-General Service li jinkludu skrivana huma dawk stabbilit mill-ftehim settorali bejn il-Gvern u żewġ unions konċernati.
Sptar Karin Grech — Physiotherapists u Occupational therapists
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm suppost hemm physiotherapists u occupational therapists, rispettivament, fl-Isptar Karin Grech? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm preżentament, physiotherapists u occupational therapists rispettivament, fl-Isptar Karin Grech u kemm minn dawn huma assenjati mal-ward RW6 fl-istess sptar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li skont il-‘Capacity Building Plan’ tal-2024, fil-Karin Grech Rehabilitation Hospital għandu jkun hemm 24 occupational therapists u 26 fiżjoterapisti.
Infurmat li preżentament hemm 16-il occupational therapists u 24 fiżjoterapisti. Madankollu dan in-numru jvarja skont iċ-ċaqliq meħtieg tal-istaff.
Infurmat li fis-sala RW6, li hija sala fejn il-pazjenti jkunu lestew ir-rijabilitazzjoni tagħom u jkunu qed jistennew biex imorru ġewwa nursing home, hemm assenjati occupational therapists u fiżjoterapisti fuq bażi ta’ ‘overtime’, jiġifieri jkun hemm servizz fejn dawn il-professjonisti jidħlu wara l-ħin tagħhom tax-xogħol. Bħalissa għandna 4 occupational therapists li joffru is-servizz tliet darbiet fil-ġimgħa u żewġ fiżjoterapisti li joffru s-servizz kuljum.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilha tiffunzjona l-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani (OPSA)? Jista’ jgħid ukoll fejn jista’ jagħmel kuntatt il-pubbliku peress illi fuq il-website (https://anzjanitaattiva.gov.mt/public-bodies/awtorita-ta-standards-ta-persuni-anzjani-opsa/) sakemm qiegħda ssir din il-mistoqsija parlamentari, m’hemm l-ebda informazzjoni dwar kif wieħed jista’ jagħmel kuntatt jew xi tip ta’ informazzjoni dwar din l-Awtorità?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Istandards għall- Persuni Anzjani (OPSA) ilha tiffunzjona mil-1 ta’ Jannar 2024 u l-pubbliku jista’ jagħmel kunttat permezz ta’ wieħed minn dawn l-mezzi:
• Free Phone: +356 8000 2002
• Email:
feedback.opsa@gov.mt
• Facebook:
https://www.facebook.com/opsamt
• Instagram:
https://www.instagram.com/opsa_malta/
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema mir-rakkomandazzjonijiet li saru fir-rapport tal-Inkjesta Pubblika dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, li ġiet konkluża f'Lulju 2021, fil-fatt ġew implimentati?
Response (ABELA, ROBERT)
Dan Gvern li għamel bidliet kbar favur governanza iktar b’saħħitha u s-saltna tad-dritt. Hu fatt magħruf li hemm rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta b’rabta mat-tisħiħ tal-media illi li kien għall-Gvern ilhom implimentati, tant li anke kienu tressqu hawn abbozzi ta’ liġi. Dak il-proċess għadu għaddej wara li l-Gvern laqa’ talbiet għal iktar konsultazzjoni u diskussjoni.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet taħt l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni, Kap. 496, minn mindu daħlet fis-seħħ s’issa, kull sena? Jista’ jgħid ukoll:
a. Kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu?
b. Kemm minn dawn it-talbiet spiċċaw quddiem it-tribunal?
c. Kemm minn dawn it-talbiet spiċċaw il-Qorti?
Response (ABELA, ROBERT)
Għal perjodu ta' minn meta daħal fis-seħħ l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni sa Ottubru 2023, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 16583 tal-Leġiżlatura 12, it-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 2515,11380,16594 u 19531 tal-Leġiżlatura 13 u t-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12469 tal-Leġiżlatura 14.
Rigward kemm talbiet spiċċaw quddiem it-tribunal jew il-Qorti, nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Rigward il-perjodu minn Novembru 2023 sal-lum ninsab infurmat li kien hemm 14 il-talba. 7 intlaqgħu, 3 ma kinux jaqgħu fil-parametri tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni u 4 huma pendenti.
Fid-dawl tal-pjanijiet il-ġodda għall-Isptar Mater Dei, fejn intqal li mhux ser ikun hemm sptar psikjatriku ġdid, imma sala psikjatrika, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għall-Isptar Mount Carmel?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għeddejjin diskussjonijiet mal-esperti. Malli dawn id-diskussjonijiet jiġi konklużi, jitħabbru l-pjanijiet.
Sptar Mater Dei — Iċċekkjar ta’ stocks tal-mediċina - Jannar 2024
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba matul ix-xahar ta’ Jannar 2024, l-ispiżjara tal-Isptar Mater Dei żaru l-wards biex jiċċekkjaw l-istocks tal-mediċina u jekk kenux se jiskadu jew le?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.