Jista’ l-Ministru jgħid xi pjan għandu l-Gvern biex dan id-dejn nazzjonali jibda jitħallas u jonqos?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-piż ta’ dejn nazzjonali bħala proporzjon tal-Prodott Gross Domestiku ser ikompli jonqos hekk kif l-ekonomija Maltija mistennija tkompli tikber b’rata b’saħħitha filwaqt li d-defiċit fiskali ser ikompli jonqos b’0.5 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku fis-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjan għandu l-Gvern biex jara li d-dejn nazzjonali ma jkomplix jikber b’tali mod li jsir insostenibbli, u li b’hekk jista’ jwassal għal nuqqas ta’ sostennibiltà fl-edukazzjoni u saħħa bla ħlas dirett, servizzi soċjali u pensjonijiet?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dejn nazzjonali huwa kkunsidrat bħala wieħed medju hekk kif jinsab taħt is-60.0 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku hekk kif stabbilit fir-regoli l-ġodda ta’ l-Economic Governance Framework. Għaldaqstant, la l-Gvern, la l-Kummissjoni Ewropea u anqas l-Aġenzija tar-Rating tal-Kreditu ma jqisu dan l-ammont ta’ dejn bħala wieħed mhux sostenibbli.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-għanijiet taċ-Child Safety Services (CSS)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-għanijiet ewliena huma ta’ prevenzjoni u kif ukoll ta’ intervenzjoni f’każijiet t’allegazzjoni ta’ abbuż kontra t-tfal.
Jista’ l-Gvern jipprovdi tabella ta’ kemm kien id-dejn nazzjonali għal kull sena mill-2012?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni hi skont it-tabella hawn taħt:
YearGeneral Government sector debt - € millions
20124,907.42
20135,278.42
20145,433.34
20155,623.09
20165,769.67
20175,705.44
20185,662.09
20195,720.27
20206,974.02
20218,263.29
20228,999.68
20239,767.81
*Source of debt data: NSO News Releases 70, 71, 102 of 2024, dated 22 April and 3 June respectively.
Jista’ l-Ministru jgħid f’persentaġġ, kemm jammonta d-dejn nazzjonali meta mqabbel mal-prodott domestiku gross (GDP)?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li skont l-aħħar ċifri ppubblikati mill-NSO, l-persentaġġ tad-dejn nazzjonali meta mqabbel mal-prodott domestiku gross (GDP) għas-sena 2023 kien ta’ 50.4%.
Jista’ l-Ministru jgħid bħala medja, kemm tħallsu interessi kuljum fuq id-dejn nazzjonali, mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid il-Gvern, kemm qed jipproġetta li jkun id-dejn nazzjonali sat-tmiem din il-Leġiżlatura?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li d-dejn nazzjonali ser jibqa’ taħt is-60.0 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku hekk kif stabbilit fir-regoli l-ġodda ta’ l-Economic Governance Framework.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, f’każ li jeżisti xi regolament jew prassi li anzjani ma jistgħux jadottaw annimali, hux se jittieħdu xi passi biex din it-tip ta’ diskriminazzjoni abbażi tal-età tieqaf?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18417. Id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali ma għandu l-ebda ġurisdizzjoni jew kontroll fuq xi prassi jew kriterji li jistgħu jiġu stabbiliti mis-santwarji biex persuna tkun ikkunsidrata eliġibbli biex taddotta annimal minn għandhom.
Jista’ l-Ministru jgħid x’servizz ta’ emerġenza jeżisti għaż-żamma ta’ pets meta persuna tiġi rikoverata l-isptar u ma jkollha lil ħadd ma’ min tħalli l-pet tagħha u fejn jista’ jċempel l-istaff tal-isptar f’ċirkostanzi bħal dawn?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tali annimali jistgħu jiġu miżmuma ġo Stabbilimenti ta’ Akkomodazzjoni għall-klieb u qtates li huma debitament liċenzjati skont il-Liġi Sussidjarja 439.15. Lista ta’ tali stabbilimenti tinstab fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja.
Fid-dawl tar-rapport ‘World Air Quality 2023’ ippubblikat mill-IQAIR, Malta għandha arja mniġġsa iktar mid-doppju tal-livell rakkomandat mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, jista’ l-Ministru jgħid xi strateġija għandu l-Gvern biex itejjeb il-kwalità tal-arja?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ir-rapport li qed issir referenza għalih huwa bbażat fuq il-livelli tal-kwalità tal-arja assoċjati mat-trab l-iżjed fin, magħruf bħala particulate matter, jew PM2.5 S’issa, Malta dejjem kienet konformi mal-livelli ta’ PM2.5 regolati mill-Unjoni Ewropea permezz tad-Direttiva tal-Kwalità tal-Arja. Fil-fatt, il-livelli ta’ PM2.5 rakkomandati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa huma ferm iżjed stretti minn dawk regolati f’din id-Direttiva tal-UE.
Is-sors ta’ din is-sustanza ta’ tniġġis joriġina kemm minn sorsi magħmula mill-bniedem (bħat-traffiku) u oħrajn naturali bħar-ramel tad-deżert u r-raxx tal-baħar. Huwa fatt magħruf li Malta hija affettwata spiss minn fenomeni ta’ trab mid-deżert tas-Sahara. Madankollu, ma jfissirx li l-Gvern mhux jaħdem biex inaqqas il-kontribut ta’ PM2.5 li ġej minn sorsi ta’ kombustjoni ta’ fjuwils. Matul is-snin, diversi miżuri wasslu għal titjib fil-kwalità tal-arja, bħar-riforma fis-settur tal-enerġija, trasport b’xejn kemm fuq l-art u fuq il-baħar (inkluż dak għall-iskejjel), il-proġett ‘shore-to-ship’ u għotjiet (inċentivi) finanzjarji għal vetturi li jniġġsu inqas, fost oħrajn. Il-Gvern nieda wkoll Pjan għall-Kwalità tal-Arja li ħareġ għall-konsultazzjoni pubblika. Dan il-pjan wasal f’fażi ta’ diskussjonijiet finali.
Sptar Mater Dei — Iċċekkjar ta’ stocks tal-mediċina - Jannar 2024
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18380 u jgħid kemm-il darba matul ix-xahar ta’ Jannar 2024, l-ispiżjara tal-Isptar Mater Dei żaru l-wards biex jiċċekkjaw l-istocks tal-mediċina u jekk kenux se jiskadu jew le?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull Ward u Dipartiment għandhom is-sistema tagħhom kif b’mod regolari jiċċekkjaw id-data tal-iskadenza tal-istocks tal-mediċini.
Sptar Mater Dei — Iċċekkjar ta’ stocks tal-mediċina - Frar 2024
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18381 u jgħid kemm-il darba matul ix-xahar ta’ Frar 2024, l-ispiżjara tal-Isptar Mater Dei żaru l-wards biex jiċċekkjaw l-istocks tal-mediċina u jekk kenux se jiskadu jew le?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19392.
Korp tal-Pulizija — Kuntistabbli li rriżenjaw/irtiraw - 2022
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kuntistabbli li rriżenjaw u/jew irtiraw mill-Korp tal-Pulizija fl-2022?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kien hemm tmienja u erbgħin (48) kuntistabbli li irtiraw, irriżenjaw jew għal xi raġuni ma baqgħux fil-Korp tal-Pulizija fis-sena 2022.