Korp tal-Pulizija — Kuntistabbli li rriżenjaw/irtiraw - 2023
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kuntistabbli li rriżenjaw u/jew irtiraw mill- Korp tal-Pulizija fl-2023?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kien hemm tlieta u ħamsin (53) -il kuntistabbli li irtira, irriżenja jew għal xi raġuni ta’ saħħa ma baqgħax fil-Korp tal-Pulizija fis-sena 2023.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm uffiċjali mill-Financial Crimes Investigations Department (FCID) (jew bl-isem ta’qabel) li rriżenjaw u/jew irtiraw fl-2021?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kien hemm tlett (3) uffiċjali li fil-jiem ta' qabel kienu jirraportaw għax-xogħol mal-Financial Crimes Investigations Department (FCID), mill-Financial Crimes Investigations Department (FCID), li irtiraw fis-sena 2021.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm uffiċjali mill-Financial Crimes Investigations Department (FCID) (jew bl-isem ta’qabel) li rriżenjaw u/jew irtiraw fl-2022?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kien hemm ħames uffiċjali li fil-jiem ta' qabel kienu jirraportaw għax-xogħol mal-Financial Crimes Investigations Department (FCID), li irtiraw, irriżenjaw għal xi raġuni spiċċaw fis-sena 2022. Ukoll kien hemm persuna waħda li ġiet boarded out għal raġuni ta' saħħa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm uffiċjali mill-Financial Crimes Investigations Department (FCID) (jew bl-isem ta’qabel) li rriżenjaw u/jew irtiraw fl-2023?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kien hemm sitt (6) uffiċjali li fil-jiem ta' qabel kienu jirraportaw għax-xogħol mal-Financial Crimes Investigations Department (FCID), li, irtiraw, irriżenjaw għal xi raġuni spiċċaw fis-sena 2023.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li jeżisti regolament jew prassi li anzjani ma jingħatawx annimal għall-adozzjoni għax huma anzjani?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ma jeżisti l-ebda regolament jew prassi li anzjani ma jingħatawx annimal għall-adozzjoni mingħand id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali minħabba restrizzjonijiet ta’ età.
Korp tal-Pulizija — Surġenti li rriżenjaw/irtiraw - 2022
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm surġenti li rriżenjaw u/jew irtiraw mill-Korp tal-Pulizija fl-2022?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kien hemm dsatax (19) -il surġent li rriżenja, irtira jew għal xi raġuni ta’ saħħa ma baqgħax fil-Korp tal-Pulizija fis-sena 2022.
Korp tal-Pulizija — Surġenti li rriżenjaw/irtiraw - 2023
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm surġenti li rriżenjaw u/jew irtiraw mill-Korp tal-Pulizija fl-2023?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kien hemm erbgħatax (14) -il surġent li rriżenja, irtira jew għal xi raġuni ta' saħħa ma baqgħax fil-Korp tal-Pulizija fis-sena 2023.
Korp tal-Pulizija — Kuntistabbli li rriżenjaw/irtiraw - 2021
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kuntistabbli li rriżenjaw u/jew irtiraw mill- Korp tal-Pulizija fl-2021?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kien hemm mija u erbgħin (140) kuntistabbli li rriżenjaw, irtiraw jew għal xi raġuni ta' saħħa jew oħra ma baqgħux fil-Korp tal-Pulizija fis-sena 2021.
Talbiet għall-ażil li ġew irrifjutati – Ftehim bilateralil għal ripatrijazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ ftehim bilaterali hemm ma’ pajjiżi barranin biex dawk l-immigranti li t-talba tagħhom għall-ażil ġiet irrifjutata, jiġu riptrijati minnufih?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-Gvern ma kienx kuntent bl-istatus quo fuq l-immigrazzjoni rregolari. Għalhekk ittieħdu numru ta’ deċiżjonijiet, inkluż bidliet leġiżlattivi, sabiex is-sistema tal-immigrazzjoni rregolari tkun waħda aktar soda u ġusta, kemm lokalment u kif ukoll fuq livell internazzjonali.
Ħdimna mill-qrib ma’ pajjiżi oħra, pajjiżi ta’ oriġinu u kif ukoll pajjiżi ta’ tranżitu, sabiex naqqasna l-wasliet irregolari u jintilfu anqas ħajjiet fuq il-baħar.
Għamilna tibdil sabiex ikollna sistema ġusta ma’ min ħaqqu protezzjoni iżda iebsa ma’ min ma jkollux dritt joqgħod ġewwa pajjiżna. Dan kien possibbli permezz ta’ bidliet leġiżlattivi, investiment fil-proċess tal-ażil, partikolarment bil-ħolqien tal-International Protection Agency u t-tnaqqis fl-ammont ta’ applikazzjonijiet pendenti.
Fl-istess waqt sar xogħol estensiv fiċ-ċentri tal-immigranti, kemm dawk magħluqa u kemm dawk miftuħa, mingħajr ma poġġejna piż fuq il-komunitajiet tal-madwar kif kien ġara fi żminijiet imgħoddija.
Twaqqaf Returns Unit fi ħdan il-Ministeru sabiex jiffoka fuq ir-ritorn lejn il-pajjiż tal-oriġinu ta’ dawk il-persuni li ma jkunux jeħtieġu protezzjoni f’pajjiżna. Dan wassal sabiex żdiedu l-ammonti ta’ persuni li jkunu ritornati lejn il-pajjiż tal-oriġinu tagħhom, għaliex ma jkunux intitolati sabiex jibqgħu jirresjedu f’pajjiżna.
Dawn l-azzjonijiet waslu għal riżultati li fl-2023 kien hemm aktar immigranti rregolari li telqu minn Malta milli waslu ġewwa pajjiżna. Sal-ġurnata li qed titwieġeb din il-mistoqsija Parlamentari fl-2024 ukoll kien hemm aktar immigranti rregolari li telqu minn Malta milli waslu ġewwa pajjiżna.
Ma’ dawn kien hemm ukoll diversi ċittadini ta’ pajjiżi terzi oħra li nstabu jgħixu Malta rregolarment u ġew irritornati lejn il-pajjiż tal-oriġinu tagħhom jew xi pajjiż ieħor fejn huma awtoriżżati li joqgħodu.
Sptar Mater Dei – Każijiet ta’ Overdose ta’ eroina
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm admissions fl-Isptar Mater Dei minħabba overdose ta' eroina fis-sena 2023?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li matul l-2023, kien hemm 8 każijiet ta’ persuni li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei minħabba overdose ta' eroina.
Madankollu, irid jiġi ppreċizzat li dawn il-figuri ma jinkludux dawk il-pazjenti li setgħu ġew inviżtati fid-Dipartiment tal-Emerġenza u għal xi raġuni jew oħra ma ddaħħlux bħala pazjenti fl-iswali tal-Isptar Mater Dei.